Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 3: Lezzjoni 4—Insiru Dixxipli ta’ Ġesù Kristu Tul Ħajjitna


“Kapitlu 3: Lezzjoni 4—Insiru Dixxipli ta’ Ġesù Kristu Tul Ħajjitna,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)

“Kapitlu 3: Lezzjoni 4,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

Kapitlu 3: Lezzjoni 4

Insiru Dixxipli ta’ Ġesù Kristu Tul Ħajjitna Kollha

Immaġni
The Lost Lamb, ta’ Del Parson.

It-Tagħlim ta’ Din il-Lezzjoni

Il-magħmudija hija ordinanza li tnissel l-hena u ġġib it-tama. Meta nitgħammdu, aħna nuru x-xewqa tagħna li nimxu wara Alla u nibdew it-triq li twassal għall-ħajja eterna. Inkunu qed nuruw wkoll l-impenn tagħna li insiru dixxipli ta’ Ġesù Kristu tul ħajjitna

Din il-lezzjoni hija organizzata skont il-patti li nagħmlu fil-magħmudija. Tinkludi dawn is-sezzjonijiet ewlenin, kif ġej, li kull waħda minnhom għandha xi sottosezzjonijiet:

Għin lin-nies jifhmu li l-prinċipji u l-kmandamenti li int tgħallem huma parti mill-patt li huma jagħmlu fil-magħmudija. Urihom kif kull parti ta’ din il-lezzjoni se tgħinhom “imorru għand Kristu … u jgawdu s-salvazzjoni tiegħu (Omni 1:26; ara wkoll 1 Nefi 15:14).

Jaqbel li din il-lezzjoni tgħallimha waqt bosta żjajjar. Rari li lezzjoni tieħu aktar minn 30 minuta. Huwa aktarx aħjar li tagħmel numru aktar spiss ta’ żjarat qosra li fihom tgħallem biss parti mill-materjal tal-lezzjoni.

Ippjana x’se tgħallem, meta se tgħallmu, u kemm se tieħu ħin. Ikkonsidra l-ħtiġijiet tan-nies li qed tgħallem, u fittex il-gwida tal-Ispirtu. Inti għandek tkun flessibbli biżżejjed li tgħallem il-lezzjonijiet bl-aħjar mod li taħseb li tista’ tgħin lin-nies biex jitħejjew kompletament għall-magħmudija u l-konferma.

Xi sezzjonijiet f’din il-lezzjoni jinkludu stediniet speċifiċi. Fittex l-ispirazzjoni biex tiddeċiedi kif u meta se testendi l-istediniet. Kunu konxji tal-bżonnijiet tal-livell ta’ fehim ta’ kull persuna. Għinu jew għinha tgħix l-evanġelju, pass wara pass.

Immaġni
mara tieħu s-sagrament

Il-Patt Tagħna li Jkollna Rieda li Nieħdu Fuqna Isem Ġesù Kristu.

Meta aħna nitgħammdu, aħna nagħmlu patt li se nimxu wara Ġesù Kristu “b’għan sħiħ fil-qalb.” Aħna nixhdu wkoll li aħna “lesti li nieħdu fuqna l-isem ta’ Kristu” (2 Nefi 31:13; ara wkoll Duttrina u Patti 20:37).

Meta aħna nieħdu fuqna isem Ġesù Kristu dan ikun ifisser li aħna niftakru fih u qed nagħmlu l-almu tagħna biex ngħixu bħala dixxipli Tiegħu matul il-ħajja. Aħna nħallu d-dawl tiegħu jiddi minna sa ma jasal f’oħrajn. Aħna nqisu lilna nfusna li aħna Tiegħu u npoġġuh l-ewwel f’ħajjitna.

Is-sezzjonijiet li ġejjin jiddeskrivu żewġ modi kif aħna niftakru f’Ġesù Kristu u nimxu warajh.

Itlob Spiss

It-talb jista’ jkun konverżazzjoni sempliċi ma’ Missierna fis-Smewwiet li tiġi mill-qalb. Fit-talb, aħna nitkellmu miegħu b’mod miftuħ u onest. Aħna nesprimu l-imħabba għalih u l-gratitudni tagħna għall-barkiet li huwa tana. Aħna nitolbuh ukoll sabiex jgħinna, jipproteġina, u jidderiġina. Hekk kif nagħlqu t-talb tagħna, jeħtieġ li nqattgħu xi ħin biex nieħdu pawsa u nisimgħu.

Ġesù għallem, “Jeħtieġ li titolbu dejjem lill‑Missier f’ismi” (3 Nefi 18:19, enfasi miżjuda; ara wkoll Mosè 5:8). Hekk kif nitolbu f’isem Ġesù Kristu, aħna niftakru kemm fih u kemm fil-Missier fis-Smewwiet.

Ġesù tana eżempju biex nimxu fuqu meta nitolbu. Nistgħu nitgħallmu ħafna dwar it-talb billi nistudjaw it-talb tas-Salvatur fl-iskrittura (ara Mattew 6:9–13; Ġwanni 17).

It-talb tagħna jista’ jinkludi l-partijiet li ġejjin:

  • Ibda billi tindirizza lill-Missier fis-Smewwiet.

  • Esprimi s-sentimenti ta’ qalbek, bħal gratitudni għall-barkiet li int irċevejt.

  • Staqsi l-mistoqsijiet, fittex il-gwida, u staqsi għall-barkiet li għandek bżonn.

  • Agħlaq billi tgħid, “F’isem Ġesù Kristu, amen.”

L-iskrittura twissina biex nitolbu filgħodu u filgħaxija. Madanakollu, tista’ titlob f’kull ħin u f’kull post. Għat-talbiet personali jew għal tal-familja, jista’ jkun li tkun sinifikanti li ninżlu għarkubtejna. Dejjem għandu jkollna talba f’qalbna. (Ara Alma 34:27; 37:36–37; 3 Nefi 17:13; 19:16.)

It-talbiet tagħna għandhom ikunu bi ħsieb u minn qalbna. Meta nitolbu, għandna nevitaw li ngħidu l-istess affarijiet bl-istess modi.

Aħna nitolbu b’fidi, sinċerità, u intenzjoni vera biex naġixxu fuq it-tweġibiet li nirċievu. Hekk kif nagħmlu dan, Alla se jiggwidana u jgħinna nagħmlu deċiżjonijiet tajbin. Aħna nħossuna ferm aktar qrib tiegħu. Hu se jagħtina fehim u verità. Hu se jberikna bil-faraġ, l-paċi, u l-qawwa.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida għall-Iskrittura: “Talb

  • Dizzjunarju tal-Bibbja: “Talb

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Talb

Studja l-Iskrittura

Nefi għallem, “Mantnu lilkom infuskom permezz ta’ kliem Kristu; għax [dan] jgħidilkom dak kollu li għandkom tagħmlu” (2 Nefi 32:3; ara wkoll 31:20).

L-istudju tal-iskrittura huwa mod essenzjali biex niftakru f’Ġesù Kristu u nimxu warajh. Fl-iskrittura nitgħallmu dwar ħajtu, il-ministeru, u t-tagħlim tiegħu. Nitgħallmu wkoll dwar il-wegħdiet tiegħu. Aħna u naqraw l-iskrittura, nesperjenzaw imħabbtu. Ruħna tespandi, il-fidi tagħna fih titkattar, u moħħna jiddawwal. It-testimonjanzi tagħna tal-missjoni divina Tiegħu jitqawwew.

Niftakru f’Ġesù u nimxu warajh waqt li napplikaw kliemu f’ħajjitna. Jenħtieġ li nistudjaw l-iskrittura ta’ kuljum, speċjalment il-Ktieb ta’ Mormon.

L-iskrittura tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tikkonsisti mill-Bibbja Mqaddsa, il-Ktieb ta’ Mormon, id-Duttrina u Patti, u l-Ġawhra ta’ Valur Kbir. Dawn jissejħu x-“xogħol standard.”

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida għall-Iskrittura: “Skrittura.”

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Skrittura

Immaġni
Ġesù Kristu jgħallem lill-folla

Il-Patt Tagħna li Nħarsu l-Kmandamenti ta’ Alla.

Nota: Hemm diversi modi kif tgħallem il-kmandamenti li ssib f’din il-lezzjoni. Per eżempju, tista’ tgħallimhom fi ftit żjajjar. Jew tista’ tgħallem uħud minnhom bħala parti mill-ewwel tliet lezzjonijiet. Meta qed tgħallem il-kmandamenti, kun żgur li tassoċjahom mal-patt tal-magħmudija jew il-pjan tas-salvazzjoni.

Meta nitgħammdu, aħna nagħmlu patt ma’ Alla li se “nħarsu l-kmandamenti tiegħu” (Mosija 18:10; Alma 7:15).

Is-Salvatur jagħtina l-profeti fostna għaliex iħobbna. Huwa jixtieq l-aħjar tagħna, kemm f’din il-ħajja, kif ukoll fl-eternità. Bħala Missierna fis-Smewiwiet, Huwa jaf x’neħtieġu għall-benesseri tagħna, spiritwalment u fiżikament. Huwa jaf ukoll x’iġibilna l-akbar ferħ. Kull kmandament huwa rigal divin, mogħti biex jiggwida d-deċiżjonijiet tagħna, jipproteġina, u jgħinna nikbru.

Waħda mir-raġunijiet għalfejn ninsabu hawn fid-dinja hi biex nitgħallmu u nikbru billi nużaw l-volontà tagħna b’mod għaqli (ara Abraham 3:25). Li nagħżlu li nobdu l-kmandamenti ta’ Alla—u li nindmu meta niżolqu xi ftit—jgħinna ninnavigaw dan il-vjaġġ mortali li ta’ spiss mimli sfidi.

Il-kmandamenti ta’ Alla huma sors ta’ qawwa u barkiet (ara Duttrina u Patti 82:8–9). Meta nħarsu l-kmandamenti, nitgħallmu li mhumiex regoli li jtaqqlu u li jirristrinġulna l-libertà tagħna. Il-libertà vera taslilna meta aħna nobdu l-kmandamenti. L-ubbidjenza hija sors ta’ qawwa li jġibinla d-dawl u l-għarfien permezz tal-Ispirtu s-Santu. Iġġibilna ferħ ikbar u tgħinna nilħqu l-potenzjal divin tagħna bħala wlied Alla.

Alla jwiegħed li jberikna hekk kif aħna nħarsu l-kmandamenti tiegħu. Xi barkiet huma speċifiċi għal ċerti kmandamenti. Il-barkiet aħħarin tiegħu huma l-paċi f’din il-ħajja u l-ħajja eterna fil-ħajja li jmiss. (Ara Mosija 2:41; Alma 7:16; Duttrina u Patti 14:7; 59:23; 93:28; 130:20–21.)

Il-barkiet ta’ Alla huma kemm spiritwali u kemm temporali. Xi drabi, jenħtieġ li nkunu paċenzjużi u nistennewhom, filwaqt li nittamaw li għad jaslu skont ir-rieda u ll-orarju Tiegħu (ara Mosija 7:33; Duttrina u Patti 88:68). Biex nagħrfu xi barkiet, jeħtieġ li nkunu attenti spiritwalment u osservanti spiritwalment. Dan huwa partikolarment veru minħabba l-barkiet li jiġu b’modi sempliċi u jidhru ordinarji.

Xi barkiet jaf ikunu evidenti biss meta wieħed iħares lura. Xi oħrajn jaf ma jiġux sakemm mhux wara din il-ħajja. Irrispettivament miż-żmien u n-natura tal-barkiet ta’ Alla, aħna nistgħu nkunu assigurati li se jiġu hekk kif nagħmlu li nistgħu biex ngħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu (ara Duttrina u Patti 82:10).

Alla jħobb lil uliedu kollha b’mod perfett. Hu paċenzjuż quddiem id-djgħufijiet tagħna, u hu jaħfrilna meta aħna nindmu.

Iż-Żewġ Kmandamenti Kbar

Meta Ġesù ġie mistoqsi, “Liema hu l-kmandament il-kbir fil-liġi?” Huwa wieġeb, “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.”

Ġesù mbagħad qal li t-tieni l-akbar kmandament huwa bħal l-ewwel wieħed: “Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek” (Mattew 22:36–39). “Ma hemmx kmandament ieħor akbar minn dawn” (Mark 12:31).

Bħala l-ulied spirti ta’ Alla, għandna kapaċità vasta għall-imħabba. Hija parti mill-wirt spiritwali tagħna. Li ngħixu ż-żewġ Kmandamenti Kbar—li nħobbu lil Alla l-ewwel u li nħobbu lil għajrna—hija karatteristika li tiddefenixxi d-dixxipli ta’ Ġesù Kristu.

L-Imħabba ta’ Alla

Hemm ħafna modi li bihom nistgħu nuru l-imħabba tagħna lejn Alla. Nistgħu nħarsu l-kmandamenti tiegħu (ara Ġwanni 14:15, 21). Nistgħu npoġġuh l-ewwel f’ħajjitna, u hekk nissottomettu r-rieda tagħna lil Ġesù Kristu. Nistgħu niċċentraw ix-xewqat, il-ħsibijiet, u l-qalb tagħna fuqu (ara Alma 37:36). Nistgħu ngħixu fi gratitudni għall-barkiet li tana—u nkunu ġenerużi biex naqsmu dawk il-barkiet ma’ oħrajn (ara Mosija 2:21–24; 4:16–21). Permezz tat-talb u servizz lil oħrjan, aħna nistgħu nesprimu u napprofondixxu l-imħabba tagħna għalih.

L-istess bħal kmandamenti oħrajn, il-kmandament biex inħobbu lil Alla huwa ta’ benefiċċju għalina. Dak li nħobbu jiddetermina dak li nfittxu. Dak li nfittxu jiddetermina x’naħsbu u x’nagħmlu. U dak li naħsbu u nagħmlu jiddetermina min aħna—u min se nsiru.

L-Imħabba għall-Oħrajn

Li nħobbu lill-oħrajn hija estensjoni ta’ mħabbitna għal Alla. Is-Salvatur għallimna bosto modi kif inħobbu lill-oħrajn (ara, per eżempju, Luqa 10:25–37 u Mattew 25:31–46). Aħna nagħmlu l-pass lejhom u nilqgħuhom fi qlubna u f’ħajjitna. Aħnanħobbu billi nservu—billi nagħtu lilna nfusna anki b’modi żgħar. Aħna nħobbu lill-oħrajn billi nużaw ir-rigali li Alla tana biex iberikom.

Li nħobbu lill-oħrajn jinkludi li nkunu paċenzjużi, twajba, u onesti. Jinkludi wkoll li naħfru bla problemi. Ifisser li nitrattaw lin-nies kollha b’rispett.

Meta nħobbu lil xi ħadd, kemm aħna u kemm dik il-persuna nitbierku. Qalbna tikber, ħajjitna ssir iktar sinifikanti, u l-hena tagħna titkattar.

Barkiet

Iż=żewġ kmandamenti l-kbar—li nħobbu lil Alla u li nħobbu lil għajrna—huma s-sisien tal-kmandamenti kollha ta’ Alla (ara Mattew 22:40). Meta aħna nħobbu l-ewwel lil Alla, u nħobbu wkoll lil oħrajn, kollox f’ħajjitna se jsib il-post tiegħu propju. Din l-imħabba se taffettwa l-perspettiva tagħna, l-użu tal-ħin tagħna, l-interessi tagħna, u l-ordni tal-prijoritajiet tagħna.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida għall-Iskrittura: “Karità,” “Imħabba

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Karità,” “Imħabba

Imxi Wara l-Profeta

Alla jsejjeħ lill-profeti biex ikunu r-rappreżentanti tiegħu fid-dinja. Permezz tal-profeti tiegħu, Alla jirrivela l-verità u jipprovdi gwida u twiddib.

Alla sejjaħ lil Joseph Smith bħala l-ewwel profeta tal-aħħar żmien (ara lezzjoni 1). Bl-istess mod, is-suċċessuri ta’ Joseph Smith issejħu minn Alla biex imexxu lill-Knisja tiegħu, inkluż il-profeta li jmexxha llum il-ġurnata. Aħna għandna niksbu konvinzjoni dwar is-sejħa divina tal-profeta ħaj u nimxu wara t-tagħlim tiegħu.

It-tagħlim tal-profeti u appostli ħajjin jipprovdilna ankra ta’ verità eterna f’dinja ta’ valuri li dejjem jinbidlu. Hekk kif nimxu wara l-profeti ta’ Alla, il-konfużjoni u t-tilwim tad-dinja ma jkissruniex. Aħna nsibu ferħ ikbar fil-ħajja u nirċievu gwida għal din il-parti tal-vjaġġ etern tagħna.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

Obdi l-Għaxar Kmandamenti

Alla żvela l-Għaxar Kmandamenti lil profeta antik jismu Mosè biex jiggwida lill-poplu tiegħu. Dawn il-kmandamenti japplikaw bl-istess mod illum il-ġurnata. Jgħallmuna li aħna għandna naduraw lil Alla u nagħtuh qima. Jgħallmuna wkoll kif għandna nittrattaw lil xulxin.

  • “Ma jkollokx allat oħra għajri” (Esodu 20:3). “Allat” oħra jistgħu jinkludu l-possessjoni, il-poter, u l-prominenza.

  • “La tagħmilx għalik suriet minquxa” (Esodu 20:4).

  • “La ssemmix l-isem tal-Mulej, Alla tiegħek, fix-xejn” (Esodu 20:7).

  • “Ftakar f’ jum is-sabbath u qaddsu” (Esodu 20:8).

  • “Weġġaħ lil missierek u lil ommok” (Esodu 20:12).

  • “La toqtolx” (Esodu 20:13).

  • “La tagħmilx adulterju” (Esodu 20:14).

  • “La tisraqx” (Esodu 20:15).

  • “La tagħtix xhieda giddieba kontra għajrek” (Esodu 20:16).

  • “La tixtieqx” (Esodu 20:17).

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida gwida għall-Iskrittura: “Kmandamenti, l-Għaxra

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Għaxar Kmandamenti

Immaġni
raġel iġorr mara

Għix il-Liġi tal-Kastità

Il-liġi tal-kastità hija parti vitali mill-pjan ta’ Alla għas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni tagħna. L-intimità sesswali bejn raġel u mara miżżewġin hija odnata minn Alla għall-kreazzjoni tat-tfal u għall-espressjoni ta’ mħabba fiż-żwieġ. Din l-intimità u l-qawwa biex tiġi kkreata ħajja umana hija intenzjonata biex tkun sabiħa u sagra.

Il-liġi ta’ Alla tal-kastità hija astinenza minn relazzjonijiet sesswali barra miż-żwieġ legali bejn raġel wieħed u mara waħda. Din il-liġi tfisser ukoll li jkun hemm fedelità u lealtà lejn il-konjuġi wara ż-żwieġ.

Biex jgħinuna nżommu l-liġi tal-kastità, il-profeti widdbuna biex inkunu nodfa fil-ħsibijiet tagħna u fi kliemna. Għandna nevitaw kull forma ta’ pornografija. Biex inżommu mal-liġi tal-kastità, għandna nkunu modesti fl-imġiba u fl-apparenza tagħna.

Dawk li qed jitħejjew għall-magħmudija għandhom jgħixu l-liġi tal-kastità.

Fidwa u Maħfra

F’għajnejn Alla, li tikser il-liġi tal-kastità hija xi ħaġa serja ħafna (ara Eżodu 20:14; Efesin 5:3). Huwa użu ħażin tal-qawwa sagra li tana biex noħolqu l-ħajja. Imma hu jibqa’ jħobbna anke meta aħna niksru din il-liġi. Hu jistedinna biex nindmu u nitnaddfu permezz tas-sagrifiċċju espjatorju ta’ Ġesù Kristu. Id-disprament tad-dnub jista’ jiġi mibdul mal-paċi ħelwa tal-maħfra ta’ Alla (ara Duttrina u Patti 58:42–43).

Barkiet

Alla tana l-liġi tal-kastità biex iberek lilna u lit-tfal spirti li jibgħat fid-dinja. Li nobdu din il-liġi huwa essenzjali għall-paċi personali u biex ikollna l-imħabba, il-fidi, u l-unità fir-relazzjonijiet tal-familja tagħna.

Hekk kif ngħixu l-liġi tal-kastità, aħna nkunu protetti mill-uġigħ fiżiku li jiġi mill-intimità sesswali barra miż-żwieġ. Nevitaw ukoll il-problemi emozzjonali u fiżiċi li ħafna drabi jakkumpanjaw dawn ir-relazzjonijiet. Aħna nikbru fil-kunfidenza quddiem Alla (ara Duttrina u Patti 121:45). Inkunu aktar miftuħa għall-influwenza tal-Ispirtu s-Santu. Inkunu ppreparati aħjar biex nagħmlu patti sagri fit-tempju li jgħaqqdu l-familji tagħna għall-eternità,

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida għall-Iskrittura: “Kastità

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Kastità

Obdi l-Liġi tal-Ħlas tad-Dieċmi

Wieħed mill-akbar privileġġi tas-sħubija fil-Knisja hija l-opportunità li tħallas id-dieċmi. Hekk kif inħallsu d-dieċmi, aħna ngħinu aktar fil-ħidma ta’ Alla u biex ibierek lil uliedu.

Il-liġi tal-ħlas tad-dieċmi hija wieħed minn dawk il-kmandamenti preparatorji. Per eżempju, il-profeta Abraham ħallas id-dieċmi fuq dak kollu li kien jippossedi (ara Alma 13:15; Ġenesi 14:18–20).

Il-kelma dieċma tfisser letteralment wieħed minn għaxra. Hekk kif aħna nħallsu, nagħtu lill-Knisja donazzjoni ta’ wieħed minn għaxra mid-dħul finanzjarju tagħna (ara Duttrina u Patti 119:3–4; interessi hija mifhuma li tfisser dħul finanzjarju. Dak kollu li għandna huwa rigal mingħand Alla. Meta nħallsu d-dieċmi, nuru gratitudni lilu billi nirritornaw purzjon ta’ dak li tana.

Il-ħlas tad-dieċmi hija espressjoni tal-fidi tagħna. Hija wkoll mod li bih nonoraw lil Alla. Ġesù għallem li aħna għandna “l-ewwel infittxu … s-Saltna ta’ Alla” (Mattew 6:33), u- d-dieċmi huwa mod kif aħna nagħmlu dan.

Immaġni
Il-Muniti tal-Armla, ta’ Sandra Rast

Użu ta’ Fondi tad-Dieċmi

Il-fondi tad-dieċmi huma sagri. Aħna nagħtu d-dieċmi lil xi membru tal-veskovat, jew f’ħafna reġjuni nistgħu nħallsu onlajn. Meta l-veskovat jirċievi d-dieċmi, jittrasmettihom lill-kwartieri tal-Knisja.

Il-kunsill magħmul mill-Ewwel Presidenza, il-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, u l-Veskovat li Jippresedi jiddetermina kif nużaw il-fondi tad-dieċmi fil-ħidma ta’ Alla (ara Duttrina u Patti 120:1). Dawn jinkludu:

  • Il-bini u l-manutenzjoni tat-tempji u tad-djar tal-laqgħat.

  • It-traduzzjoni u l-ippubblikar tal-iskrittura.

  • Li nissapportjaw l-attivitajiet u l-operat tal-kongregazzjonijiet tal-Knisja lokali.

  • Li nissapportjaw xogħol missjunarju ta’ madwar id-dinja.

  • Li nissapportjaw il-ħidma tal-istorja tal-familja.

  • Li niffinanzjaw l-iskejjel u l-edukazzjoni.

Il-ħlas tad-dieċmi mhux użat biex iħallas lill-mexxejja tal-Knisja lokali. Huma jservu volontarjament mingħajr ebda ħlas.

Barkiet

Meta nħallsu d-dieċmi, Alla jwiegħed il-barkiet li huma ħafna akbar minn dak li nistgħu nagtu. Hu se “jiftaħ … it-twieqi tas-sema, u jsawwab fuqhom … barka bl-abbundanza” (Malakija 3:10; ara versi 7–12). Dawn il-barkiet jistgħu jkunu kemm spirtwali u kemm temporali.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

Obdi l-Kelma tal-Għerf

Il-Liġi tas-Saħħa tal-Mulej

Ġisimna huwa rigal sagru ta’ Alla. Aħna kollha għandna ġisem fiżiku biex insiru aktar bħalu. L-iġsma tagħna tant huma importanti li l-iskrittura tqabbilhom mat-tempji 1 Korintin 6:19–20).

Il-Mulej iridna nittrattaw ġisimna b’rispett. Biex jgħinna nagħmlu dan, hu żvela liġi tas-saħħa msejħa l-Kelma tal-Għerf. Din ir-rivelazzjoni tgħallimna li għandna nieklu ikel san u ma nużawx sustanzi li jagħmlu ħsara lil ġisimna—speċifikament alkoħol, tabakk, xorb sħun (jiġifieri te u kafè).

Fl-ispirtu tal-Kelma tal-Għerf, profeti moderni widdbuna kontra l-użu ta’ sustanzi oħrajn li jagħmlu l-ħsara, huma illegali, jew huma ta’ vizzju. Il-profeti wissewna wkoll kontra l-abbuż tad-drogi preskrittivi. Il-president tal-missjoni tiegħek se jwieġeb xi mistoqsijiet li jista’ jkollok dwar xi sustanzi oħra li ssib fir-reġjun ġeografiku tiegħek.)

Barkiet

Il-Mulej ipprovda l-Kelma tal-Għerf għas-saħħa fiżika u spiritwali tagħna. Hu jwegħedna barkiet kbar jekk nobdu l-kmandament tiegħu. Dawn il-barkiet jinkludu saħħa, għerf, teżori ta’ għarfien, u protezzjoni (ara Duttrina u Patti 89:18–21).

Li nobdu l-Kelma tal-Għerf se tgħinna naġixxu aktar għas-suġġerimenti tal-Ispirtu s-Santu. Għalkemm aħna kollha nesperjenzaw diffikultajiet ta’ saħħa, meta nobdu din il-liġi se nkunu qed ngħinu biex ikollna aktar ġisem, moħħ, u spirtu san.

Kandidati tal-magħmudija għandhom jobdu l-Kelma tal-Għerf.

Għall-gwida dwar kif tgħin nies li qed iħabbtu wiċċhom ma’ xi vizzji, ara kapitlu 10.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida għall-Iskrittura: “Kelma tal-Għerf

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Saħħa,” “Kelma tal-Għerf

  • Għajnuna għall-Ħajja: “Vizzji

Qaddes Jum il-Mulej

Jum ta’ Mistrieħ u Qima

Jum il-Mulej huwa jum qaddis li Alla ddistingwih għalina kull ġimgħa biex nistrieħu mix-xogħol ta’ kuljum u biex inqimuh. Wieħed mill-Għaxar Kmandamenti mogħtija lil Mosè huwa “ftakar f’jum il-Mulej u qaddsu” (Eżodu 20:8; ara wkoll versi 9–11).

F’rivelazzjoni moderna, Il-Mulej assigura li Jum il-Mulej “ġie mogħti lilkom biex fih intom tistrieħu minn ħidmietkom, u toffru d-devozzjoni tagħkom lill-Mulej l-Għoli” (Duttrina u Patti 59:10). Hu qal ukoll li Jum il-Mulej għandu jkun jum ta’ ferħ, talb, u ringrazzjament (ara versi 14–15).

Bħala parti mill-qima ta’ Jum il-Mulej, aħna nattendu l-laqgħa tas-sagrament ta’ kull ġimgħa. Fdin il-laqgħa, aħna nqimu lil Alla u nieħdu sehem fis-sagrament biex niftakru f’Ġesù Kristu u fl-Espjazzjoni tiegħu. Meta nieħdu sehem fis-sagrament, aħna nġeddu l-patti tagħna ma’ Alla u nuru li aħna lesti biex nindmu għal dnubietna. L-ordinanzi tas-sagrament huma ċ-ċentru tal-osservanza tagħna ta’ Jum il-Mulej.

Fil-knisja għandna wkoll nipparteċipaw fil-klassijiet li fihom nitgħallmu dwar l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Il-fidi tagħna tikber hekk kif aħna nistudjaw l-iskrittura flimkien. L-imħabba tagħna tikber hekk kif inservu u nqawwu lil xulxin.

Apparti li nistrieħu minn ħidmietna f’Jum il-Mulej, aħna għandna noqogħdu lura mix-xiri u attivitajiet oħrajn li jistgħu jagħmlu dan il-jum jinħass bħala ġurnata komuni. Għandna nwarrbu l-attivitajiet tad-dinja u niffukaw ħsibijietna u azzjonijietna fuq suġġetti spiritwali.

Ġurnata li fiha Nagħmlu l-Ġid

Li nagħmlu l-ġid f’Jum il-Mulej huwa minn tal-inqas importanti daqs dak li aħna nevitaw milli nagħmlu biex inżommuh qaddis. Aħna nitgħallmu l-evanġelju, inqawwu l-fidi, nibnu relazzjonijiet, nagħtu servizz, u nipparteċipaw f’attivitajiet edifikanti oħra mal-familja u ħbieb.

Immaġni
koppja taqra l-iskrittura

Barkiet

Li aħna nagħżlu li nżommu Jum il-Mulej bħala wieħed qaddis hija espressjoni tad-devozzjoni tagħna tal-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu. Hekk kif nagħmlu l-attivitajiet ta’ Jum il-Mulej kompatibbli mal-intenzjoni ta’ Alla, aħna nħossu hena u paċi. Aħna nkunu spiritwalment mitmugħa u fiżikament imnaddfa. Aħna nħossuna wkoll eqreb lejn Alla u napprofondixxu r-relazzjoni tagħna mas-Salvatur. Aħna nżommu lilna nfusna b’mod aktar sħiħ “bla ma tilmaħna d-dinja” (ara Duttrina u Patti 59:9). Jum il-Mulej se jsir “għaxqa” (Isaija 58:13; ara wkoll vers 14).

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Jum il-Mulej

  • Gwida għall-Iskrittura: “Jum il-Mulej

Obdi u Onora l-Liġi

Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jemmnu li għandna nobdu l-liġi u nkunu ċittadini tajbin (ara Diuttrina u Patti 134; Artikli ta’ Fidi 1:12). Membri tal-Knisja huma inkoraġġuti li joffru servizz biex itejbu l-komunitajiet u n-nazzjon tagħhom. Huma wkoll inkoraġġuti biex ikunu influwenti għall-valuri morali għaqlin fis-soċjetà u fil-gvern.

Il-membri tal-Knisja huma mistiedna biex jipparteċipaw fil-gvern u fil-proċess politiku skont il-liġi. Membri li għandhom pożizzjoni fil-gvern għandhom jaġixxu f’dawn il-kapaċitajiet bħala ċittadini kkonċernati, mhux bħala rappreżentanti tal-Knisja.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Attività Politika u Ċivili” fis-sezzjoni 38.8 tal- Manwal Ġenerali

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Ċittadinanza

Immaġni
L-Akbar fis-Saltna, ta’ J. Kirk Richards

Il-Patt Tagħna biex Inservu lil Alla u lill-Oħrajn

Servizz

Meta niġu mgħammda, aħna nwiegħdu li nservu lil Alla u lill-oħrajn. Li sservi lill-oħrajn huwa wieħed mill-modi kif isservi lil Alla (ara Mosija 2:17). Il-profeta Alma għallem lil dawk li xtaqu jitgħammdu li għandhom ikunu “lesti jġorru t-tagħbija ta’ xulxin, … li jibku ma’ dawk li jibku … , u li jfarrġu lil dawk li għandhom bżonn il-faraġ” (Mosija 18:8–9).

Immedjatament wara l-magħmudija, il-membri l-ġodda jirċievu sejħa biex iservu fil-Knisja. Dawn is-sejħiet huma volontarji u bla ħlas. Hekk kif aħna naċċettawhom u nservu b’mod diliġenti, nikbru fil-fidi, niżviluppaw it-talenti, u nbierku lill-oħrajn.

Parti oħra mis-servizz tagħna fil-Knisja hija li nkunu “aħwa rġiel tal-ministeru” jew “aħwa nisa tal-ministeru.” Fdin ir-responsabbiltà, aħna nservu lill-individwi u lill-familji assenjati.

Bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu, infittxu opportunitajiet biex inservu kuljum. Bħalu, aħna “ngħaddu nagħmlu l-ġid” (Atti 10:38). Aħna nservu lill-ġirien tagħna u oħrajn fil-komunità tagħna. Aħna nistgħu nipparteċipaw fl-opportunitajiet tas-servizz tal-JustServe fejn ikun possibbli. Nistgħu nissapportjaw l-isforzi umanitarji tal-Knisja u nipparteċipaw fir-rispons tad-diżastru.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida għall-Iskrittura: “Servizz

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Servizz

Immaġni
nies jitkellmu

Nixxerjaw l-Evanġelju

Bħala parti mill-patt tal-magħmudija tagħna, aħna nwiegħdu li “nieqfu bħala xhieda ta’ Alla” Mosija 18:9). Mod wieħed li bih nieqfu bħala xhieda huwa billi naqsmu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu mal-oħrajn. Li ngħinu lill-oħrajn jirċievu l-evanġelju huwa wieħed mill-aktar servizz ta’ hena li nistgħu nagħtu (ara Duttrina u Patti 18:15–16). Huwa mod qawwi ta’ espressjoni tal-imħabba tagħna.

Meta nesperjenzaw il-barkiet li ngħixu l-evanġelju, b’mod naturali aħna nkunu rridu naqsmu mal-oħrajn dawn il-barkiet. Membri tal-familja, ħbieb, u nies li għandna konoxxenza tagħhom ħafna drabi jsiru interessanti hekk kif aħna nkunu ta’ eżempju fidil u huma jaraw kif l-evanġelju jbierek ħajjitna. Aħna nistgħu naqsmu l-evanġelju mal-oħrajn b’mod normali u naturali (ara Manwal Ġenerali, kapitlu 23).

Aħna nistiednu lill-oħrajn biex jipparteċipaw magħna fis-servizz, fil-komunità, f’attivitajiet rikreattivi, u attivitajiet tal-Knisja. Nistgħu nistednuhom għal xi laqgħa tal-Knisja jew għal servizz ta’ magħmudija. Nistgħu nistednuhom biex jaraw vidjo onlajn li jispjega l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, biex jaqraw il-Ktieb ta’ Mormon, jew biex iżuru tempju mifuħ għall-wiri. Hemm mijiet ta’ stediniet x’nistgħu nestendu lil ħaddieħor. Ħafna drabi, li nistiednu tfisser sempliċiment li ninkludu lill-familja tagħna, lill-ħbieb, u lill-ġirien f’dak li diġà qed nagħmlu.

Jekk nistaqsu, Alla se jgħinna nagħrfu l-opportunitajiet biex naqsmu l-Evanġelju mal-oħrajn u ngħidu lill-oħrajn kif dan ibierek ħajjitna.

Għal aktar informazzjoni dwar kif tapplika għall-prinċipji ta’ mħabba, kif nixxerjaw, u nistiednu, ara “Ingħaqad mal-Membri” f’kapitlu 9.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida għall-Iskrittura: “Xogħol Missjunarju

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Xogħol Missjunarju

Is-Sawm l-Offerti tas-Sawm

Alla waqqaf ill-liġi tas-sawm bħala mod biex aħna niżviluppaw qawwa spiritwali u ngħinu lil dawk li għandhom bżonn.

Li ssum ifisser li tagħmel perjodu ta’ żmien mingħajr ikel u xorb. Il-Knisja normalment timmarka l-ewwel Ħadd ta’ kull xahar bħala jum ta’ sawm. Jum ta’ sawm tipikament jinkludi li toqgħod mingħajr ikel u xorb għal 24 siegħa jekk dak li jkun ikun fiżikament jiflaħ. Partijiet importanti oħra ta’ Ħadd is-sawm jinkludu t-talb u li noffru testimonjanza. Aħna mħeġġin ukoll li nsumu fi żminijiet oħra meta nħossu l-ħtieġa.

Inkabbru Qawwa Spiritwali

Li nsumu jista’ jgħinna nsiru umli, nersqu eqreb lejn Alla, u nħssuna spritwalment imġeddin. Qabel ma ta bidu għall-ministeru tiegħu, Ġesù Kristu sam (ara Mattew 4:1–2). L-iskrittura tirrikordja ħafna ġrajjiet ta’ profeti u oħrajn li samu sabiex setgħu jkattru l-qawwa spiritwali u jfittxu barkiet speċjali għalihom stess u għal oħrajn.

Is-sawm u t-talb imorru flimkien. Meta aħna nsumu u nitolbu bil-fidi, aħna nkunu aktar lesti li nirċievu rivelazzjoni personali. Aħna ħa nkunu wkoll iktar lesti biex nagħrfu l-verità u nifhmu r-rieda ta’ Alla.

Nieħdu Ħsieb ta’ Dawk fil-Bżonn

Meta nsumu, aħna nagħtu l-flus lill-Knisja għall-għajnuna ta’ dawk fil-bżonn. Din tissejjaħ l-offerta tas-sawm. Aħna mistednin nagħtu offerta li mill-inqas għandha l-istess valur tal-ikliet li ma jkunux ittieklu. Aħna mħeġġin inkunu ġenerużi u nagħtu iktar mill-valur ta’ dawn l-ikliet jekk nistgħu. Li nagħmlu offerta tas-sawm huwa mod wieħed kif nistgħu nservu lil oħrajn.

L-offerti tas-sawm jintużaw biex jiġi pprovdut ikel u bżonnijiet oħra lin-nies fil-bżonn, kemm lokalment kif ukoll madwar id-dinja. Għal informazzjoni dwar kif tikkontribwixxi offerti tas-sawm, ara “Nagħtu Dieċmi u Offerti Oħra” f’din il-lezzjoni.

Studju tal-Iskrittura

Insumu

Nieħdu Ħsieb ta’ Dawk fil-Bżonn

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida tal-Iskrittura; “Sawm, Insumu

  • Manwal Ġenerali: 22.2.2.

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Insumu u Offerti tas-Sawm

Immaġni
familja barra tempju

Il-Patt Tagħna li Nżommu Sħaħ sal-Aħħar

Meta nitgħammdu, aħna nagħmlu patt ma’ Alla li “nżommu sħaħ sal-aħħar” billi ngħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2 Nefi 31:20; ara wkoll Mosija 18:13). Nistinkaw li nkunu dixxipli ta’ Ġesù Kristu tul ħajjitna kollha.

Il-profeti Nefi, milll-Ktieb ta’ Mormon, iddeskriva l-magħmudija bħala l-bieb li minnu ngħaddu għat-triq tal-evanġelju (ara 2 Nefi 31:–8). Wara l-magħmudija, aħna “nibqgħu mexjin ’il quddiem b’mod kostanti fi Kristu” (2 Nefi 31:20).

Hekk kif “nibqgħu mexjin ’il quddiem” fit-triq tad-dixxipulat, aħna nitħejjew biex immorru fit-tempju. Hemmhekk aħna nagħmlu patti ma’ Alla hekk kif nirċievu l-ordinanzi tat-tempju. Fit-tempju, aħna se niġu dotati bil-qawwa u nistgħu niġu ssiġillati bħala familji għall-eternità. Li nżommu l-patti li nagħmlu fit-tempju se jiftaħ il-bieb għal kull privileġġ u barka spiritwali li Alla għandu għalina.

Hekk kif nibqgħu għaddejjin bil-fidi kollha fuq il-patt tal-evanġelju, aħna eventwalment nirċievu l-ikbar rigal ta’ Alla—ir-rigal tal-ħajja eterna (ara 2 Nefi 31:20; Duttrina u Patti 14:7).

Is-sezzjonijiet li ġejjin jispjegaw ċerti aspetti ta’ dak li pprovda Alla biex jgħinna nżommu sħaħ sal-aħħar tal-vjaġġ mortali tagħna—u niskopru l-hena fih.

Is-Saċerdozju u l-Organizzazzjonijiet tal-Knisja

Is-saċerdozju huwa l-awtorità u l-qawwa ta’ Alla. Permezz tas-saċerdozju, il-Missier fis-Smewwiet iwettaq ħidmietu “li jġib fis-seħħ l-immortalità u l-ħajja eterna” għal uliedu (Moses 1:39). Alla jikkonferixxi l-awtorità u l-qawwa lil uliedu rġiel u nisa biex jgħinuh iwettaq ħidmietu.

Is-saċerdozju jberikna lkoll. L-ordinanzi bħall-magħmudija u s-sagrament jinkisbu permezz ta’ dawk li jħaddnu s-saċerdozju. Aħna wkoll nirċievu l-barkiet tal-fejqan, tal-faraġ, u tal-gwida.

Is-Saċerdozju u t-Tmexxija u s-Sejħiet tal-Knisja

Il-Knisja hija mmexxija minn Ġesù Kristu permezz ta’ profeti u apppostli. Dawn il-mexxejja huma msejħin minn Alla, ordnati, u mogħtija l-awtorità tas-saċerdozju biex jaġixxu f’isem is-Salvatur.

Fl-antik, Kristu ta lill-Appostli tiegħu din l-istess awtorità tas-saċerdozju, li ppermettiet biex huma jmexxu lill-Knisja tiegħu wara li hu tela’ fis-smewwiet. Eventwalment dik l-awtorità ntilfet meta n-nies warrbu l-evanġelju u l-Appostli mietu.

Messaġġiera mis-Smewwiet irrestawraw is-saċerdozju fl-1829 permezz tal-Profeta Joseph Smith, u l-Mulej waqqaf mill-ġdid il-Knisja tiegħu b’appostli u profeti. (Ara lezzjoni 1.)

Fuq livell lokali, l-isqfijiet u l-presidenti tal-wited għandhom l-awtorità tas-saċerdozju biex imexxu l-kongregazzjonijiet tal-Knisja.

Meta rġiel u nisa jissejħu u jiġu distinti biex iservu fil-Knisja, huma jingħataw awtorità minn Alla biex jaġixxu f’dik is-sejħa. Din l-awtorità tingħata lil missjunarji, mexxejja, għalliema, u oħrajn sakemm huma jiġu rilaxxati mis-sejħa tagħhom. Hija ddelegata taħt id-direzzjoni ta’ dawk li jħaddnu l-imfietaħ tas-saċerdozju.

L-awtorità tas-saċerdozju tista’ tintuża fis-sewwa biss (ara Duttrina u Patti 121:34–46). Din l-awtorità hija affidabilità sagra biex tirrappreżenta lis-Salvatur u taġixxi f’ismu. Hija dejjem intiża li tbierek u sservi lill-oħrajn.

Immaġni
ġuvintur fi skola tal-Ħadd

Is-Saċerdozju ta’ Aron u s-Saċerdozju ta’ Melkisedek

Fil-Knisja, is-saċerdozju jinkludi s-Saċerdozju ta’ Aron u s-Saċerdozju ta’ Melkisedek. Taħt id-direzzjoni ta’ dawk li jħaddnu l-imfietaħ tas-saċerdozju, is-Saċerdozju ta’ Aron u ta’ Melkisedek huma mogħtija lil membri tal-Knisja rġiel li huma denji. Wara li jingħata s-saċerdozju xieraq, il-persuna tiġi ordnata f’offiċċju f’dak is-saċerdozju, bħal dak ta’ djaknu jew presbiteru. Ir-raġel irid ikun ordnat minn xi ħadd li għandu l-awtorità neċessarja.

Meta raġel jew żagħżugħ jiġu ordnati għas-saċerdozju, huma jagħmlu patt ma’ Alla li lest iwettaq id-dmirijiet sagri, iservu lil ħaddieħor, u jgħinu biex tikber il-Knisja.

Il-ġuvintur jistgħu jirċievu s-Saċerdozju ta’ Aron u jiġu ordnati djakni f’Jannar tas-sena li fiha huma jagħlqu 12-il sena. Jistgħu jiġu ordnati għalliema fis-sena meta jagħlqu 14-il sena u saċerdoti fis-sena li fiha jagħlqu 16. Ikkonvertiti rġiel li għandhom l-età xierqa jistgħu jirċievu s-Saċerdozju Aaroniku hekk kif huma jitgħammdu u jiġu kkonfermati. Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Aron jamministraw ordinanzi bħas-sagrament u l-magħmudija.

Wara li jservi għal xi żmien fis-Saċerdozju ta’ Aron, raġel denju li għandu mill-inqas 18-il sena jista’ jirċievi s-Saċerdozju ta’ Melkisedek u jkun ordnat presbiteru. Irġiel li jirċievu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek jistgħu jwettqu ordinanzi tas-saċerdozju bħal l-għoti ta’ barkiet ta’ fejqan u faraġ lill-membri tal-familja u oħrajn.

Ara l-Manwal Ġenerali, 38.2.9.1, għal informazzjoni dwar membri ġodda li qed jirċievu s-saċerdozju.

Kworums u Organizzazzjonijiet tal-Knisja

Kworums tas-Saċerdozju Kworum huwa grupp organizzat ta’ rġiel li jħaddnu s-saċerdozju. Kull qasam għandhu kworum tal-presbiteri għal rġiel adulti. Il-kworums tad-djakni, għalliema, u saċerdoti huwa għall-ġuvintur.

Soċjetà tas-Solliev Is-Soċjetà tas-Solliev tinkludi nisa minn 18-il sena ’l fuq. Membri tas-Soċjetà tas-Solliev iqawwu lill-familji, individwi, u l-komunità.

Tfajliet Nisa żgħażagħ jingħaqdu mal-organizzazzjoni tat-Tfajliet mill-bidu ta’ Jannar tas-sena li fiha jagħlqu 12-il sena.

Immaġni
nisa jgħallmu klassi

Primarja. It-tfal kollha ta’ bejn it-3 snin u l-11-il sena huma parti mill-organizzazzjoni tal-Primarja.

Skola tal-Ħadd L-adulti u ż-żgħażagħ kollha jattendu l-Iskola tal-Ħadd, fejn jistudjaw l-iskrittura flimkien.

Għal iktar informazzjoni dwar is-saċerdozju, ara l-Manwal Ġenerali, kapitlu 3.

Għal iktar informazzjoni dwar kworums ta’ saċerdozju u organizzazzjonijiet tal-Knisja, ara l-Manwal Ġenerali, kapitli 8–13.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Manwal Ġenerali, kapitlu 3: “Prinċipji tas-Saċerdozju

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Saċerdozju ta’ Aron,” “Saċerdozju ta’ Melkisedek,” “Saċerdozju

Żwieġ u Familji

Żwieġ

Iż-żwieġ bejn raġel u mara hu ordnat minn Alla. Huwa fil-qofol tal-pjan Tiegħu għall-progress etern ta’ wliedu.

L-unjoni ta’ raġel u mara miżżewġin flimkien għandha tkun l-aktar relazzjoni għażiża għalihom fid-dinja. Għandhom responsabbilità sagra li jkunu fidili għal xuxlin u fidili lejn il-patt taż-żwieġ tagħhom.

Raġel u mara li huma miżżewġin huma ugwali f’għajnejn Alla. Naħa m’għandhiex tiddomina lin-naħa l-oħra. Id-deċiżjonijiet tagħhom għandhom isiru f’unità ta’ mħabba, bil-parteċipazzjoni sħiħa tat-tnejn li huma.

Hekk kif raġel u mara miżżewġin jħobbu lil xulxin u jaħdmu flimkien, iż-żwieġ tagħhom jista’ jkun sors ta’ ferħ mill-aktar kbir. Jistgħu jgħinu lil xulxin u lil uliedhom biex jagħmlu progress lejn il-ħajja eterna.

Il-Familja

L-istess bħaż-żwieġ, il-familja hija ordnata minn Alla u hi fil-qofol tal-pjan tiegħu għall-ferħ etern tagħna. Il-familji tagħna aktarx li ħa jkunu l-iktar ferħanin meta aħna ngħixu skont it-tagħlim ta’ Ġesù Kristu. Il-ġenituri jgħallmu lil uliedhom l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u jagħtu l-eżempju billi jgġixu fuqu. Il-familji jipprovdulna opportunità li nħobbu u nservu lil xulxin.

Il-ġenituri għandhom jagħmlu lill-familja tagħhom l-ogħla prijorità tagħhom. Huwa privileġġ u responsabbiltà sagra għall-ġenituri biex jieħdu ħsieb lit-tfal li huma jistgħu jwelldu jew jaddottaw.

Il-familji tagħhom għandhom l-isfidi tagħhom. Hekk kif infittxu s-sapport ta’ Alla u nħarsu l-kmandamenti tiegħu, l-isfidi tal-familja jistgħu jgħinuna nitgħallmu u nikbru. Xi drabi dawn l-isfidi jgħinuna nitgħallmu biex nindmu u naħfru.

Immaġni
missier jgħallem familja

Il-mexxejja tal-Knisja ħeġġew lill-membri biex jagħmlu lejla d-dar ta’ kull ġimgħa. Il-ġenituri jużaw dan il-ħin sabiex jgħallmu lil uliedhom l-evanġelju, isaħħu r-relazzjonijiet tal-familja, u jieħdu gost flimkien. Il-mexxejja tal-Knisja ħarġu wkoll proklamazzjoni li tgħallem veritajiet importanti dwar il-familja (ara “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja,” ChurchofJesusChrist.org.,” ChurchofJesusChrist.org).

Modi ieħor kif tissaħħa il-familja jinkludu t-talb bħala familja, l-istudju tal-iskrittura, u l-qima flimkien fil-knisja. Nistgħu wkoll nirriċerkaw l-istorja tal-familja, niġbru stejjer tal-familja, jew inservu lil xulxin.

Ħafna nies għanhom opportunitajiet limitati għal żwieġ jew għal relazzjonijiet sbieħ tal-familja. Ħafna esperjenzaw id-divorzju jew ċirkostanzi tal-familja diffiċli oħrajn. Madanakollu, l-evanġelju jberikna b’mod individwali indipendentament miċ-ċirkostanzi tal-familja. U hekk kif inkunu fidili, Alla jipprovdi mod biex aħna jkollna l-barkiet ta’ familja sabiħa, sew jekk f’din il-ħajja, sew jekk fil-ħajja li jmiss.

Studju tal-Iskrittura

Żwieġ

Familja

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida għall-Iskrittura: “Familja,” “Żwieġ, Tiżżewweġ

  • Manwal Ġenerali., kapitlu 2: “Nissapportjaw Individwi u Familji fil-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Żwieġ,” “Familja,” “Parentaġġ

Il-Ħidma tat-Tempju u l-Istorja tal-Familja għall-Antenati Mejtin

Il-Missier fis-Smewwiet iħobb lil uliedu kollha u jixtieq is-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni tagħhom. Madanakollu, biljuni ta’ nies mietu bla ma semgħu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u bla ma rċevew ordinanzi tal-evanġelju li jsalvaw. Dawn l-ordinanzi jinkludu l-magħmudija, il-konferma, l-ordinazzjoni tas-saċerdozju għall-irġiel, id-dota tat-tempju, u ż-żwieġ etern.

Permezz tal-grazzja u l-ħniena Tiegħu, il-Mulej pprovda mod ieħor għal dawn in-nies biex jirċievu l-evanġelju u l-ordinanzi tiegħu. Fid-dinja tal-ispirti, l-evanġelju huwa ppridkat li dawk li mietu mingħajr ma rċevewh (ara Duttrina u Patti 138). Fit-tempji, aħna nistgħu nwettqu l-ordinanzi f’isem l-antenati tagħna li mietu u f’isem nies oħra li mietu. Dawn in-nies li mietu u jinsabu fid-dinja tal-ispirti jistgħu mbagħad jaċċettaw jew jiċħdu l-evanġelju u l-ordinanzi mwettqin għalihom.

Immaġni
familja taqra l-iskrittura

Qabel ma nistgħu nwettqu dawn l-ordinanzi, jeħtiġilna nidentifikaw l-antenati tagħna li ma reċvewhomx. Nidentifikaw il-membri tal-familja tagħna biex dawn ikunu jistgħu jirċievu l-ordinanzi huwa l-għan ewlienu tal-ħidma tagħna tal-istorja tal-familja. Meta nsibu informazzjoni dwarhom, inżiduha fid-dejtabejż tal-Knisja f’FamilySearch.org. Imbagħad aħna (jew oħrajn) nistgħu nwettqu ordinanzi bi prokura għalihom fit-tempju.

Hekk kif nidentifikaw lill-qraba tagħna u nwettqu ordinanzi għalihom, il-familji tagħna jistgħu jingħaqdu għall-eternità.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Manwal Ġenerali, kapitlu 28: “Ordinanzi tat-Tempju għal dawk li Mietu

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Magħmudijiet għall-Mejtin,” “Storja tal-Familja

Tempji, id-Dota, Żwieġ Etern, u Familji Eterni

Tempji

It-tempju huwa d-dar tal-Mulej. Huwa post qaddis fejn nistgħu nagħmlu l-patti ma’ Alla hekk kif nirċievu l-ordinanzi sagri tiegħu. Hekk kif inżommu l-patti, aħna jkollna l-qawwa u r-rieda ta’ Alla fil-ħajja tagħna (ara Duttrina u Patti 84:19–22; 109:22–23).

Id-Dota

Waħda mill-ordinanzi li nirċievu fit-tempju tissejjaħ id-dota. Il-kelma dota tfisser “rigal.” Dan ir-rigal ta’ għarfien u qawwa jiġi mingħand Alla. Matul din id-dota, aħna nagħmlu patt ma’ Alla li jgħaqqadna miegħu u ma’ Ibnu, Ġesù Kristu (ara kapitlu 1).

L-adulti jistgħu jkunu eliġibbli biex jirċievu d-dota tat-tempju tagħhom wara minn tal-inqas sena tas-sħubija fil-Knisja. Għal aktar informazzjoni dwar id-dota, ara Manwal Ġenerali, 27.2.

Żwieġ Etern u Familji Eterni

Il-pjan divin tal-ferħ jippermetti li r-relazzjonijiet fil-familja jibqgħu jeżistu lil hinn mill-qabar. Fit-tempju aħna nistgħu nkunu miżżewġin għal xi żmien u għall-eternità. Dan jagħmilha possibbli għall-familji biex ikunu flimkien għal dejje.

Wara ż-żwieġ, koppja tkun irċeviet id-dota tat-tempju, jista’ jkun li jkunu ssiġġillati jew miżżewġa għall-eternità. It-tfal tagħhom jafu jkunu ssiġġillati magħhom.

Raġel u mara miżżewġin li ġew issiġillati fit-tempju għandhom iżommu l-patti li għamlu biex jirċievu l-barkiet ta’ żwieġ etern.

Immaġni
koppja timxi fit-triq

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Manwal Ġenerali., kapitlu 27: “Ordinanzi tat-Tempju għall-Ħajjin

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Tempji,” “Dota,” “Żwieġ

  • temples.churchofjesuschrist.org

Ipprintja