“Kapitlu 9: Sib Nies biex Tgħallem,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu mal-Oħrajn (2023)
“Kapitlu 9,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi
Kapitlu 9
Sib Nies biex Tgħallem
Is-Salvatur imqajjem mill-imwiet qal lid-dixxipli tiegħu, “Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missieru tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu” (Mattew 28:19; ara wkoll Mark 16:15). Il-Mulej irrepeta din il-kommissjoni fi żminijietna, meta qal, “Morru mela fid-dinja [u] ppridkaw l-evanġelju” (Duttrina u Patti 68:8; ara wkoll 50:14).
Il-ħidma missjunarja hija li nsibu n-nies, ngħallmuhom, u ngħinuhom jitħejjew għall-magħmudija. Int se twettaq il-kummissjoni tal-Mulej li tgħallem l-evanġelju Tiegħu u tgħammed l-ikkonvwertiti hekk kif “issib lil dawk li jilqgħuk” (Duttrina u Patti 42:8). Xejn ma jseħħ fil-ħidma missjunarja sakemm ma ssibx lil xi ħadd lil min tgħallem. Kun b’seba’ mitt għajn il-ħin kollu għal opportunitajiet biex tintroduċi l-evanġelju. Tgħallem tuża l-modi li huma effettiva fiż-żona tiegħek.
Huma importanti ħafna biex taħdem mal-membri meta tkun qed tfittex. Aħdem qagħtih biex tikseb il-fiduċja tagħhom. Meta l-membri jafdaw lilll-missjunarji, hemm iktar ċans li jistiednu lil ħbiebhom u lil tal-familja biex jiltaqgħu miegħek. Hemm iktar ċans li dawn in-nies jiġu kkonvertiti fil-Mulej, jitgħammdu, u jagħmlu progress fit-triq tal-evanġelju.
Is-sejbien iseħħ skont ir-rieda tal-persuna li tisma’ l-evanġelju. Iż-żmien se jkun differenti skont l-individwu. Is-sejbien jaf jirriżulta mill-ewwel inkontru jew minn bosta inkontri fuq tul ta’ żmien. Ħafna nies għandhom bosta inkontri mal-missjunarji jew ma’ membri tal-Knisja qabel ma jibdew l-istudju serju tal-evanġelju. Toqgħodx lura milli terġa’ tikkuntattjahom.
L-isforzi tiegħek fit-tfittxija jistgħu jagħtu l-frott wara li tkun ġejt trasferit jew anki wara li tkun temmejt il-missjoni tiegħek. Huwa x’inhu t-tul ta’ żmien jew l-eżitu, il-Mu;ej huwa grat għall-isforzi tiegħek.
Dan il-kapitlu jiddeskrivi prinċipji u ideat li jgħinuk biex issib. Dawn il-prinċipji huma universali. Madanakollu, il-missjunarji u l-mexxejja tal-missjoni jistgħu jkollhom bżonn jadattawhom għaċ-ċirkustanzi tagħhom.
Eżerċita l-Fidi biex Issib Nies biex Tgħallem
Isservi fejn isservi, il-Mulej sejjaħlek biex taħdem “għas-salvazzjoni tal-erwieħ” (Duttrina u Patti 100:4). Biex tagħmel dan, hemm bżonn li teżerċita l-fidi fi Kristu biex issib nies biex tgħallem biex ikunu jistgħu jagħżlu li jimxu warajh u li jitgħammdu.
Il-fidi hija prinċipju ta’ azzjoni u ta’ qawwa. Ara li jkollok il-fidi li l-Mulej qed jipprepara nies biex jirċievu l-evanġelju rrestawrat. Ara li jkollok kunfidenza paċenzjuża li hu se jwasslek għandom, jew lilhom għandek. Aġixxi fuq il-fidi billi tfassal miri, tagħmel pjanijiet, u twettaq il-pjanijiet tiegħek biex issib niex biex tgħallem (ara kapitlu 8).
Itlob bil-fidi hekk kif tfittex l-għajnuna ta’ Alla biex issib nies biex tgħallem. Meta Alma mexxa missjoni lejn iż-Żoramiti, huwa talab: “O Mulej, nitolbok tgħinna nirnexxu fejn nerġgħu nġibuhom lura għandek fi Kristu. Ara, O Mulej, ruħhom hija prezzjuża … ; għalhekk, agħtina, O Mulej, il‑qawwa u l‑għerf biex inkunu nistgħu nġibu lura għandek [lil dawn ħutna]” (Alma 31:34–35).
In-nies li tiltaqa’ magħhom ħafna drabi ma jirrealizzawx li qed ifittxu l-evanġelju rrestawrat sakemm isibuh. Per eżempju, wieħed ikkonvertit qal, “Meta smajt l-evanġelju, melieli toqba f’qalbi li ma kontx naf li qiegħda hemm.” Ieħor qal, “Jien spiċċajt it-tiftix li ma kontx naf li qed nagħmel.” Oħrajn qed ifittxu l-verità b’mod attiv imma ma jafux fejn se jsibuha (ara Duttrina u Patti 123:12).
Fittex il-gwida tal-Ispirtu hekk kif tfittex nies biex tgħallem. Li tfittex bl-Ispirtu huwa importanti daqs li tgħallem bl-Ispirtu. Ara li jkollok il-fidi li se tkun taf kif se ssib lil dawk li se jirċevuk.
Espandi l-Viżjoni Tiegħek ta’ Ippjanar biex Issib
Hekk kif tfittex nies biex tgħallem, kun konxju tad-differenza bejn skedar u pjanar. Skedar huwa li timla l-organizzatur u l-ġurnata tiegħek. Pjanar huwa li tagħmel sforz permezz tat-talb, u bi ħsieb biex tiffoka fuq in-nies u l-aħjar modi biex issibhom.
L-attività t-tajba, fil-ħin it-tajjeb u l-post it-tajjeb, jistgħu jgħinuk issib nies biex tgħallem. Staqsi dawn il-mistoqsijiet lilek innifsek:
-
Fejn nistgħu niltaqgħu ma’ nies li l-Mulej jista’ jkun qed jipprepara?
-
X’inhuma l-aqwa postijiet u tipi ta’ attivitajiet biex issib nies f’ħinijiet speċifiċi tal-ġurnata jew tal-ġimgħa?
-
Kif nistgħu nuru mħabba, inservuhom, jew nagħtu valur lil ħajjithom bħalissa?
-
Kif nistgħu nużaw abbiltajiet personali, ħiliet, u talenti biex nedifikawhom?
-
X’inhuma l-pjanijiet sekondarji tagħna jekk xi ħaġa ma taħdimx?
Ipprova tagħraf modi li bihom il-Mulej qed jipprepara lin-nies. Huma lesti li jitkellmu miegħek? Qed ifittxu għajnuna jew faraġ?
Aħseb dwar li tfittex sforzi li kienu ta’ suċċess. X’kienet l-ewwel interazzjoni? L-isforzi inkludew membri lokali? It-teknoloġija kienet użata?
Ibda l-ippjanar tiegħek billi tiffoka fuq kif tista’ tbierek lin-nies, u mbagħad l-iskeda tiegħek tieħu forma.
Studju Akkumpanjat
Flimkien mal-kumpann tiegħek, uża t-tabella t’hawn taħt biex tevalwa l-isforzi tiegħek biex issib in-nies biex tgħallem. Ippjana li tipprova xi ftit mill-ideat li huma ġodda għalik.
Insibu l-Isforzi |
Xi Drabi |
Ħafna Drabi |
Kważi Dejjem |
---|---|---|---|
Insiru nafu lill-membri u nissapportjawhom fl-isforzi tagħhom biex jaqsmu l-evanġelju mal-oħrajn, inkluż membri ġodda, żgħażagħ, dawk li qed iħejju ruħhom biex iservu bħala missjunarji, missjunarji li qed jirritornaw, familji part-member, u presbiteri prospettivi. | |||
Aħna naħdmu biex niksbu l-fiduċja tal-membri biex huma jkunu komdi jistiednu lill-membri tal-familja tagħhom u lill-ħbieb biex jiltaqgħu magħna. | |||
Aħna naħdmu mal-mexxejja tal-qasam f’lagħqat ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa biex nissapportjaw l-isforzi tagħna biex niskopru jekk dawn hux nies li nistgħu nikkuntattjaw. | |||
Aħna naħdmu ma’ nies kurrenti li qed jiġu mgħallma, nies mgħallma formalment, u nies irreferuti mill-midja. | |||
Nitkellmu ma’ kemm nistgħu nies kuljum, | |||
Aħna spiritwalment nitolbu għall-għajnuna ta’ Alla hekk kif nippjanaw biex insibu nies biex ngħallmu. | |||
Aħna nemmnu li l-Mulej qed jipprepara nies biex aħna ngħallmu. | |||
Nikkunsidraw kif se ngħinu lil dawk li niltaqgħu magħhom iħossu l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu. | |||
Infasslu miri speċifiċi kull ġimgħa u kuljum (ara kapitlu 8). | |||
Aħna kontinwament qed infittxu n-nies biex ngħallmu. | |||
Aħna kreattivi u nużaw varjetà ta’ modi biex insibu n-nies. Nippruvaw modi ġodda u nippruvaw nevitaw li neħlu f’rutina. | |||
Nippjanaw speċifikament biex insibu. Nippjanaw meta, fejn, u kif se niffukaw. | |||
Nikkunsidraw liema huma l-aħjar lokazzjonijiet u ħinijiet tal-ġurnata biex insibu n-nies biex ngħallmu. | |||
Nikkunsidraw liema attivitajiet kienu effettivi fil-passat. | |||
Naġġustaw il-pjanijiet tagħna kif se nsibu skont kif meħtieġ u għandna pjanijiet biex jagħmlu tajjeb meta avvenimenti skedati ma jmorrux tajjeb. | |||
Nużaw l-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex infittxu, biex infasslu miri u nagħmlu pjanijiet, u biex nirrevedu u naġġornaw ir-rekords tagħna kuljum. | |||
Nużaw t-talenti u l-kwalitajiet personali tagħna biex ngħinu fit-tfittxija. | |||
Nippjanaw meta u kif se nużaw il-midja soċjali u teknoloġija oħra biex insibu nies lil min ngħallmu. | |||
Nużaw il-kampanji tal-midja u opportunitajiet lokali li jilħqu l-interessi u l-ħtiġijiet tan-nies fiż-żona tagħna. | |||
Nirrispondu malajr għal rikjesti u messaġġi onlajn mingħand nies | |||
Nippjanaw il-posts tagħna fuq il-midja soċjali minn qabel u naħdmu mal-membru biex insibu nies onlajn. |
Kun Diliġenti bies Issib
Agħmel it-Tfittxija Sforz Kostanti
Fiż-żminijiet bikrin tal-Knisja rrestawrata, il-Mulej ripetutament ta struzzjoni lil grupp ta’ aħwa biex jgħallmu l-evanġelju Tiegħu “fi triqithom” waqt li qed jivvjaġġaw. Huwa riedhom jużaw kull opportunità biex jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn. (Ara Duttrina u Patti 52:9–10, 22–23, 25–27.)
Applika din l-istruzzjoni għat-tfittxija tiegħek. Agħmel sforz diliġenti li tfittex matul il-ġurnata kollha. Ippjana l-isforzi tat-tfittxija tiegħek—u anki oqgħod attent għal opportunitajiet ma kinux ippjanati. Li ssib nies ġodda biex tgħallem hija ħtieġa kostanti.
Fittex l-ispirazzjoni u kun lest li tuża varjeta’ ta’ modi. Iffoka fuq il-modi li huma il-iktar effettivi fiż-żona tiegħek.
Ħalli x-Xlief fl-Ilma
Dwar dak li jikkonċerna x-xogħol tal-missjunarji, il-President Dallin H. Oaks qal:
“Ħadd minna m’għandu jkun bħal sajjied li jaħseb li ilu jistgħad ġurnata sħiħa meta fil-verità jkun qatta’ ħafna mill-ħin tiegħu ġej u sejjer lejn ix-xatt, jiekol l-ikel, u jfettaq bit-tagħmir tiegħu. Is-suċċess tas-sajd huwa relatat ma’ kemm tħalli x-xlief fl-ilma, u mhux ma’ kemm tkun ilek ’il bogħod mid-dar. Xi sajjieda jkunu ’l bogħod mid-dar għal tnax-il siegħa u jkollhom ix-xlief fl-ilma għal għaxar sigħat. Sajjieda oħra jkunu ’l bogħod mid-dar għal tnax-il siegħa u jkollhom ix-xlief fl-ilma għal sagħtejn biss. Is-sajjieda bħal dawn tal-aħħar jafu jistaqsu għalxiex m’għandhomx l-istess suċċess daqs l-oħrajn.
“L-istess prinċipju japplika għall-missjunarji, li l-Imgħallem isejjaħ ‘sajjieda tal-bnedmin’ [Mattew 4:19]. Ix-xlief ta’ missjunarju għandu jinżel ġol-ilma tas-sajd il-mument li hu jew hi joħorġu mid-dar” (seminar għall-presidenti l-ġodda tal-missjoni, 20 ta’ Ġunju, 2000).
Il-Presbiteru Quentin L. Cook espanda fuq dan il-paragun. Apparti li żżomm “ix-xlief tiegħek ġol-ilma” għal perjodi itwal ta’ ħin, hu għallimna li l-missjunarji li jsibu nies biex jgħallmu “konsistentament iżommu diversi xlief fl-ilma. …
“Huma jidentifikaw u jikkuntattjaw lill-familji part-member.
“Huma jfittxu fl-[app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi] għall-kuntatt ta’ telefown jew messaġġ ta’ nies li ġew mgħallmin fil-passat
“Huma joffru servizz lill-membri, nies li ġew mgħallmin fil-passat, nies li qed jgħallmu fil-mument, u fil-komunità. …
“Huma jgħinu lill-membri joħolqu messaġġi tal-evanġelju biex jaqsmu fuq … il-mezzi soċjali tagħhom.
“Huma jiksbu referenzi mingħand in-nies li jżuru u jgħallmu” (“Kunu Pathfinders u Influencers Spiritwali,” devozzjonali missjunarja, 10 ta’ Sett., 202; enfasi miżjuda).
Tkellem ma’ Kulħadd
Żviluppa xewqa qawwija li tressaq l-erwieħ lejn Kristu (ara Mosija 28:3). Meta tħoss din ix-xewqa, l-imħabba u t-tħassib tiegħek se jiġu riflessi fl-isforzi tiegħek biex issib. L-imħabba tiegħek ukoll se tkun riflessa fil-konverżazzjonijiet tiegħek.
Kellem ma’ kemm tiflaħ nies kuljum. Tkellem magħhom kull fejn tmur. Fejn xieraq, mur minn dar għal dar. Il-Mulej ordna lil xi wħud mill-ewwel presbiteri tal-Knisja, “Iftaħ ħalqek biex tiddikjara l-evanġelju tiegħi.” Hu mbagħad wiegħed li ħalqhom se “jimtlew” b’dak li għandhom jgħallmu (Duttrina u Patti 30:5; ara wkoll 33:7–10).
B’mod simili, il-Mulej qal lil Joseph Smith u lil Sidney Rigdon, “Għollu leħinkom fuq dan il-poplu; leħħnu l-ħsibijiet li se nqiegħed f’qalbkom.” Hu mbagħad wiegħed, “Għax jingħatalkom … f’dak l-istess mument, x’għandkom tgħidu” (Duttrina u Patti 100:5–6).
Hekk kif tiltaqa’ man-nies, ħafna drabi int se tħoss l-Ispirtu jgħinek tkun taf x’għandek tgħid. Madanakollu, jekk ma tħossx suġġeriment, ibda minn x’imkien—forsi billi tistaqsi mistoqsija u tisma’ r-rispons tagħhom (ara “Sib lin-Nies Fejn Huma” f’dan il-kapitlu). Jew forsi titkellem dwar il-Mulej Ġesù Kristu jew dwar is-sejħa ta’ Joseph Smith biex ikun profeta ta’ Alla.
L-ideat li ġejjin jistgħu jgħinu hekk kif titkellem ma’ dawk li tiltaqa’ magħhom:
-
Kun ġentili, awtentiku, u amikevoli. Fittex modi biex tista’ tagħmel kuntatt mal-persuna u kif se tibda konverżazzjoni.
-
Isma’ b’mod sinċier għal dak li jgħidu n-nies. Fittex li tifhem il-bżonnijiet u l-interessi ta’ kull persuna. Offri għajnuna personali kif xieraq.
-
Ikkunsidra kif l-evanġelju jista’ jgħin biex tilħaq il-bżonnijiet tagħhom. Imbagħad għallimhom verità bażika mill-evanġelju biex jitgħallmu aktar. Aqsam magħhom kif l-evanġelju restawrat jista’ jġib tama kbira u tifsira fil-ħajja tagħhom.
-
Staqsi dwar il-familji tagħhom. Għinhom jaraw kif l-evanġelju rrestawrat jista’ jbierek lill-familji tagħhom. Offri li tgħinhom isibu ismijiet tal-antenati mejtin tagħhom.
-
Stedinhom biex jiġu għal-laqgħa tas-sagrament.
-
Offri pamflet jew materjali oħra tal-Knisja, kemm ipprintjati u anke diġitali.
-
Aqsam magħhom l-għan tiegħek bħala missjunarju u għalxiex iddeċidejt li sservi f’missjoni.
Dawn il-prinċipji japplikaw ukoll għall-interazzjonijiet tiegħek mal-membri.
Huwa naturali li tkun xi daqsxejn imħasseb li trid tkellem lin-nies. Itlob għall-fidi u kuraġġ biex tgħallem l-evanġelju rrestawrat. Dawn kollha li tiltaqa’ magħhom huma ħutek fil-familja ta’ Alla. Ftakar li hu “ma jirrifjuta lill-ebda bniedem li jmur għandu, iswed u abjad, ilsir u ħieles, raġel u mara; … kulħadd l-istess għal Alla” (2 Nefi 26:33).
Ingħaqad mal-Membri
“Li nistiednu lil kulħadd biex jirċievi l-evanġelju huwa parti mill-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni” Manwal Ġenerali, 23.0). Aħdem mal-membri tal-Knisja biex issib nies biex tgħallem. Meta l-membri jirreferuk lil xi ħadd u mbagħad jipparteċipa fil-lezzjonijiet, hemm aktar ċans li n-nies jiġu mgħammda u jibqgħu attivi fil-Knisja.
Ibni Relazzjonijiet b’Saħħithom mal-Mexxejja Lokali
Ibni relazzjonijiet b’saħħithom mal-mexxejja tal-veskovat u mal-mexxejja ta’ qasam ieħor. Il-mexxej tal-missjoni tal-qasam (jekk wieħed jiġi msejjaħ) u l-kworum tal-presbiteri u l-presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev huma l-punt primarju tal-kuntatt tagħna. Fittex il-gwida tagħhom, u ssapportjahom fil-laqgħat ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa (ara kapitlu 13).
Waqt il-lagħqat ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa, aħdem mal-assistent tal-kworum tal-qassisin u mal-president tal-klassi tal-ikbar età fit-Tfajliet . Dawn iż-żgħażagħ għandhom irwol importanti li jaqsmu l-evanġelju mal-oħrajn. Għinhom jinkoraġġixxu l-membri tal-kworum u tal-klassi biex jaqsmu l-evanġelju mal-oħrajn. Mod wieħed huwa li ż-żgħażagħ jistiednu lill-ħbieb għall-attivitajiet.
Staqsi lilek innifsek regolarment, “Jiena barka għall-mexxejja lokali?” Żviluppa attitudni ta’ “Kif nista’ ngħin?” Bħal Ammon fil-Ktieb ta’ Mormon, ersaq lejn mexxejja lokali b’atitudni ta’ servizz (ara Alma 17:23–25).
Il-President Russell M. Nelson lill-mexxejja tal-missjoni għallimhom: “Nittama li taslu biex tħobbu lill-mexxejja u l-membri lokali. Elevawhom u ispirawhom. Qatt ma nistgħu ngħidu kemm hi importanti l-ħila tagħkom li tgħaqqdu l-entużjażmu tal-missjunarji mal-istabbilità tal-membri u l-isforzi kollha mħabba tagħhom. Is-suċċess tagħkom se jkun immultiplikat għal bosta drabi” (“Tamiet ta’ Qalbi,” seminar għall-mexxejja ġodda tal-missjoni, 23 ta’ Ġunju, 2019).
Issapportjaw lill-Membri fl-Isforzi Tagħhom biex Jaqsmu l-Evanġelju mal-Oħrajn
Hemm bosta modi kif tissapportja u tinkuraġġixxi lill-membri fi-tixrid tal-evanġelju fost nies oħra. Għinhom jirriflettu kif l-evanġelju bierek lil ħajjithom. Inkuraġġihom biex “jerfgħu d-dawl [tagħhom] ’l fuq ħalli jdawwal lid-dinja” (3 Nefi 18:24).
Għin lill-membri japplikaw il-prinċipji tal-imħabba, tal-qsim ma’ ħaddieħpr, u tal-istedina. Agħti eżempji ta’ modi normali u naturali fejn huma jistgħu japplikaw dawn il-prinċipji.
Ħobb. Mod wieħed kif turi l-imħabba għal Alla huwa billi tħobb u taqdi lil uliedu. Inkuraġġixxi lill-membri biex jersqu b’imħabba lejn membri tal-familja, ħbieb, ġirien, u oħrajn. Kwalunkwe sforz biex tesprimi l-imħabba huwa mod importanti biex iżżommu l-patti li għamlu ma’ Alla (ara Mosija 18:9–10).
Aqsam ma’ ħaddieħor. Minħabba l-imħabba tagħhom għal Alla u wliedu, il-membri b’mod naturali jridu jaqsmu l-barkiet li Huwa tahom ma’ oħrajn (ara Ġwanni 13:34–35). Ħeġġeġ lill-membri biex jgħidu lill-oħrajn dwar kif l-evanġelju birkilhom ħajjithom. Ħeġġiġhom jitkellmu dwar is-Salvatur u l-influwenza tiegħu. Għinhom iħossu l-hena li tiġi meta jaqsmu mal-oħrajn imħabbithom, il-ħin tagħhom, u l-avvenimenti ta’ ħajjithom. Għinhom jitgħallmu kif għandhom jaqsmu b’modi normali u naturali—sempliċiment bħala parti minn dak li qed jagħmlu diġà f’ħajjithom.
“Aħna lkoll naqsmu affarijiet mal-oħrajn. Nagħmlu dan ta’ spiss. Naqsmu magħhom x’films u x’ikel inħobbu, ħwejjeġ umoristiċi li naraw, postijiet li nżuru, arti li napprezzaw, u kwotazzjonijiet li jispirawna.
“Xi ngħidu jekk aħna sempliċiment inżidu mal-lista ta’ ħwejjeġ li diġà naqsmu magħhom x’inhu dak li aħna nħobbu dwar l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu? … Meta naqsmu l-esperjenzi pożittivi tagħna fl-evanġelju ma’ ħaddieħor, aħna nkunu qed nieħdu sehem fit-twettiq tal-kummissjoni l-kbira tas-Salvatur” (Gary E. Stevenson, “Ħobb, Aqsam, Stieden,” Liahona, Mejju 2022, 86).
Stiednu. Is-Salvatur jistieden lil kulħadd biex jirċievi l-evanġelju Tiegħu u jħejji ruħu għall-ħajja eterna (ara Alma 5:33–34). Bħal kif jiġri meta naqsmu ma’ ħaddieħor, li nistiednu huwa ta’ spiss mod kif ninkludu lil tal-familja, lill-ħbieb, u lill-ġirien f’dak li l-membri qed jagħmlu diġà. Ħeġġu lill-membri biex jitolbu dwar kif jistiednu lin-nies b’dal-modi li ġejjin:
-
Ejjew u araw. Stieden lin-nies biex “jiġu u jaraw” il-barkiet li jistgħu jirċievu permezz ta’ Ġesù Kristu, l-evanġelju tiegħu, u l-Knisja tiegħu.
1:17 -
Ejjew u servu. Stieden lin-nies biex “jiġu u jservu” lill-oħrajn fil-bżonn.
-
Ejjew u appartjenu. Stieden l in-nies biex “jiġu u jappartjenu” bħala membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu rrestawrata.
Il-Presbiteru Elder Gary E. Stevenson qal: “Hemm mijiet ta’ stediniet x’nistgħu nestendu lil ħaddieħor. Nistgħu nistiednu lil ħaddieħor biex ‘jiġi u jara’ servizz tas-sagrament, attività tal-qasam, vidjo onlajn li jispjega l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. ‘Ejjew u taraw’ tista’ tkun stedina biex xi ħadd jaqra l-Ktieb ta’ Mormon jew iżur xi tempju ġdid waqt li jkun miftuħ għall-pubbliku qabel id-dedikazzjoni tiegħu. Xi kultant, l-istedina hi xi ħaġa li nestendu lilna nfusna—li tgħarrafna u turina l-opportunitajiet li hemm madwarna, u naġixxu skont il-ħtieġa” (“Ħobb, Aqsam mal-Oħrajn, Stieden,” 86).
Kun ċert li tgħin liż-żgħażagħ iħobbu, jaqsmu mal-oħrajn, u jistiednu. Int għandek talent speċjali kif tħobb lill-ħbieb tiegħek, taqsam magħhom dak li għandek f’qalbek, u tistedinhom għall-attivitajiet.
Għin lill-membri jifhmu li kull sforz biex tgħix il-prinċipji ta’ mħabba, li taqsam mal-oħrajn, u li tistieden huwa pożittiv, irrispettivament jekk il-persuna tiltaqax mal-missjunarji jew tingħaqadx mal-Knisja.
Għin lill-membri jafdaw fuq il-ħiliet tagħhom biex jaqsmu l-evanġelju mal-oħrajn. Xi wħud huma tajbin ħafna isibu lin-nies biex jgħallmu, u xi wħud huma tajbin ħafna bħala għalliema. Xi wħud għandhom abbiltà naturali biex jagħmlu kuntatt mal-ħbieb, mentri xi oħrajn iħobbu jitolbu mal-ħbieb tagħhom. Għinhom jaraw li hemm modi għal kulħadd biex jipparteċipa.
Meta tistieden lill-membri, agħmel dan b’għan. Uri li inti ingaġġat b’mod anzjuż fil-ħidma tiegħek biex issib u tgħallem. Irrispetta l-ħin u l-iskeda tagħhom.
Xi membri jista’ jkun li jilqgħuk billi jħeġġuk tgħallem messaġġ minn waħda mil-lezzjonijiet. Il-veritajiet tal-evanġelju ibiddlulek il-ħajja. Li tqawwi l-fehim tal-evanġelju mal-membri jżidilhom il-fiduċja fik u jibnilhom l-eċċitament biex jajqsmuh mal-oħrajn. Għinhom jagħrfu l-Ispirtu u jaġixxu fuq is-suġġerimenti.
Fittex li tfittex lin-nies biex tgħallem permezz tal-familji part-member, presbiteri prospettiv, membri li qed jirritornaw, u membri ġodda. Hemm ċans li jkollhom ħafna membri tal-familja u ħbieb ta’ reliġjonijiet oħrajn.
F’dak kollu li tagħmel mal-membri, segwi l-Ispirtu u fittex li tibni l-fidi tagħhom fis-Salvatur, Ġesù Kristu.
Għal aktar ideat u riżorsi dwar kif tista’ tissapportja lill-membri kif jaqsmu l-evanġelju mal-oħrajn, ara:
-
“Sharing the Gospel” fil-librerija tal-Evanġelju.
-
Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi, kapitlu 13.
-
Manwal Ġenerali, kapitlu 23.
Barkiet Imwiegħda biex Taqsam l-Evanġelju mal-Oħrajn
Għin lill-membri jifhmu l-barkiet kbar meta wieħed jaqsam l-evanġelju mal-oħrajn. Dawn jinkludu:
-
Hena u paċi (ara Duttrina u Patti 18:10–16; Alma 26:11, 13, 35; Alma 36:24–28).
-
Qawwa ta’ sosteniment mingħand Alla (ara Mosija 18:8–13; Ġwanni 15:4–5).
-
Protezzjoni mit-tentazzjoni (ara 3 Nefi 18:24–25).
-
Maħfra tad-dnubiet (ara Duttrina u Patti 62:3).
Fittex ġo l-App Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi
L-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi hija riżorsa tajba ħafna biex issib nies biex tgħallem. Il-missjunarji li jużaw konsistentament il-karatteristiċi f’din l-app ikollhom aktar suċċess biex isibu. Biex issir familjari ma’ dawn il-karatteristiċi, irreferi għat-taħriġ ipprovdut fl-app stess. Kun sensittiv għas-sejħiet spiritwali li jista’ jkun li tirċievi hekk kif tirrevedi l-ismijiet tan-nies.
L-app tinkludi informazzjoni dwar nies li kienu referuti minn qabel, ġew ikkuntattjati, jew mgħallma. Xi wħud minn dawn in-nies jista’ jkun li jkunu jridu jerġgħu jiltaqgħu mal-missjunarji. Jista’ jkun li jkunu jafu nies oħrajn li jistgħu jkunu interessati li jitgħallmu dwar l-evanġelju.
Fl-ippjanar tiegħek, uża l-mappa u l-filters fl-app biex tipprijoritizza liema nies se żżur. Ħares lejn l-informazzjoni tagħhom u tgħallem kif instabu. Ara jekk hemmx reġistru dwar il-membri li għenuhom. Uża din l-informazzjoni biex tiddetermina kif l-aħjar li tilħaqhom.
Uża l-karatteristika li tiffiltra fl-app biex tidentifika lil dawk kollha li:
-
Kellhom data tal-magħmudija skedata minn qabel imma ma ġewx mgħammdin.
-
Attendew laqgħa tas-sagrament minn tal-inqas darba imma ma ġewx mgħammdin.
-
Irċevew aktar minn tliet lezzjonijiet.
-
Ma ġewx ikkuntattjati riċentament.
Jekk nies li tikkuntattja mhumiex interessati li jiġu mgħallma jew jagħżlu li jieqfu jirċievu żjarat, irreġistra dik l-informazzjoni fl-app. Irreġistra kif se tibqa’ f’kuntatt magħhom u kif se trawwimhom sakemm ikunu lesti biex jitgħallmu aktar. Per eżempju, ikkunsidra li tistedinhom biex jitniżżlu għal serje ta’ imejls biex jirċievu messaġġi dawr Ġesù Kristu jew suġġetti oħrajn tal-evanġelju. Jista’ jkun ukoll li tlaqqagħhom ma’ membru li jista’ jwieġeb u jrawmilhom interess u ħbiberija. Agħmel reminder fl-app biex terġa’ tiltaqa’ magħhom. Staqsi jekk jafux lil xi ħadd ieħor li jista’ jkun interessat.
Int tista’ wkoll issib nies biex tgħallem permezz tal-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi billi tiffiltra jew fil-gruppi biex tibgħat messaġġi lil grupp. Dan jista’ jkun mod tajjeb ħafna biex tavża lin-nies dwar avvenimenti bħal attivitajiet tal-qasam u servizz tal-magħmudija. Segwi bi stediniet personali għal dawn l-avvenimenti.
Sib permezz ta’ Servizz
Ipprovdi opportunitajiet għan-Nies biex Jiġu u Jservu
In-nies jista’ jkollhom esperjenzi pożittivi u kuntatt ma’ missjunarji u membri lokali f’attivitajiet ta’ servizz. Ħafna nies huma kuntenti li jaqsmu t-talenti, il-ħiliet, jew is-servizzi u għandhom bżonn biss li jiġu mistiedna.
Stieden lin-nies biex jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ servizz organizzati mill-qasam. Int tista’ wkoll tgħqqad lin-nies ma’ opportunitajiet ta’ servizz bħal dawk f’JustServe.org fejn ikun disponibbli. Hekk kif isservi mal-oħrajn, tersqu qrib xulxin b’mod qawwi.
Offri Servizz
Bħas-Salvatur, “[ara li] tagħmel il-ġid” (Atti 10:38; ara wkoll “Ara li Tagħmel il-Ġid” f’kapitlu 1). Itlob li tkun konxju tal-opportunitajiet biex tagħmel il-ġid f’kull jum. Xi drabi s-servizz tiegħek se jkun ippjanat, imma ħafna drabi se jkun spontanju. Sib modi sempliċi u immedjati biex isservi, tgħin, u eleva lin-nies. Ftakar li l-Mulej ħa opportunitajiet mhux mistennija biex jersaq lejn l-oħrajn u jberikhom.
Servi b’xewqa sinċiera biex tgħin lin-nies. Jekk is-servizz iwasslek għal opportunità ta’ tagħlim, kun grat. Jekk le, allura kun grat li għamilt xi ħaġa tajba għal xi ħadd. Wieġeb mistoqsijiet jekk in-nies jistaqsuhom. Jekk xi ħadd juri interess, wieġeb fil-qosor u irranġa biex tiltaqa’ f’ħin differenti biex taqsam messaġġ mal-oħrajn.
Kun ċert li ssegwi l-linjigwidi għas-servizz f’Standards tal-Missjoni għad-Dixxipli ta’ Ġesù Kristu, 2.7 u 7.2.
Sib lin-Nies Fejn Qegħdin
Biex issib lin-nies fejn qegħdin trid tibda billi tipprova tarahom kif jagħmel Alla. Assumi li int jista’ jkun ġejt imressaq biex titkellem ma’ din il-persuna, jew li hu jew hi jista’ jkun li ġew imressqa lejk. Fittex li tifhem il-ħtiġijiet u x-xewqat spiritwali tan-nies. Skopri x’inhu l-aktar ħaġa importanti għalihom, speċjalment fir-relazzjonijiet mal-familja u ma’ Alla. Jista’ jkun li tistaqsi mistoqsijiet bħal dawn t’hawn taħt—imbagħad isma’ b’mod sinċier:
-
X’inhi l-aktar ħaġa li tagħti valur?
-
X’jagħtik l-hena?
-
Xi trid għall-futur tiegħek u għal dawk li tħobb?
-
Xi sfidi tiffaċċja waqt li tipprova tilħaq l-aspirazzjonijiet u l-ħolm tiegħek?
-
X’aspetti mill-ħajja tiegħek tixtieq ittejjeb?
Fittex ispirazzjoni hekk kif tirrifletti fuq dak li tgħallem dwar l-aspirazzjonijiet u x-xewqat tal-persuna. X’veritajiet tal-evanġelju jgħaqqduk ma’ dak li hu jew hi jridu?
Ikkunsidra Hu jew hi x’jafu dwarek? X’tista’ toffri li jista’ jkun ta’ għajnuna? Il-persuna tħoss li l-interazzjoni miegħek se tkun siewja?
Ikkunsidra raġunijiet differenti li n-nies jista’ jkun li jridu jsiru jafuk, jafu lill-membri oħrajn, jew lill-Knisja. Xi eżempji ta’ dak li tista’ tipprovdi huma msemmija hawn taħt.
Agħti Esperjenzi jew Informazzjoni li Huma Se Jqisu ta’ Valur
Uża r-riżorsi tal-Knisja u t-talenti u l-ħiliet tiegħek biex tagħmel konnessjoni mal-interessi ta’ xi ħadd. Fittex l-għajnuna tal-Missier fis-Smewwiet meta toffri informazzjoni jew esperjenzi li l-persuna se tara valur fihom.
Kun miftuħ għal ispirazzjoni u kun kreattiv hekk kif taħdeb dwar tipi differenti ta’ esperjenza u informazzjoni li inti tista’ tipprovdi. Xi ideat huma mniżżlin hawn taħt.
-
Ixxerja link għal riżorsa tal-Knisja li tipprovdi informazzjoni dwar xi ħaġa li għandha tinteressahom.
-
Organizza avveniment bħal xi devozzjonali (fil-persuna jew striming dirett).
-
Offri xi ħaġa f’xi laqgħa jew avveniment lokali (per eżempju, oħloq siġar tal-istorja tal-familja bla ebda ħlas fis-suq lokali).
-
Offri li tgħallem klassi.
-
Organizza klassi tal-istudju tal-iskrittura, jew offri li taqra magħhom l-Bibbja jew skrittura oħra.
-
Għallem l-Ingliż bħala t-tieni lingwa
-
Ippubbliċizza attivitajiet tal-Knisja lokali bħal xi parti waqt il-btajjel jew klassijiet tal-awto-dipendenza. Uża flyers jew il-midja soċjali.
-
Stedinhom għal servizz tal-magħamudija.
-
Offri lli ddawwarhom mad-dar tal-laqgħat fil-lokal tagħhom.
Waħda mill-esperjenzi l-aktar ta’ valur li int tista’ tgħin lin-nies li jkollhom hija li jattendu s-servizz tal-Knisja. Stedinhom u spjegalhom f’xiex se tikkonsisti. Għidilhom kif li jattendu laqgħa tas-sagrament se jberkilhom ħajjithom.
Iffaċilita Relazzjonijiet Ġenwini
Ħafna nies ikunu jixtiequ li jiltaqgħu ma’ nies oħra fil-komunità tagħhom jew li jsiru jafuhom aħjar. Xi nies iħossuhom waħedhom. Xi ideat li jistgħu jwasslu biex jiffaċilitaw relazzjonijiet ġenwini huma mniżżlin hawn taħt.
-
Żur nies li riċentament ġew joqogħdu fiż-żona biex tilqagħhom.
-
Introduċi nies fil-komunità ma’ membri li għandhom interessi komuni.
-
Stieden lin-nies għal-laqgħat tal-qasam, l-attivitajiet, u meta jkun hemm open houses.
-
Offri li tgħinhom jagħmlu konnessjonijiet mal-mexxej fil-qasam tat-tempju u tal-istorja tal-familja, li jista’ jgħinhom jitgħallmu iktar dwar membri tal-familja tagħhom li huma mejtin.
-
Offri li tgħallem lin-nies kif jagħmlu lejla d-dar jew jaqraw l-iskrittura bħala familja. (Ara Manwal Ġenerali, 2.2.4, għall-prinċipji ta’ għajnuna li jistgħu jiġu addattati għaċ-ċirkostanzi tan-nies).
-
Stieden lin-nies tal-età xierqa biex jattendu s-seminarju, jattendu istitut, jew jipparteċipaw fi BYU–Pathway Worldwide.
Hemm bosta metodi onorabbli biex issib lil dawk li huma pprepartati għall-evanġelju rrestawrat. Agħmel mill-aħjar li tista’ biex titqiegħed fit-triq ta’ dawk li qed jitħejjew.
Ikkuntattja Nies Irreferuti Għandek
In-nies li ġew irreferuti għandek jistgħu jkunu lesti biex jirċievu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Ir-referenzi jistgħu jiġu mill-membri tal-Knisja, missjunjarji oħrajn, mill-kwartieri tal-Knisja, u mill-isforzi tal-midja soċjali lokali.
Ilħaq lill-Ħaddiehor fil-Pront
Meta persuna tkun referuta għandek permezz tal-kwartieri jew tal-midja soċjali lokali, irrevedi l-informazzjoni fl-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi dwar l-interessi tagħhom. Agħmel attentat biex tikkuntattjahom mill-aktar fis possibbli.
Uża l-linjigwidi li ġejjin meta taħdem man-nies referuti għandek:
-
Jekk persuna kienet referuta minn membru jew minn missjunarji oħrajn, ikkuntattja lill-persuna li bagħtet ir-referenza biex issir taf aktar. Jekk il-missjunarji irreferew lill-persuna, jista’ jkun li huma jinfurmawk b’mod virtwali jekk il-mexxej tal-missjoni tagħhom japprova. Il-membri jistgħu jingħaqdu miegħek personalment jew virtwalment biex jipparteċipaw fit-tagħlim.
-
Agħmel tentattiv fil-pront biex tikkuntattja lill-persuna permezz ta’ żjara, telefonata, messaġġ, imejl, jew mezz ieħor ta’ komunikazzjoni. Jekk il-persuna ma tirrispondix, ipprova kkuntattjaha f’ħin differenti tal-ġurnata.
-
Jekk il-kuntatt inizzjali tiegħek kien permezz ta’ telefonata, messaġġ, jew imejl, irranġa ħin biex tiltaqa’ personalment jew permezz tat-teknoloġija.
-
Bħala ħidma mal-kumpann tiegħek, irrevedi t-talba tal-persuna u identifika l-bżonnijiet u l-interessi tagħha. Iddetermina kif l-evanġelju jista’ jgħinha biex tilħaq dawk il-bżonnijiet.
-
Meta tiltaqgħu, ġib kull oġġetti mitluba, bħall-Ktieb ta’ Mormon. Aqsam il-veritajiet tal-evanġelju mil-lezzjonijiet tal-missjoni li huma relevanti għall-interessi u l-bżonnijiet tan-nies.
Xi drabi nies li huma referuti jistgħu jwassluk għal oħrajn li Alla qed jipprepara. Jekk in-nies li tikkuntattja ma jkunux interessati, staqsi jekk jafux oħrajn li jistgħu jkunu interessati jew li għandhom bżonn it-tama f’ħajjithom. Forsi ġejt imlaqqa’ ma’ din il-persuna għax xi ħaddieħor fid-dar jew fl-akwati huwa lest għall-evanġelju
Jekk appuntament ma’ xi ħadd jiġi kkanċellat, ikkunsidra kif tista’ tagħmel xogħol missjunarju fl-akwati. L-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi tista’ tgħinek issib nies fil-qrib li diġa’ ġew ikkuntattjati jew mgħallma.
Irreferri Nies lill-Missjunarji f’Żona Oħra
Meta tiltaqa’ man-nies li huma interessati li jitgħallmu aktar dwar l-evanġelju imma joqogħdu barra mir-reġjun assenjat lilek, introduċihom mal-evanġelju. Imbagħad għinhom jippreparaw biex jiltaqgħu mal-missjunarji u mal-membri fejn joqogħdu.
Bl-approvazzjoni tal-president tal-missjoni, int tista’ tkompli tissapportja lil dawn in-nies biex tgħinhom jirċievu l-evanġelju (ara Standards tal-Missjoni, 7.5.4).
Uża t-Teknoloġija
Hemm diversi modi ta’ kif tista’ tuża t-teknoloġija biex issib nies biex tgħallem. Xi eżempji huma mniżżla hawn taħt:
-
Uża l-midja soċjali biex taħdem mal-membri biex isibu n-nies.
-
Ibni relazzjonijiet billi tilħaq lin-nies permezz tal-imejl u midja soċjali.
-
Aqsam mal-oħrajn skritturi edifikanti, kwotazzjonijiet, u messaġġi mill-evanġelju.
-
Għin lin-nies jużaw FamilySerach.org biex jitgħallmu aktar dwar membri tal-familja tagħhom li jkunu għaddew għall-ħajja l-oħra.
-
Offri klassijiet onlajn biex tgħallem il-ħiliet.
-
Agħmel konnessjonijiet xierqa permezz ta’ gruppi ta’ interess onlajn.
-
Oħloq post li javża x’avvenimenti tal-qasam se jkun imiss.
Li nużaw it-teknoloġija huwa mod importanti biex inżommu “diversi xlief fl-ilma” matul il-ġurnata. Apparti l-isforzi l-oħrajn biex issib, żomm diversi xlief fl-ilma permezz tal-internet.
Il-Presbiteru David A. Bednar għallem: “It-teknoloġija tipprovdi diversi oqsma b’saħħithom li permezz tagħhom aħna nistgħu niddikkjaraw lil ‘Ġesù Kristu, u lilu msallab’ u ‘nippridkaw l-indiema lin-nies’ [1 Korintin 2:2; Duttrina u Patti 44:3]. Il-ġenerazzjoni li għadha tielgħa hija mħejjija speċjalment tajjeb biex tisma’ u titgħallem dwar l-evanġelju rrestawrat permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni” (“Messhom Jipproklamaw dal-Ħwejjeġ lid-Dinja,” seminar għall-presidenti tal-missjoni ġodda, 24 ta’ Ġunju, 2016).
Uża l-Istorja tal-Familja
L-Istorja tal-familja huwa mod ieħor kif inti tista’ ssib nies biex tgħallem. Madwar id-dinja, l-Ispirtu qed jinfluwenza miljuni ta’ nies biex jidetifikaw l-antenati mejtin tagħhom. Bosta jridu konnessjoni iktar b’saħħitha mal-familja estiża tagġhom. Dan jista’ jwassal għax-xewqa li jsibu konnessjoni u identità bħala parti mill-familja ta’ Alla.
Dak li xi drabi nirreferu għalih bħala l-ispirtu ta’ Elija huwa l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu li jressaq lin-nies biex jidentifikaw, jiddokumentaw, u jgħożżu lill-membri tal-familja tagħhom—kemm tal-passat u kemm tal-preżent (ara Malakija 4:5–6).
Int u tfittex, tista’ tintroduċi lin-nies għall-FamilySearch.org jew testedinhom biex iniżżlu l-app FamilySearch Tree jew l-app FamilySearch Memories Tista’ tagħtihom kopja tal-ktejjeb Il-Familja Tiegħi: Stejjer li Jressquna Flimkien. Dawn ir-riżorsi jgħinu lin-nies biex jiskopru nies jiġu minnhom u antenati u biex jiġbru l-istejjer tagħhom.
Iddetermina x’riżorsi tal-istorja tal-familja huma disponibbli fiż-żona tiegħek u kif dawn jistgħu jgħinu lin-nies li int tikkuntattja. Il-mexxej tat-tempju fil-qasam u tempji u l-istorja tal-familja jista’ jgħin lin-nies jidentifikaw l-antenati mejtin tagħhom.
Stieden lin-nies biex jaqsmu miegħek il-memorji tal-maħbubin tagħhom. Hekk kif jagħmlu dan, huma jistgħu jħossu l-Ispirtu s-Santu jagħtiom xhieda dwar l-importanza tal-familji fil-pjan ta’ Alla. Dawn il-mumenti jistgħu jwasslu għall-konverżazzjonijiet naturali dwar l-għan tal-ħajja, il-pjan ta’ Alla għall-kuntentizza, u l-irwol tas-Salvatur f’dak il-pjan.
Meta jkun xieraq, għallem lin-nies id-duttrina dwar ir-raġuni għalfejn il-membri tal-Knisja jagħmlu l-istorja tal-familja u kif dan tirrelata mat-tempji.
Itlob biex tkun konxju ta’ opportunitajiet biex tuża l-istorja tal-familja fl-isforzi tiegħek biex issib nies li tgħallem. Kun kreattiv, u qis li ssir familjari mar-riżorsi disponibbli.
Sib Meta Tgħallem
Li nsibu u li ngħallmu huma attivitajiet relatati. In-nies li tgħallem ta’ spiss ikollhom ħbieb jew tal-familja li huma ppreparati li jirċievu l-evanġelju rrestawrat. Hekk kif in-nies li inti tgħallem jesperjenzaw il-barkiet tal-evanġelju, tikber ix-xewqa tagħhom li jaqsmuh ma’ ħaddieħor (ara 1 Nefi 8:12). Fis-sitwazzjonijiet—bħal meta nsibu, ngħallmu, u naħdmu ma’ membri—staqsi, “Lil min tafu li jista’ jibbenifika minn dan il-messaġġ?”
Meta dawk li inti tgħallem ikunu qed jitħejjew għas-servizz tal-magħmudija, staqsihom dwar tal-familja u l-ħbieb li huma jixtiequ jistiednu għall-magħmudija tagħhom. Agħmel pjanijiet li tistedinhom u tħeġġiġhom ilkoll li jiġu. L-Ispirtu jafu jinħass b’mod qawwi ħafna waqt servizz tal-magħmudija.
Għallem Meta Ssib
Hekk kif tiltaqa’ man-nies u tidentifika l-interessi u l-ħtiġijiet tagħhom, qis li tiżviluppa d-drawwa li tibda tgħallem u taqsam magħhom ix-xhieda tiegħek. Se ssib iktar nies x’tgħallem int u tixhed dwar is-Salvatur u l-evanġelju tiegħu u tippermettilhom li jħossu l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.
Ikkonsidra li tgħallem dwar suġġetti bħall-kuntentizza, l-avverità, l-għan tal-ħajja, jew il-mewt. Ikun x’ikun il-mod kif tersaq lejhom inizjalment, irreferi minnufih u b’mod sempliċi għas-Salvatur, l-evanġelju tiegħu, u s-sejħa Tiegħu tal-Profeta Joseph Smith. Dan huwa l-messaġġ uniku tagħna għad-dinja.
Is-sezzjonijiet li ġejjin jipprovdu eżempji ta’ kif int tista’ tgħallem fil-qosor dwar ir-Restawrazzjoni tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u dwar l-importanza tal-familja.
Għallem u Ixhed dwar ir-Restawrazzjoni tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu
Ixhed dwar Ġesù Kristu u għallem sommarji fil-qosor tal-verità rrestawrata. Per eżempju, tista’ tixhed dwar l-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu f’’żewġ sentenzi jew tlieta biss:
Wara sekli li kienu mitlufin, il-veritajiet ġew irrestawrati minn Alla kollha mħabba permezz ta’ profeta ħaj. Għandna evidenza ta’ dan li int tista’ żżomm f’idejk, taqra, u tixtarr f’qalbek. Nistednuk taqraha u titlob biex tagħraf il-verità tagħha għalik innifsek. Tippermettielna …
Jekk ikollok ftit iktar ħin, tista’ żżid:
Il-messaġġ tagħna huwa wieħed sempliċi. Alla huwa Missierna. Aħna wliedu. Aħna parti mill-familja Tiegħu. Huwa jafna personalment u jħobbna. Iridna nkunu kuntenti. Sa mill-bidu tad-dinja, Huwa segwa mudell li dejjem jersaq lejna bl-imħabba biex jiżvela l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu sa biex uliedu jistgħu jagħrfu kif għandhom jirritornaw għandu. Huwa żvela dan lil profeti bħal Adam, Noè, Abraham, u Mosè. Iżda bosta nies għażlu ripetutament li jiċħdu l-evanġelju u l-profeti li għallmuh. Elfejn sena ilu, Ġesù Kristu stess għallem l-evanġelju Tiegħu. In-nies ċaħdu wkoll lil Ġesù. Wara l-mewt tal-Appostli ta’ Ġesù, in-nies għawġu d-duttrina vera, bħal dik dwar id-Divinità. Bidlu wkoll l-ordinanzi, bħall-magġmudija.
L-istedina tagħna lilek hi li nkomplu nżidu ma’ dik il-verità li inti diġà tgħożż. Ikkonsidra l-ewvidenza li l-Missier fis-Smewwiet resaq mill-ġdid len uliedu bl-imħabba u żvela d-duttrina vera u l-ordinanzi veri lil wieħed profeta. Dan il-profeta jismu Joseph Smith. L-evidenza ta’ din il-verità tinstab fi ktieb—il-Ktieb ta’ Mormon. Tista’ żżommu f’idejk, taqrah, u tixtarr il-verità tiegħu f’moħħok u qalbek. Nistednuk tattendi l-knisja biex issir taf iżjed.
Għallem u Agħti Xhieda dwar l-Importanza tal-Familja
Li tindirizza l-importanza tal-familja jgħinek issib nies biex tgħallem, sew jekk għandhom sfond Kristjan, u sew jekk m’għandhomx. Tista’ bla dewmien tispjega dak li l-maġġorparti tan-nies jafu dwar il-familja għall-pjan ta’ salvazzjoni tal-Missier fis-Smewwiet. Tista’ tgħidilhom xi ħaġa hekk:
Il-familja tagħna tista’ tkun waħda mill-influwenzi l-iktar importanti f’ħajjitna. Il-familja tagħna torbotna ma’ xulxin u tista’ tgħinna biex inħossuna meħtiġin u maħbubin.
Li jkollok familja b’saħħitha u kuntenta hija l-prijorità ta’ ħafna nies. Li jkollok żwieġ b’saħħtu u trabbi t-tfal fid-dinja tal-lum jista’ jkun ta’ sfida kbira.
Imbagħad tista’ tagħmel tranżizzjoni għall-messaġġ tar-Restawrazzjoni:
Int kont parti mill-familja ta’ Alla minn qabel ma twelidt. Huwa Missierna. Il-Missier fis-Smewwiet iridna nerġgħu lura u ngħixu miegħu Int wild Alla, u Hu jħobbok. Huwa għandu pjan biex jgħinek tirritorna għandu.
Dawn il-veritajiet, u oħrajn, ġew irrestawrati lid-dinja minn Missierna fis-Smewwiet, li tant iħobb, permezz ta’ profeta ħaj. Dawn il-veritajiet jgħinuna nifhmu l-post tagħna fil-familja ta’ Alla. Nistgħu ngħallmuk iktar dwatr dawn il-veritajiet? Tixtieq tattendi l-knisja sabiex issir taf iżjed?
L-Ebda Sforz Mhu Moħli
Meta n-nies jagħżlu li ma jitgħallmux iżjed dwar l-evanġelju rrestawrat, l-isforzi tiegħek mhumiex moħlijin. Forsi żrajt żerriegħa li tikber xi żmien ieħor. Indipendentament jekk dan jiġrix jew le, is-servizz tagħkom u l-espressjonijiet tagħkom ta’ mħabba ġenwina se tbierek lilkom it-tnejn u lilhom.
Jekk in-nies għadhom mhux lesti li jirċievu l-evanġelju, ara x’tista’ tagħmel iżjed biex tarrikkixxi lil ħajjithom. Ir-relazzjonijiet li tiżviluppa huma xorta sinifikanti u ta’ siwi. Ibqa’ kun ħabib tagħhom.
In-nies xi drabi għandhom bżonn iż-żmien biex jikkonsidraw il-bidliet li qed jintalbu li jagħmlu. Għinhom biex jirċievu messaġġi permezz tal-imejls u l-websajts tal-Knisja. Dawn il-messaġġi jistgħu jgħinu biex in-nies jiġu ppreparati li jaċċettaw stediniet fil-futur sabiex jitgħallmu iżjed.
Meta persuna ma teċċettax l-evanġelju, huwa naturali li wieħed iħossu diżappuntat. Madanakollu, meta ddur lejn il-Mulej fi żminijiet bħal dawn, Huwa wiegħed, “Jiena nwettqek, jiena ngħinek, inwieżnek” (Isaija 41:10).
Permezz tal-fidi fi Kristu, int tista’ ssib il-paċi u r-riassigurazzjoni dwar l-isforzi tiegħek. Żomm viżjoni ta’ min inti u tar-raġuni għalfejn qed isservi lill-Mulej bħala missjunarju Il-fidi se tgħinek tibqa’ tirsisti u tkompli fix-xewqat ġusti tiegħek.
Ideat għal Studju u Applikazzjoni
Studju Personali
-
Aqra Ġwanni 15:12, Ġwanni 21:15–17, 1 Tessalonkin 2, u Mosija 18:8–10. Kemm qed twettaq sew ir-responsabbiltà tiegħek li tħobb u sservi lill-oħrajn? Kif tista’ tijieb? Ikteb it-tweġibiet tiegħek fid-djarju tal-istudju tiegħek.
-
Aqra 3 Nefi 18:31–32, Alma 24:7–8, u Alma 32:41. X’jgħallmuk dawn il-versi dwar meta taħdem ma’ nies li kienu ġew mgħallma qabel? Irrekordja dak li titgħallem fid-djarju tal-istudju tiegħek. Għallem dan lill-kumpann tiegħek.
Kumpann tal-istudju u Skambju ta’ Kumpann
-
Agħmel pjanijiet biex tiltaqa’ ma’ membri ġodda fiż-żona tiegħek. F’każ li jkun meħtieġ, uża l-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex tidentifikahom. Staqsi mistoqsijiet bħal dawn:
-
Kif ġejt imħejji għall-evanġelju?
-
Meta u kif ġejt għall-ewwel darba f’kuntatt mal-Knisja?
-
X’ħeġġek biex tiltaqa’ mal-missjunarji?
-
Kif nistgħu nissapportjaw il-progress kontinwu tiegħek?
Minn dawn il-messaġġi, x’tgħallimt dwar kif issib nies li jagħmlu progress lejn il-magħmudija? Agħmel pjanijiet biex tapplika dak li titgħallem din il-ġimgħa.
-
-
Irrevedi kull wieħed minn dawn is-suġġetti li ġejjin. Filwaqt li tuża l-lezzjonijiet f’kapitlu 3, ipprepara mod sempliċi kif issib. Ipprattika kif tgħallem f’ambjent fejn qed issib.
-
Inħossu l-ħtieġa għal iktar direzzjoni u għan fil-ħajja
-
Irridu inħossuna aktar viċin ta’ Alla
-
Neħtieġu l-għajnuna meta nieħdu deċiżjonijiet importanti.
-
Kunsill tad-Distrett, Konferenzi taż-Żona, u Kunsill tat-Tmexxija tal-Missjoni
-
Aqra u ddiskuti s-sezzjoni “Espandi l-Viżjoni Tiegħek ta’ Ippjanar biex Issib” Qabbad lil kull sħubija jimlew l-evalwazzjoni.
-
Iddiskuti kif dawn l-ideat għenu lill-missjunarji jsibu nies biex jgħallmu.
-
Niżżel ideat oħra biex issib nies sabiex tgħallem. Stieden lill-missjunarji biex jiddeskrivu l-ideat tagħhom.
-
Stieden lill-missjunarji biex ifasslu miri personali biex itejbu l-isforzi tagħhom li jsibu.
-
-
Oħloq lista ta’ bosta opportunitajiet ta’ sejbien.
-
Assenja lil kull missjunarju waħda mill-opportunitajiet. Agħti lil kull missjunarju ħames minuti biex jipprepara kif hu jew hi ħa jgħallmu parti minn lezzjoni fis-sitwazzjoni assenjata.
-
Enfasizza l-ħtieġa li żżomm it-tul tal-messaġġ kif xieraq għas-sitwazzjoni.
-
Stieden bosta missjunarji biex jgħallmu l-lezzjoni li ppjanaw fis-sitwazzjoni assenjata tagħhom.
-
-
Stieden lill-missjunarji biex jipprattikaw billi jaqsmu ma’ xulxin messaġġ ta’ minuta dwar l-evanġelju. Tista’ tħejji varjetà ta’ sitwazzjonijiet ta’ sejbien, bħal per eżempju li tgħallem f’dar ta’ membru, li tgħallem fuq l-għatba ta’ bieb, li tgħallem fuq il-bakina fit-triq, jew li tikkuntattja lil xi riferiment. Qabbad lill-missjunarji jipprattikaw it-tagħlim f’kull wieħed minn dawn is-sitwazzjonijiet.
Mexxejja tal-Missjoni u Konsulenti tal-Missjoni
-
Kun ta’ eżempju għall-ħidma ta’ membru-missjunarju fil-familja tiegħek. Aqsma l-esperjenzi tiegħek mal-missjunarji u l-membri.
-
Ħu parir tal-mexxejja lokali tas-saċerdozju u l-organizzazzjoni dwar l-aqwa modi għall-missjunarji kif isibu nies x’jgħallmu fil-missjoni tiegħek.
-
Organizza devozzjonali ta’ missjoni li fihom int tista’ titkellem ma’ nies li qed jiġu mgħallma fil-missjoni tiegħek. Ikkoordina mal-mexxejja lokali tas-saċerdozju sabiex il-membri jistgħu jġibu lil ħbiebhom. Stieden membri ġodda biex jaqsmu t-testimonjanzi tagħhom u jirrakkonataw l-istejjer tagħhom tal-konverżjoni qabel ma titkellem.
-
Xi drabi mur mal-missjunarji biex tgħinhom isibu nies sabiex jgħallmu.