It‑Testimonjanza ta’ Tmien Xhieda
Biex kull ġens, tribù, ilsien, u poplu, li għandu se jasal dan il‑ktieb, ikun jaf: Li Joseph Smith, Jun., it‑traduttur ta’ dan il‑ktieb, wera lilna l‑pjanċi li ssemmew fil‑kitba, li jidhru li huma tad‑deheb; u li aħna missejna b’idejna l‑folji kollha li l‑istess Smith ittraduċa; u li aħna rajna wkoll l‑inċiżjoni ta’ fuqhom, fejn ilkoll kemm huma jidhru li huma xogħol antik, u magħmulin b’sengħa kbira. U ta’ dan aħna nagħtu xhieda b’mod mill‑aktar solenni, li l‑istess Smith uriena l‑pjanċi, għax aħna rajniehom u żammejniehom f’idejna, u nafu tassew li dan l‑istess Smith għandu l‑pjanċi li aħna tkellimna dwarhom. U aħna nagħtu isimna lid‑dinja, biex nixhdu mad‑dinja dak li aħna rajna. U aħna ma ngħidux kelma b’oħra, u Alla hu xhud ta’ dan.
Christian Whitmer
Jacob Whitmer
Peter Whitmer, Jun.
John Whitmer
Hiram Page
Joseph Smith, Sen.
Hyrum Smith
Samuel H. Smith