Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 2: Fittex l-Iskrittura u Ilbes l-Armatura ta’ Alla


“Kapitlu 2: Fittex l-Iskrittura u Ilbes l-Armatura ta’ Alla,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)

“Fittex l-Iskrittura u Ilbes l-Armatura ta’ Alla,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

Joseph Smith Ifittex l-Għerf fil-Bibbja, ta’ Dale Kilbourn

Kapitlu 2

Fittex l-Iskrittura u Ilbes l-Armatura ta’ Alla

Ikkunsidra Dan

  • Għaliex huwa importanti li nistudjaw konsistentament il-klema ta’ Alla fl-iskrittura?

  • Kif nista’ nagħmel l-istudju tiegħi tal-iskrittura iktar effettiv?

  • Kif nista’ nuża t-teknoloġija skont is-sewwa sabiex din tgħinni nwettaq l-għan tiegħek?

  • Xi tfisser li tilbes l-armatura ta’ Alla?

Fittex l-iskrittura

Ġesù Kristu “hu l-ħajja u d-dawl tad-dinja. Ara, huwa l‑kelma tal‑verità u s‑sewwa” (Alma 38:9; ara wkoll Ġwanni 1). L-istudju tal-kelma ta’ Alla fl-iskrittura mqaddsa iġiblek il-milja f’ħajtek (ara Ġwanni 10:10). Kliemha jimliek—u lil dawk li int tgħallem—bid-dawl u l-verità. Kliemha jgħinek—u dawk li int tgħallem—biex tgħix skont is-sewwa u tirċievi protezzjoni u qawwa divina. Tgħinek issir tafu u ttiegħem imħabbtu, li hija ħelwa iktar minn kull ħaġa ħelwa oħra. Kliemha jimlielek ruħek bl-hena (1 Nefi 8:11–12; ara versi 1–34).

L-iskrittura hija rigal tas-smewwiet. Waħda mill-akbar barkiet tal-missjoni tiegħek hija li għandek ħin skedat biex tistudjaha kull ġurnata.

L-istudju tal-evanġelju huwa wieħed mill-iktar modi effettivi ta’ ħidma spiritwali li tista’ tagħmel. Tqawwik kemm mentalment u kemm spiritwalment. L-istess kif għallem Alma, meta “tiżra’” l-kelma ta’ Alla f’qalbek, hija se “ddawwal l‑għarfien [tiegħek]” u ssir delizzjuża għalik (Alma 32:28; ara wkoll Enos 1:3–4). Hekk kif tkompli tistudja u tapplika l-klema ta’ Alla, hija se “hija tinbet; u … ssir siġra li tibqa’ tikber u twassal għall‑ħajja ta’ dejjem” (Alma 32:41; ara wkoll verses 42–43). L-għarfien u t-testimonjanza tiegħek tal-evanġelju se jikbru. Ix-xewqa u l-ħila tiegħek biex taqsam l-evanġelju ma’ oħrajn se tikber ukoll.

Li titgħallem minn għalliem tajjeb huwa importanti, iżda huwa importanti wkoll għalik li jkollok esperjenzi sinifikattivi ta’ tagħlim mill-istu dju tiegħek stess tal-iskrittura. Dan jgħodd ukoll għan-nies li inti tgħallem.

Li tifhem l-iskrittura tista’ għall-ewwel tkun xi ħaġa mimlija sfida. Madanakollu, meta bil-paċenzja kollha tippersisti fl-istudju tal-kelma ta’ Alla, l-fehim tiegħek jikber. Tasal żmien li tibda tgħożż ħinek mal-iskrittura. Se tiġi tħares ’l quddiem b’ħerqa għal dak li titgħallem u tesperjenza.

Li ssir taf u tħobb l-iskrittura tista’ tkun barka kbira tas-servizz missjunarju tiegħek matul ħajtek kollha. Hekk kif tesperjenza l-barkiet tal-istudju tal-iskrittura matul il-missjoni tiegħek, se tkun trid tibqa’ tagħmel dan għall-bqija ta’ ħajtek.

Il-Presbiteru D. Todd Christofferson

“L-għan ċentrali tal-iskrittura kollha hija li timla lil ruħna bil-fidi f’Alla l-Missier u Ibnu, Ġesù Kristu—fidi li huma jeżistu; fidi fil-pjan tal-Missier għall-immortalità u l-ħajja eterna tagħna; fidi fl-Espjazzjoni u l-Qawmien mill-Imwiet ta’ Ġesù Kristu, li tanima dan il-pjan ta’ mħabba; fidi biex nagħmlu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu l-mod ta’ għixien tagħna; u fidi li nsiru nagħrfu lil ‘Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt’ (Ġwanni 17:3)” (D. Todd Christofferson, “Il-Barka tal-Iskrittura,” Liahona, Mejju 2010, 34).

Studju Personali

Ħares lejn l-immaġini ta’ Joseph Smith fil-bidu ta’ dan il-kapitlu. Ara Joseph Smith—History 1:11–13. Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin fid-djarju ta’ studju tiegħek.

  • Kif il-qari ta’ Joseph Smith u l-ħsibijiet ta’ Ġakbu 1:5 iwassluh biex jirċievi r-rivelazzjoni?

  • X’influwenza kellu l-istudju tiegħu fuq ġenerazzjonijiet futuri?

  • X’effett kellha d-deċiżjoni tiegħu biex jistudja u jfittex fuq ħajtek?

  • Kif l-istudju tal-evanġelju tiegħek influwenzalek ħajtek u l-ħajja ta’ oħrajn?

Studju tal-Iskrittura

X’tista’ titgħallem mill-iskritturi li ġejjin dwar kif tavviċina l-istudju tal-evanġelju?

Fittex l-Ispirtu

It-tagħlim tal-evanġelju huwa ħafna aktar mill-ksib ta’ informazzjoni. Huwa wkoll proċess spiritwali ta’ applikazzjoni tal-verità eterna taħt il-gwida tal-Ispirtu s-Santu (ara Ġakobb 4:8; Duttrina u Patti 50:19–25). Fittex u afda l-Ispirtu biex jgħallmek hekk kif tistudja l-iskrittura. Dan se jiġri suffiċentament biex int tasal biex tqabbel l-iskrittura miegħek innifsek b’intenzjoni vera biex taġixxi fuq dak li titgħallem (ara 1 Nefi 19:23; Moroni 10:4; Joseph Smith—History 1:18).

L-istudju tal-iskrittura permezz tat-talb se jiftaħ tieqa ta’ rivelazzjoni għall-Ispirtu biex ikellem lil moħħok u lil qalbek. Hu se jbierkek bil-gwida, ispirazzjoni, u tweġibiet għall-mistoqsijiet tiegħek. Permezz tal-istudju tiegħek tal-iskrittura, l-Ispirtu s-Santu se jqawwik u jfarrġek. Hu se jagħtik l-għerf u l-konvinzjoni li se jberkulek ħajtek u jippermettulek li tbierek lil oħrajn b’mod etern.

Studju tal-Iskrittura

X’inhu l-irwol tal-Ispirtu s-Santu biex jgħin persuna titgħallem l-evanġelju?

Fittex Tweġibiet għall-Mistoqsijiet

Bħala missjunarju, int se tisma’ ħafna mistoqsijiet. Int se jkollok ukoll mistoqsijiet tiegħek. Li tfittex l-iskrittura u riżorsi approvati oħrajn għat-tweġibiet ta’ dawn il-mistoqsijiet huwa mod ta’ potenzjal kif tistudja. Żomm rekord tal-mistoqsijiet u ta’ dak li titgħallem u tħoss fil-ġurnal tal-istudju tiegħek.

Uża sorsi preċiżi u affidabbli fl-istudju tiegħek—primarjament l-iskrittura, il-kliem tal-profeti ħajjin, u Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi. Uża r-riżorsi fil-Librerija tal-Evanġelju, bħall-Gwida għall-Iskrittura, Dizzjunarju tal-Bibbja, index to the triple combination, Suġġetti tal-Evanġelju, u Essays dwar Suġġetti tal-Evanġelju. Tgħallem liema riżorsi huma disponibbli fil-lingwi tan-nies li tgħallem.

Il-President M. Russell Ballard

“Ħaġa li tgħallimt fil-ħajja hija kemm spiss il-Mulej iwieġeb il-mistoqsijiet tagħna u jagħtina parir permezz tal-iskrittura. … Mela ejja mmorru għand il-Mulej fit-talb, filwaqt li nitolbuh għall-għajnuna jew iit-tweġibiet; u dawk it-tweġibiet se jaslu hekk kif niftħu l-iskrittura u nibdew nistudjawha. Xi minn daqqiet donnu passaġ li jmur lura għal mijiet jew eluf ta’ snin kien iddettat speċifikament biex iwieġeb il-mistoqsija tagħna (M. Russell Ballard, “Kun Qawwi fil-Mulej, fil-Qawwa tas-Saħħa Tiegħu” [Brigham Young University fireside, 3 ta’ Mar., 2002], 5, speeches.byu.edu).

Għix Dak Li Titgħallem

Hekk kif tħoss il-ferħ li jiġi meta nikbru fl-għarfien tal-evanġelju, int se tkun trid tapplika dak li titgħallem. Agħmel l-almu tiegħek biex tgħix f’armonija ma’ dak li titgħallem. Meta tagħmel dan se ssaħħaħ il-fidi, l-għerf, u t-testimonanza tiegħek. Li taġixxi fuq dak li titgħallem iġib miegħu għarfien miżjud u dejjiem. (Ara Ġwanni 7:17.)

Il-President Boyd K. Packer

“Id-duttrina vera, jekk nifhmuha, tibdel l-attitudni u l-imġiba tagħna. L-istudju tad-[duttrina] tal-evanġelju jtejjeb l-imġiba aktar malajr milli l-istudju tal-imġiba jtejjeb l-imġiba” (Boyd K. Packer, “Tfal Żgħar,” Ensign, Nov. 1986, 17).

Studju Personali

X’tgħallem l-iskrittura li ġejja dwar x’jiġri meta nitgħallmu l-evanġelju?

Uża l-Librerija tal-Evanġelju

Il-Librerija tal-Evanġelju hija riżorsa onlajn li tista’ ttejjeb ferm l-istudju u t-tagħlim tiegħek. Sir familjari ma’ ħafna mill-karatteristiċi tagħha. Xi benefiċċji ta’ meta tuża l-Librerija tal-Evanġelju bħala parti mill-istudju u t-tagħlim tiegħek huma mniżżlin hawn isfel.

  • Din tagħtik aċċess għall-iskritturi, il-kliem tal-profeti ħajjin, u kontenut ieħor tal-Knisja f’ħafna lingwi f’testi, awdjo, u forma viżiva.

  • Jekk tirrekordja dak li titgħallem fil-Librerija tal-Evanġelju u l-impressjonijiet li rċevejt, tista’ tibqa’ taċċessa u tkun imsaħħaħ b’dik l-informazzjoni wara l-missjoni tiegħek.

  • Tħallik taqsam ma’ ħaddieħor b’mod faċli l-iskrittura, kwotazzjonijiet mill-profeti ħajjin, u vidjows ma’ dawk li qed tgħallem.

  • Ħafna min-nies li tgħallem u tgħammed se jużaw il-Librerija tal-Evanġelju biex jaċċessaw ir-riżorsi tal-Knisja. Sir familjari mal-karatteristiċi tal-Librerija tal-Evanġelju biex tkun tista’ tgħinhom jitgħallmu jużawha.

Studju Personali

Irrevedi l-“Gwida għall-Utent tal-Librerija tal-Evanġelju.” Agħżel il-karatteristika fil-Librerija tal-Evanġelju biex tipprova fl-istudju personali u akkumpanjat li jmiss. Kif għenitek din il-karatteristika fl-istudju tiegħek? X’se tuża d-darba li ġejja? Għallem missjunarji oħrajn dak li titgħallem.

Uża t-Teknoloġija b’Mod Ġust

Il-Mulej u l-profeti tiegħu afdawk bit-teknoloġija biex tgħinek twettaq xogħlu. It-teknoloġija tista’ ttejjeb l-istudju tiegħek tal-iskrittura u Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi. Riżorsi diġitali wkoll jistgħu jgħinuk tippjana. Jistgħu jgħinuk fit-tagħlim u l-isfidi tiegħek biex issib nies biex tgħallem.

Li tuża t-teknoloġija b’mod għaqli u tajjeb jista’ jgħinek tissodisfa l-għan missjunarju tiegħek u tuża l-ħin tiegħek b’mod effettiv. Tista’ tgħinek ukoll tevita materjal mhux xieraq.

Segwi l-Ispirtu dwar meta u kif tuża t-teknoloġija b’modi li se jgħinu jsaħħu l-fidi tiegħek f’Ġesù Kristu u l-fidi ta’ dawk li sservi u tgħallem.

Segwi s-Salvagwardji għall-Użu tat-Teknoloġija

L-erba’ salvagwardji spjegati hawn taħt se jgħinuk tuża t-teknoloġija kif suppost. Li timxi wara dawn is-salvagwardji huwa mod importanti għalik li “tilbsu l-armatura ta’ Alla biex tkunu tifilħu tieqfu għat-tnassis tax-Xitan” (Efesin 6:11).

Kun f’Armonija ma’ Suġġerimenti Spiritwali

Nefi wiegħed, “Għax araw, jiena qed ngħidilkom li jekk intom tidħlu mit-triq u tirċievu l-Ispirtu s-Santu, huwa jurikom dak kollu li għandkom tagħmlu” (2 Nefi 32:5). Il-Missier fis-Smewwiet tak żewġ rigali qawwija li se jgħinuk: volontà morali u d-don tal-Ispirtu s-Santu. Inti għandek il-qawwa li tagħżel li ssegwi l-gwida tal-Ispirtu s-Santu. Il-gwida tiegħu hija vitali biex tgħinek tagħmel il-ġid waqt li tuża t-teknoloġija. Tgħin ukoll biex int tkun protett mill-ħażen.

Kun Iffukat fuq l-Għan Missjunarju Tiegeħek

Il-Mulej qal, “Jekk għajnkom hija safja għall-glorja tiegħi, ġisimkom kollu se jimtela bid-dawl, u ma jkunx hemm dlam fikom; u dak li ġisem li jimtela bid-dawl jifhem il-ħwejjeġ kollha” (Duttrina u Patti 88:67). Li jkollok għajnejk safja għall-glorja ta’ Alla jfisser li tkun kompletament iffukat fuq l-għan ta’ Alla, li huwa wkoll l-għan tiegħek bħala missjunarju.

L-użu tiegħek tat-teknoloġija għandu jkun ikkonċentrat fuq l-għan tiegħek. Ixgħel biss it-tagħmir elettroniku tiegħek wara li tkun identifikajt l-għan missjunarju tiegħek li għalih se tużah. Imbagħad itfih meta dak l-għan ikun komplut.

Hemm aktar ċans li tiltaqa’ ma’ kontenut mhux adattat fuq l-internet meta tkun qed tisserfja l-inernet b’mod każwali mingħajr għan speċifiku f’moħħok.

missjunarji jħarsu lejn il-mowbajl

Kun Dixxiplinat

Mormon kiteb: “Jiena dixxiplu ta’ Ġesù Kristu, Iben Alla. Jiena ġejt imsejjaħ minnu sabiex niddikjara l-kelma tiegħu fost il-poplu tieħu, ħalli huma jkollhom il-ħajja ta’ dejjem” (3 Nefi 5:13). Bħal Mormon, int dixxiplu ta’ Kristu. Li sservi bħala missjunarju full-time hija opportunità speċjali li ssaħħaħ id-dixxipulat tiegħek.

Il-kliem dixxiplu u dixxiplina ġejjin mill-istess għerq tal-kelma li tfisser “dixxiplu” jew “student.” Li tkun dixxiplu ta’ Kristu jfisser li int tfittex li timxi warajh u tħares il-kmandamenti tiegħu. Tfisser li konsistentament titgħallem u tgħallem dwar Kristu.

Kun dixxiplinat u agħmel għażliet tajbin fil-modi ta’ kif tuża t-teknoloġija. Agħżel li timxi fuq is-salvagwardji. Meta tkun qed titkellem wiċċ imb’wiċċ, tiċċekkjax il-messaġġi jew twieġeb telefonati. Ħu kontroll ta’ kif tuża dawn it-tagħmir. Tħallihomx jikkontrollawk.

Il-Mulej iddikkjara, “Dak li jisma’ l-liġi tiegħi u jwettaqha, dak hu d-dixxiplu tiegħi; u dak li jismagħha u ma jwettaqhiex, dak mhuxiex id-dixxiplu tiegħi” (Duttrina u Patti 41:5). Filwaqt li ħadd m’hu perfett, il-Mulej jistenna sforz konsistenti, persistenti biex nimxu warajh.

Is-sabiħ tal-evanġelju huwa li nistgħu ninħafru hekk kif nindmu—u l-Mulej iridna nindmu mingħajr dewmien (ara Duttrina u Patti 109:21). Jekk tagħmel żball, inkluż l-użu ħażin tat-teknoloġija, indem f’dak il-mument u ibqa’ pprova għix il-liġi tiegħu. Dan huwa parti milli tkun dixxiplu ta’ Kristu.

Kun Ħaġa Waħda

Il-Mulej qal, “kunu ħaġa waħda; u jekk m’intomx ħaġa waħda m’intomx tiegħi” (Duttrina u Patti 38:27). Agħmel mill-aħjar biex il-missjoni tiegħek tiżviluppa kultura ta’ unità, fiduċja, kontabilità, u kompassjoni sabiex kulħadd iqawwi u jissapportja lil xulxin.

Il-missjunarji kollha għandhom iħossuhom komdi biex jistaqsu għall-għajnuna meta meħtieġ. Missjunarju li huwa qawwi fl-Ispirtu jista’ jgħin lil ieħor li qed iħossu dgħajjef (ara Duttrina u Patti 84:106). Jekk tħoss it-tentazzjoni, itlob lill-kumpann tiegħek jew il-mexxej tal-missjoni għall-għajnuna.

Kważi l-isfidi kollha assoċjati mal-internet jew mal-pornografija jseħħu f’iżolament. Użaw t-tagħmir biss meta tistgħu taraw l-iskrins ta’ xulxin. Kunu kuraġġużi u kunu kontabbli għal xuxlin.

Il-Mulej għandu kunfidenza f’kull missjunarju li Huwa sejjaħ, inkluż int. Huwa pprovda kumpanni u mexxejja biex jgħinu ħalli inti tkun protett u ssapportjat. Bħalma Alma ssapportja lill-kumpann tiegħu Amuleki, fittxu li tqawwu lil xuxin (ara Alma 15:18).

X’Għandek Tagħmel Jekk Tħossok Vulnerabbli jew Suxxettibbli?

Li titgħallem issegwi dawn l-erba’ salvagwardji jirrikjedi sforz, dixxiplina, u prattika. Anke wara li s-salvagwardji jsiru parti naturali ta’ kif taħseb u taġixxi, se jiġu drabi meta tista’ tħossok vulnerabbli jew suxxettibbli. Forsi kellek vizzji ħżiena ta’ teknoloġija qabel bdejt il-missjoni tiegħek li kienu diffiċli tegħleb. Xi missjunarji ssiltu mal-pornografija qabel is-sejħa tagħhom u jaf ikunu mħajra jerġgħu jaqgħu f’dan l-aġir passat.

Dawn il-prinċipji t’hawn taħt se jgħinuk tgħix is-salvagwardji u tissaħħaħ kontra t-tentazzjoni:

  • Kun konxju tal-ħsibijiet, tal-emozzjonijiet, u tal-imġibi tiegħek. Ifhem kif dawn jistgħu jagħmluk aktar vulnerabbli għal użu ħażin tat-teknoloġija.

  • Agħżel li taġixxi. Irrispondi b’mod ġust u produttiv għal dak li qed tħoss.

  • Tgħallem, indem, u fittex li titjieb. Uża l-esperjenza tiegħek biex tkompli titgħallem u timxi ’l quddiem.

M’għandekx għalfejn tegħleb sfidi tiegħek waħdek. Serraħ fuq il-qawwa li tiġi permezz tal-Espjazzjoni tas-Salvatur u l-patti li għamilt miegħu. Il-Mulej jaf l-isfidi li qed tiffaċċja int, u hu se jgħinek f’din il-ħidma kbira.

Li dejjem tiftakar fis-Salvatur tista’ tgħinek tuża t-teknoloġija b’mod ġust. Kun leali għall-fidi li tak hu. Iddeċiedi biex “timxi fis-sewwa quddiemu” (Alma 53:21; ara wkoll vers 20). Li tħoss gratitudni għal dak kollu li Hu u l-Missier għamlu għalik se tgħinek tagħmel għażliet tajbin dwar kif tuża riżorsi diġitali.

Il-missjoni tiegħek hija opportunità kbira biex titgħallem tuża t-teknoloġija b’mod għaqli. L-impenn tiegħek u d-drawwiet tajbin li tiżviluppa matul il-missjoni tiegħek se jgħinuk tibbenifika għall-bqija ta’ ħajtek.

Ilbes l-Armatura ta’ Alla

L-abbiltà tiegħek li tirreżisti t-tentazzjoni se tiżdid hekk kif tistudja u tapplika l-iskrittura, kliem il-profeti ħajjin, Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi, Standards tal-Missjoni għad-Dixxipli ta’ Ġesù Kristu, u s-salvagwardji li ssemmew f’dan il-kapitlu.

missjunarji jilqgħu raġel

Meta tilbes “l-armatura ta’ Alla,” int se tkun kapaċi tagħraf il-verità mill-iżball. Se xxidd riġlejk bl-“evanġelju tas-sliem”. Meta tilbes “l-armatura tas-sewwa” int se tipproteġi ruħek. Peremzz ta’ “it-tarka tal-fidi,” int se tkun tista’ titfi l-vleġeġ kollha tan-nar tal-avversarju. Int taħfen “ix-xabla tal-Ispirtu [Tiegħu]” biex tgħallem bil-qawwa u l-awtorità. Tkun iffortifikat kontra l-influwenzi tad-dinja li altrimenti jistgħu jwassluk biex tintelaq mar-riħ, tisfa waħdek, u saħansitra tiġi mwarrab. (Ara Efesin 6:10–18; ara wkoll 1 Nefi 8:20, 30; 15:24–25; Ħelaman 3:29–30; Duttrina u Patti 27:15–18; Joseph Smith—Matthew 1:37; 2 Timotju 3:15–17.)

Studju Personali

Bl-għajnuna tat-talb identifika waħda mis-salvagwardji biex tiffoka fuqha din il-ġimgħa. Fittex l-għajnuna tal-Mulej. Irreġistra s-sentimenti tiegħek u dak li qed titgħallem.


Ideat għal Studju u Applikazzjoni

Studju Personali

  • Ipprova wħud mis-suġġerimenti li ġejjn biex ittejjeb l-istudju tiegħek:

    • Aqra l-iskrittura b’mistoqsijiet u tħassb f’moħħok.

    • Aqsam dak li titgħallem ma’ missjunarji oħrajn u ma’ dawk li tgħallem. Li tispjega xi duttrina jew prinċipju se jgħinek tiftakarhom u se tikseb ċarezza dwarhom.

    • Fittex skont is-suġġett. Iffoka fuq suġġetti li se jgħinu lilek u lin-nies li tgħallem.

    • Staqsi lilek innifsek, “X’qed jgħid l-awtur? X’inhu l-messaġġ ewlieni? Dan kif japplika għalija? Dan kif jista’ jgħin lil xi ħadd li qed ngħallem?”

    • Ivviżwalizza jew pinġi dak li qed tistudja. Per eżempju, immaġina x’kien ifisser għal Ammon li jidher quddiem is-sultan Lamanita.

    • Ikteb l-idea ewlenija ta’ kapitlu f’sentenza jew paragrafu qasir.

    • Immemorizza skrittura li tispjega u tissapportja l-prinċipji li tgħallem.

  • Evalwa lilek innifsek fuq dan il-ġej (1=qatt, 3=xi drabi, u 5=kważi dejjem).

    • Qed nikber fil-fidi tiegħi u nsir naf aħjar lill-Missier fis-Smewwiet u lil Ġesù Kristu.

    • Meta nistudja jien naħseb f’dawk in-nies li qed ngħallem.

    • Matul il-ġurnata, naħseb f’dak li studjajt filgħodu.

    • Waqt li nistudja, jiġuni ideat li ma jkunux ġewni f’moħħi qabel.

    • Inżomm rekord ta’ impressjonijiet u ideat spiritwali f’post adattat.

    • Nibqa’ mqajjem waqt li nistudja.

    • Inħares ’il quddiem biex nagħmel studju personali.

    • Inħares ’il quddiem biex nagħmel studju akkumpanjat.

    Irrevedi t-tweġibiet tiegħek. X’int tagħmel tajjeb? Kif tista’ titjieb? Fassal għan wieħed jew tnejn biex ittejjeb il-kwalità tal-istudju tiegħek.

Kumpann tal-Istudju u Skambju tal-Kumpann

Kunsill tad-Distrett, Konferenzi taż-Żona, u Kunsill tat-Tmexxija tal-Missjoni

  • Staqsi lill-missjunarji biex jiktbu mistoqsija waħda jew tnejn dwar l-evanġelju mil-lezzjoni f’kapitlu 3. Dawn il-mistoqsijiet jistgħu jkunu personali jew min-nies li jgħallmu. Stieden lill-missjunarji biex jaqsmu mal-grupp il-mistoqsijiet tagħhom. Għal kull mistoqsija, iddiskuti dan li ġej:

    • Kif permezz tat-tweġiba għal din il-mistoqsija titbierek il-ħajja ta’ missjunarju?

    • Kif dan jista’ jbierek il-ħajja ta’ nies li hu jew hi qed jgħallmu?

    • Kif jista’ missjunarju jsib tweġiba?

  • Aqsam lill-missjunarji fi gruppi, u agħti lil kull grupp biex jistudjaw wieħed mill-erba’ salvagwardji u l-iskritturi li jakkumpanjawhom. Stieden lill-missjunarji biex jaqsmu ma’ ħaddieħor dak li tgħallmu u kif is-salvagwardji għenuhom.

Mexxejja tal-Missjoni u Konsulenti tal-Missjoni

  • Kultant ingħaqad mal-missjunarji fl-istudju akkumpanjat tagħhom.

  • Waqt l-intervisti jew il-konverżazzjonijiet, staqsi xi ftit minn dawn il-mistoqsijiet:

    • X’impressjonijiet kellek riċentament fl-istudju tiegħek tal-iskrittura?

    • X’kapitlu jew sezzjoni ta’ Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi għenek l-aktar f’dawn l-aħħar ħmistax? Kif għenek?

    • X’qed tagħmel fl-istudju personali tiegħek li jgħinek titgħallem?

  • Fl-intervisti, ikkunsidra li tirrevedi s-salvagwardji biex tuża t-teknoloġija u tistaqsi missjunarji x’qed jitgħallmu meta japplikawhom.

  • Aqsam ma’ ħaddieħor ħsibijiet mill-istudju personali tiegħek. Aqsam ma’ ħaddieħor reġistrazzjonijiet mill-ġurnal tal-istudju tiegħek u t-testimonjanza tiegħek tal-importanza tal-istudju tal-evanġelju.