Fuljetti għat-Tagħlim
Ħidma Missjunarja


Ħidma Missjunarja

Inti tista’ sservi lil ħaddieħor u taqsam magħhom il-ferħ tal-evanġelju billi twettaq il- ħidma missjunarja. Il-motivazzjoni tal-ħidma missjunarja titmexxa mill-imħabba ta’ Alla u ta’ wliedu, u tinvolvi fiha li tgħin lil ħaddieħor jifhem u jirċievi l-barkiet tal-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu (ara 1 Nephi 8:12).

Ġesù Kristu jrid li kulħadd ikollu l-opportunità li jaċċetta l-evanġelju qabel Hu jerġa’ jiġi. Hu talab lid-dixxipli Tiegħu biex ixandru l-evanġelju lid-dinja kollha (ara Mattew 28:19). Hekk kif intom taqsmu dan kollu li tgħallimtu dwar l-evanġelju rrestawrat mal-familja tagħkom u ma’ sħabkom, intom tistgħu tassistu lill-Mulej fil-ħidma Tiegħu u tgħinu bosta nies jirċievu l-barkiet tal-evanġelju. Il-Mulej iwiegħed li jgħinek tkun taf x’għandek tgħid u tagħmel hekk kif taqsam l-evanġelju ma’ ħaddieħor.

Minbarra li tgħin lil ħaddieħor isib l-evanġelju, il-perspettiva u t-testimonjanza tiegħek tkun ta’ barka kbira għal membri oħra tal-Knisja. Inti tista’ tilħaq lil dawk li l-fidi tagħhom iddgħajfet billi tagħmel ħbieb magħhom, tinkuraġġihom, u tistedinhom biex jipparteċipaw miegħek fil-Knisja. Fl-interazzjonijiet jew fil-ħidma tiegħek tal-Knisja, fittex li tistieden lil kulħadd biex jersaq aktar viċin ta’ Kristu.

Minkejja li hu importanti li taqsam l-evanġelju ma’ ħaddieħor, mhux kulħadd se jaċċetta dak li għandek xi tgħid. Uri l-ħbiberija, l-imħabba, u r-rispett lejn kull bniedem irrispettivament kif iwieġeb għat-testimonjanza jew l-istedina tiegħek. Hekk kif inti tgħix l-evanġelju b’fedeltà, inti tkun ta’ eżempju għal ħaddieħor, u turi lill-membri tal-familja tiegħek u lil sħabek x’barkiet kbar jista’ jkollu min jgħix l-evanġelju u jservi lil Alla.