Ottubru 2016 General Women’s Session General Women’s Session Jean B. BinghamInressaq id-Dawl tal-Evanġelju f’ DariSister Bingham tgħallem li aħna nistgħu naqsmu d-dawl tal-evanġelju billi nkunu ħanina u ma niġġudikawx u billi niżviluppaw id-don tal-karità. Carole M. StephensIl-Fejjieq PrimSister Stephens tixhed dwar il-qawwa tas-Salvatur li tfejjaqna minn dnubietna, mill-għemejjel ħżiena ta’ ħaddieħor u mid-diffikultajiet tal-mortalità. Bonnie L. OscarsonWieġbu għas-Sejħa b’ Qawwa, O Ħuti Nisa f’ SijonSister Oscarson tgħallem lill-aħwa nisa li jeħtieġ li huma jwieġbu għas-sejħa biex isiru nisa ta’ fidi billi jistudjaw u jkollhom testimonjanza tad-duttrina essenzjali tal-evanġelju. Dieter F. UchtdorfIr-Raba’ Sular, l-Aħħar BiebIl-President Uchtdorf iħeġġeġ lill-aħwa nisa sabiex jgħixu bil-fidi, ifittxu b’ diliġenza, jimxu fis-sewwa u jfittxu lil Alla b’ qalbhom kollha. Saturday Morning Session Saturday Morning Session Dieter F. UchtdorfO l-Pjan ta’ Alla Tagħna Kemm Hu Kbir!Il-President Uchtdorf jisħaq magħna biex napprezzaw il-veritajiet tal-pjan tas-salvazzjoni ta’ Missierna tas-Smewwiet u niftakruhom b’ sens ta’ meravilja. Robert D. Hales“Ejjew, Imxu Warajja” billi Nipprattikaw l-Imħabba u s-Servizz KristjanIl-Presbiteru Hales iħeġġeġ lid-dixxipli ta’ Ġesù Kristu biex minflok it-tilwim huma jħaddnu l-imħabba u t-tjubija bħal ta’ Kristu, xi ħaġa li tgħin ittaffi s-sofferenza spiritwali tagħhom. Carol F. McConkieIx-Xewqa Sinċiera tar-RuħSister McConkie tgħallem li t-talb tagħna jinvolvi lit-tliet membri tad-Divinità: nitolbu lill-Missier f’ isem Kristu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Craig C. Christensen“Jiena se Nqajjem Bassâr Magħżul”Il-Presbiteru Christensen ifakkarna li permezz tal-missjoni, imbassra minn qabel, ta’ Joseph Smith, bħala l-Profeta tar-Restawrazzjoni, aħna qed ingawdu l-frott u l-barkiet tar-Restawrazzjoni. Juan A. UcedaIl-Mulej Ġesù Kristu Jgħallimna biex NitolbuIl-Presbiteru Uceda jħeġġeġ lill-membri biex jitolbu minn qalbhom, biex jitolbu qabel huma jieħdu xi deċiżjonijiet importanti, filwaqt li jinnota li ħin it-talb huwa mument sagru. J. Devn CornishJiena Den Biżżejjed? Jiena Se Nsalva?Il-Presbiteru Cornish jispjega li sakemm aħna nibqgħu nippruvaw ngħixu l-kmandamenti, nindmu u nafdaw fi Kristu, aħna nkunu denji li nerġgħu lura biex ngħixu ma’ Alla. Neil L. AndersenXhud ta’ AllaIl-Presbiteru Andersen jgħallem li aħna għandna naqsmu l-evanġelju ma’ ħaddieħor billi nkunu xhieda ta’ Alla f’ kull ħin u f’ kull post. Saturday Morning Session Saturday Morning Session Quentin L. CookQalbenin fit-Testimonjanza ta’ ĠesùIl-Presbiteru Cook jgħallem li sabiex aħna nkunu qalbenin fit-testimonjanza tagħna ta’ Ġesù Kristu, jeħtieġ li nevitaw l-ostakli li jfixklu l-progress tagħna. Gary E. StevensonĦarsu lejn il-Ktieb, Ħarsu lejn il-MulejIl-Presbiteru Stevenson spjega kif il-Ktieb ta’ Mormon huwa l-ċavi ċentrali tar-reliġjon tagħna u kif il-membri jistgħu jiksbu testimonjanza tiegħu jekk jaqrawh. D. Todd Christofferson“Tibqgħu Fi Mħabbti”Il-Presbiteru Christofferson jispjega li l-imħabba ta’ Alla hija infinita u eterna iżda l-barkiet akbar Tiegħu jiddependu mill-ubbidjenza tagħna. W. Mark BassettGħall-Iżvilupp u t-Tagħlim Spiritwali TagħnaIl-Presbiteru Bassett jgħallem kif il-paċenzja, il-fidi u l-ubbidjenza jistgħu jgħinuna niksbu għarfien spiritwali. Kazuhiko YamashitaKunu Ambizzjużi għal KristuIl-Presbiteru Yamashita jħeġġiġna biex inkunu “ambizzjużi għal Kristu” billi naqdu b’ fedeltà u diliġenza mingħajr tgergir u billi b’ ferħ nikkumbattu b’ kuraġġ l-isfidi tagħna. Dallin H. OaksNaqsmu l-Evanġelju Rrestawrat mal-OħrajnIl-Presbiteru Oaks jgħallem li naqsmu l-evanġelju huwa privileġġ li jimlina bil-ferħ u jipprovdilna ideat biex ngħinu lill-membri jwettqu din ir-responsabbiltà b’ mod effettiv. Sezzjoni tas-Saċerdozju Sezzjoni tas-Saċerdozju Jeffrey R. HollandRappreżentanti tal-KnisjaIl-Presbiteru Holland ifakkar lill-mexxejja tas-saċerdozju dwar l-importanza li jieħdu ħsieb l-individwi u l-familji permezz tat-tagħlim tad-dar kollu mħabba tagħhom. LeGrand R. Curtis JrFil-Ktieb Hemm Ċerta QawwaIl-Presbiteru Curtis jgħallem kif jekk aħna niżviluppaw testimonjanza tal-Ktieb ta’ Mormon iwassal biex dan ibierek ħajjitna u jressaqna aktar viċin Kristu. Dieter F. UchtdorfTgħallmu minn Alma u AmulekiIl-President Uchtdorf jistaqsi lil dawk li jħaddnu s-saċerdozju x’ jistgħu jitgħallmu mill-iskrittura li fiha Alma jsib lil Amuleki, u jekk f’ ħajjithom bħala dixxipli huma sarux bħal Amuleki. Henry B. EyringBiex Huwa Wkoll Ikun Jista’ JissaħħaħIl-President Eyring iħeġġeġ lil dawk li jħaddnu s-Saċerdozju Melkisedeku biex jgħinu lil ħaddieħor, speċjalment lil dawn li jħaddnu s-Saċerdozju Aroniku, jitħejjew għas-servizz futur tagħhom. Thomas S. MonsonPrinċipji u WegħdietIl-President Monson jixhed dwar il-barkiet li nirċievu hekk kif nobdu l-Kelma tal-Għerf. Sunday Afternoon Session Sunday Afternoon Session Thomas S. MonsonIt-Triq Perfetta tal-HenaIl-President Monson jixhed dwar il-verità tal-pjan tas-salvazzjoni, iċċentrata fuq Ġesù Kristu. Aħna ġejna mogħtijin mandat biex naqsmu l-verità ma’ ħaddieħor u ngħixuha. Russell M. NelsonIl-Ferħ u s-Sopravivenza SpiritwaliIl-President Nelson jgħallem li aħna jista’ jkollna l-ferħ f’ nofs kull ċirkustanza jekk aħna niffokaw fuq Ġesù Kristu u fuq il-pjan tas-salvazzjoni. Peter F. MeursIs-Sagrament Jista’ Jgħinna Nsiru QaddisaIl-Presbiteru Meurs jgħallem kif aħna nistgħu nitħejjew u nipparteċipaw aħjar fl-ordinanza tas-sagrament. Linda S. ReevesIl-Pjan Kbir ta’ FidwaSister Reeves tkellmet dwar ċerti individwi li ħassew fihom il-paċi, il-ferħ u l-barkiet ta’ sinċerità hekk kif huma jindmu permezz tal-Att tal-Fidwa tas-Salvatur. M. Russell BallardGħand Min Immorru?Il-Presbiteru Ballard jitlobna nikkunsidraw lejn min nistgħu nduru jekk nitbiegħdu mill-Knisja ta’ Ġesù Kristu meta l-fidi tagħna tgħaddi minn xi prova. Jekk nibqgħu, aħna nkunu mberkin. Dean M. DaviesIl-Barkiet li Niksbu Meta Nqimu lil AllaL-Isqof Davies jgħallimna x’inhi l-qima vera lejn Missierna tas-Smewwiet u Ġesù Kristu u kif aħna nistgħu niksbu l-barkiet li ġġorr magħha. Lynn G. RobbinsL-Imħallef ĠustIl-Presbiteru Robbins ikellimna dwar l-importanza li niġġudikaw skont is-sewwa u li ngħallmu u nikkoreġu lill-oħrajn b’ imħabba, kif jagħmel is-Salvatur. Henry B. EyringGratitudni f’ Jum is-SabbathIl-President Eyring jgħallem li jum is-Sabbath huwa jum li fih aħna għandna nkunu grati għal barkietna u niftakru u nwettqu l-patti tagħna li naqdu lil ħaddieħor. Sunday Afternoon Session Sunday Afternoon Session David A. Bednar“Kieku għaraftu Lili”Il-Presbiteru Bednar jiddeskrivi l-proċess kif nistgħu nisru nafu lis-Salvatur, li jinkludi li aħna neżerċitaw il-fidi tagħna fih, nimxu warajh, naqduh u nemmnu fih. Brian K. AshtonId-Duttrina ta’ KristuBrother Ashton jgħallem li d-duttrina ta’ Kristu tinkludi l-fidi, l-indiema, il-magħmudija, is-sagrament, id-don tal-Ispirtu s-Santu u li nibqgħu sodi sat-tmiem. Carl B. CookAqduIl-Presbiteru Cook jgħallem li minkejja li s-sejħiet tal-Knisja jafu jkun ta’ sfida għalina, aħna nkunu mberkin hekk kif aħna nservu bil-fidi u d-dedikazzjoni. Ronald A. RasbandLi Ma Tmurx TinsaIl-Presbiteru Rasband ikellem lil dawk li qed ifittxu li jiffortifikaw l-fidi tagħhom, fejn ifakkarhom fl-imħabba ta’ Alla u jħeġġiġhom sabiex jiftakru u jirreġistraw l-esperjenzi spiritwali tagħhom. Evan A. SchmutzAlla Jixxotta Kull DemgħaIl-Presbiteru Schmutz jixhed li hekk kif aħna neżerċitaw il-fidi fis-Salvatur, Huwa jerfagħna ‘l fuq u jġorrna waqt l-isfidi li ngħaddu minnhom. K. Brett NattressMa Hemmx Ferħ Akbar Milli Tkun Taf li Huma JafuIl-Presbiteru Nattress iħeġġeġ lilna lkoll biex ngħinu lit-tfal ikunu jafu u jħossu l-imħabba ta’ Missierna tas-Smewwiet u tas-Salvatur. Dale G. RenlundL-Indiema: Għażla ta’ FerħIl-Presbiteru Renlund jgħallem li l-indiema hija għażla li nistgħu nagħmlu minħabba l-Att tal-Fidwa tas-Salvatur u li l-indiema tista’ twassal għall-ferħ.