Fuljetti għat-Tagħlim
Ministeru


Ministeru

irġiel jiltaqgħu ma’ koppja u żewġt itfal żgħar

Aħwa rġiel tal-ministeru jaqsmu messaġġ spiritwali ma’ familja.

Il-membri jservu wkoll lil ħaddieħor permezz tal-ministeru. Il-Ministeru hu programm li jgħin sabiex jiġi assigurat li kull persuna fil-knisja hemm min jieħu ħsiebha. L-irġiel li jħaddnu s-saċerdozju jservu bħala aħwa tal-ministeru lill-individwi u l-familji. In-nisa tas-Soċjetà tal-Għajnuna jservu bħala aħwa li jimministraw lil nisa oħra. L-aħwa rġiel u nisa tal-ministeru jservu flimkien mal- kollegi tagħhom.

Permezz tal-ispirazzjoni, jiġu assenjati żewġ kollegi lill-individwi u l-familji biex lilhom huma jżuru u jimministraw skont il-ħtieġa. Meta ħutek li jimministraw jiġu jżuruk, huma jistgħu jitolbu miegħek u jaqsmu miegħek messaġġ spiritwali. Huma jafu wkoll ifittxu modi oħra kif jaqduk u jgħinuk. L-aħwa li jimministraw illi jħaddnu s- Saċerdozju ta’ Melkisedek jistgħu jipprovdu wkoll barkiet tas-saċerdozju skont il-ħtieġa. Inti tista’ ddur fuq ħutek li jimministraw meta inti jkollok xi mistoqsijiet jew tkun teħtieġ l-għajnuna.

Wara l-magħmudija, inti wkoll tista’ sservi bħala membru li jimministra. Il-kollega tiegħek tal-ministeru jgħinek issir taf x’għandek tagħmel. Hekk kif inti tgħin u tissapportja lil dawk li inti assenjat biex lilhom timministra, inti tista’ tikkultiva ċerta ħbiberija, tgħin lil ħaddieħor jersaq aktar viċin Alla, u tbierek ħajja ta’ ħaddieħor.