Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 3: Lezzjoni 1—Il-Messaġġ tar-Restawrazzjoni tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu


“Kapitlu 3: Lezzjoni 1—Il-Messaġġ tar-Restawrazzjoni tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)

“Kapitlu 3: Lezzjoni 1,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

Kapitlu 3: Lezzjoni 1

Il-Messaġġ tar-Restawrazzjoni tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu

Immaġni
L-Ewwel Dehra

In-Nies Jistgħu jistaqsu

  • Alla jeżisti?

  • Kif nista’ nħossni eqreb ta’ Alla?

  • Kif nista’ nitgħallem il-verità fid-dinja konfuża tal-lum?

  • Ir-reliġjon kif tista’ tgħinni?

  • Għaliex hawn tant u tant knejjes?

  • Għaliex għandi tant u tant sfidi?

  • Kif nista’ nsib il-paċi fi żminijiet ta’ avversità?

  • Kif nista’ nkun iktar kuntent?

  • Profeta kif jista’ jgħin lid-dinja tal-lum?

Mill-bidu tad-dinja, Alla rrivela l-evanġelju lil uliedu permezz ta’ profeti. Huwa għamel dan permezz ta’ Ibnu, Ġesù Kristu. Fil-qedem, Ġesù żvela l-evanġelju lil profeti bħal Adam, Noè, Abraham, u Mosè. Iżda ħafna nies ċaħduh.

Elfejn sena ilu, Ġesù Kristu nnifsu għallem l-evanġelju tiegħu u waqqaf il-Knisja tiegħu. In-nies ċaħdu saħansitra lil Ġesù. Minnufih wara mewtu, ħafna ma’ kullimkien tbiegħdu mill-verità u l-Knisja tal-Mulej. Il-milja tal-evanġelju u l-awtorità tas-saċerdozju ma kinux iktar fid-dinja.

Bosta sekli wara, Alla sejjaħ profeta ieħor, Joseph Smith. Alla rrestawra l-milja tal-evanġelju permezz tiegħu u awtorizzah biex jorganizza l-Knisja ta’ Ġesù Kristu mill-ġdid.

Li jkollna l-milja tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu fid-dinja hija waħda mill-barkiet il-kbar ta’ żmienna. L-evanġelju jgħinna biex inwieġbu l-iktar mistoqsijiet sinifikattivi tal-ħajja. Il-profeti ħajjin jiggwidawna fi żminijiet ta’ sfida. L-awtorità tas-saċerdozju ta’ Alla hija mill-ġdid fid-dinja biex tbierek lil uliedu.

Immaġni
missjunarji jgħallmu lil familja

Suġġerimenti għat-Tagħlim

Din is-sezzjoni tipprovdi abbozz sempliċi li jgħinek tipprepara x’se tgħallem. Tinkludi wkoll eżempji ta’ mistoqsijiet u stediniet li tista’ tuża.

Int u tħejji lilek innifsek biex tgħallem, ikkonsidra bl-għajnuna tat-talb is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet spiritwali ta’ kull individwu. Iddeċiedi x’inhu l-iktar ħaġa li se tgħin biex int tgħallem. Tħejji biex tiddefinixxi termini li n-nies forsi ma jifhmux. Ippjana skont kemm se jkollok ħin, u ftakar li għandek iżżomm il-lezzjoni qasira.

Agħżel l-iskrittura li se tuża fit-tagħlim tiegħek. Is-sezzjoni “Sisien Duttrinali” tal-lezzjoni tinkludi bosta siltiet mill-iskrittura li għandhim jgħinuk.

Ikkonsidra x’mistoqsijiet se ssaqsi inti u tgħallem. Ħejji l-istediniet li se testendi li għandhom jinkoraġġixxu lil kull persuna li taġixxi.

Enfasizza l-barkiet imwegħdin ta’ Alla, u agħti estimonjanza ta’ dak li tgħallem.

X’Tista’ Tgħallem lin-Nies fi 15-25 Minuta

Agħżel wieħed mill-prinċipji li ġejjin biex tgħallem dwaru, jew iktar minn wieħed minnhom. Is-sisien duttrinali ta’ kul prinċipju huwa pprovdut wara din id-deskrizzjoni qasira.

Alla Huwa Missierna fis-Smewwiet

  • Alla huwa Missierna fis-Smewwiet, u aħna wliedu. Huwa ħalaqna fi xbieha Tiegħu.

  • Alla jafna personalment u jħobbna.

  • Alla għandu ġisem igglorifikat u perfett, tal-laħam u l-għadam,.

  • Alla jrid iberikna bil-paċi u b’milja ta’ hena li ħa ttul għall-eternità.

  • Għax Alla jħobbna, Huwa bagħat lil Ibnu, Ġesù Kristu, biex jifdina mid-dnub u l-mewt.

Alla Jiżvela l-Evanġelju permezz ta’ Profeti f’Kull Dispensazzjoni

  • Alla jsejjaħ profeti biex ikunu r-rappreżentanti tiegħu fid-dinja.

  • Fil-qedem, Alla sejjaħ profeti bħal Adam, Noè, Abraham u Mosè.

  • Profeta ħaj jirċievi rivelazzjoni minn Alla biex jgħallimna u jmexxina fi żmienna.

Il-Ministeru fid-Dinja u l-Espjazzjoni ta’ Ġesù

  • Ġesù Kristu huwa l-Iben ta’ Alla.

  • Matul il-ministeru Tiegħu fid-dinja, Ġesù għallem l-evanġelju Tiegħu u waqqaf il-Knisja Tiegħu.

  • Ġesù sejjaħ tnax-il Appostlu u tahom l-awtorità biex imexxu lill-Knisja Tiegħu.

  • Fi tmiem ta’ ħajtu, Ġesù patta għal dnubietna permezz tat-tbatija tiegħu fil-Ġnien tal-Ġetsemani u matul il-Kruċifissjoni. Wara li miet Ġesù, huwa reġa’ qam mill-mewt.

  • Minħabba s-sagrifiċċju espjatorju ta’ Ġesù, aħna nistgħu ninħafru u nitnaddfu minn dnubietna hekk kif nindmu. Dan iġibilna l-paċi u jagħmilha possibbli għalina li nirritornaw fil-preżenza ta’ Alla u li niksbu l-milja tal-ferħ.

  • Grazzi għall-Qawmien mill-Mewt ta’ Ġesù, aħna lkoll se nqumu mill-mewt wara li mmutu. Dan ifisser li l-ispirtu u l-ġisem ta’ kull persuna se jingħaqdu mill-ġdid flimkien u jgħixu għal dejjem.

Meta Ħafna Tbiegħdu

  • Wara li mietu l-Appostli ta’ Ġesù, ħafna ma’ kullimkien tbiegħdu mill-evanġelju u l-Knisja ta’ Ġesù Kristu.

  • Matul dan iż-żmien, in-nies biddlu bosta tagħlim tal-evanġelju. In-nies biddlu wkoll l-ordinanzi tal-evanġelju, fosthom il-magħmudija. L-awtorità tas-saċerdozju u l-Knisja li kien waqqaf Ġesù ma kenux iżjed fid-dinja.

Ir-Restawrazzjoni tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu permezz ta’ Joseph Smith

  • Joseph Smith fittex li jkun jaf liema knisja kienet il-Knisja vera ta’ Alla biex ikun jista’ jingħaqad magħha. Il-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu dehrulu fl-1820. Dan l-avveniment huwa msejjaħ l-Ewwel Dehra.

  • Alla sejjaħ lil Joseph Smith biex ikun profeta, eżatt kif sejjaħ lill-profeti fi żminijiet ta’ qabel.

  • L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu kien irrestawrat permezz ta’ Joseph Smith.

  • Messaġġiera oħra mibgħuta mis-smewwiet irrestawraw is-saċerdozju, u Joseph kien awtorizzat biex jorganizza l-Knisja ta’ Ġesù Kristu.

  • Ġesù Kristu jkompli jmexxi l-Knisja tiegħu llum permezz ta’ profeti u appostli ħajjin.

Il-Ktieb ta’ Mormon: Testment Ieħor ta’ Ġesù Kristu

  • Il-Ktieb ta’ Mormon huwa volum ta’ skrittura miktub fi żminijiet antiki mill-profeti fl-Ameriki. Joseph Smith ittraduċieh bid-don u l-qawwa ta’ Alla.

  • Flimkien mal-Bibbja, il-Ktieb ta’ Mormon jipprovdi xhieda tal-ministeru ta’ Ġesù, tagħlim, u missjoni bħala s-Salvatur tagħna.

  • Aħna nistgħu nersqu aktar viċin ta’ Alla billi naqraw il-Ktieb ta’ Mormon u nobbdu l-preċetti tiegħu.

  • Aħna nistgħu nkunu nafu li l-Ktieb ta’ Mormon huwa l-kelma ta’ Alla billi naqrawh, nixtarruh, u nitolbu dwaru. Dan il-proċess se jgħinna wkoll biex naslu nkunu nafu li Joseph Smith kien profeta.

Itlob sabiex Tkun Taf il-Verità permezz tal-Ispirtu s-Santu

  • It-talb huwa komunikazzjoni miż-żewġ direzzjonijiet bejn Alla u wliedu.

  • Permezz ta’ talb sinċier, aħna nistgħu nkunu nafu li l-messaġġ tar-Restawrazzjoni tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu huwa veru.

  • Hekk kif nitolbu, l-Ispirtu s-Santu jgħallimna u jikkonfermalna l-verità.

Immaġni
missjunarji jgħallmu lil xi ġuvintur

Mistoqsijiet Li Tista’ Ssaqsi Lin-Nies

Il-mistoqsijiet li ġejjin huma eżempji ta’ x’tista’ ssaqsi lin-nies. Dawn il-mistoqsijiet jistgħu jgħinuk ikollok konverżazzjonijiet sinifikanti u tifhem il-bżonnijiet u l-perspettiva ta’ persuna.

  • X’temmen dwar Alla?

  • Kif se tgħinek li tkun tħossok eqreb ta’ Alla?

  • X’taf dwar Ġesù? Kif influwenzawk il-ħajja u t-tagħlim tiegħu?

  • Kif issib tweġibiet affidabbli fil-ħajja konfuża tal-lum?

  • Kif tgħinek kieku tkun taf li fid-dinja llum għandna profeta ħaj?

  • Int smajt bil-Ktieb ta’ Mormon? Nistgħu naqsmu miegħek għalxiex hija importanti?

  • Kieku int taqsam mal-oħrajn it-twemmin tiegħek dwar it-talb? Nistgħu naqsmu mal-oħrajn it-twemmin tagħna dwar it-talb?

Stediniet Li Tista’ Testendi

  • Se tistaqsi lil Alla fit-talb biex jgħinek tkun taf li dak li għallimniek huwa kollu minnu? (Ara “Ngħallmu l-Għarfien: Talba” fl-aħħar sezzjoni ta’ din il-lezzjoni.)

  • Se tattendi l-knisja l-Ħadd li ġej biex titgħallem aktar dwar dak li għallimniek?

  • Se taqra l-Ktieb ta’ Mormon u titlob biex tkun taf li huwa l-kelma ta’ Alla? (Tista’ wkoll tissuġġerixxi kapitli jew versi speċifiċi.)

  • Int se timxi wara l-eżempju ta’ Ġesù u titgħammed? (Ara “L-istedina biex Titgħammed u Tkun Ikkonfermat,” li hija l-lezzjoni immedjatament ta’ qabel din.)

  • Nistgħu niftiehmu xi ħin għal żjara oħra?

Sisien Duttrinali

Din is-sezzjoni tipprovdi duttrina u skrittura għalik biex tistudja sabiex tqawwi l-għarfien tiegħek u t-testimonjanza tal-evanġelju u biex tgħinek tgħallem.

Immaġni
familja

Alla Huwa Missierna fis-Smewwiet li Tant Iħobbna

Alla huwa Missierna fis-Smewwiet, u aħna uliedu. Hu ħalaqna fi xbieha tiegħu. Hu għandu “ġisem tad-demm u l-għadam, tanġibbli daqs tal-bniedem” glorifikat, u perfett Duttrina u Patti 130:22).

Il-Mulej jafna b’mod personali, u hu jħobbna aktar milli aħna nistgħu nifhmu. Aħna nifhmu d-diffikultajiet, l-uġigħ, u d-dgħjufijiet tagħna, u hu joffri li jissapportjana fihom. Hu jsib l-għaxqa tiegħu fil-progress tagħna u se jgħinna nagħmlu l-għażliet it-tajba. Huwa jrid jikkomunika magħna, u aħna nistgħu nikkomunikaw miegħu permezz tat-talb.

Alla tana din l-esperjenza fid-dinja sabiex nistgħu nitgħallmu, nikbru, u nsiru aktar bħalu. B’imħabba perfetta, hu jridna li nirritornaw għandu wara li mmutu. Madanakollu, aħna ma nistgħux nagħmlu dan waħedna. Għax Alla jħobbna, huwa bagħat lil Ibnu, Ġesù Kristu, biex jifdina. “Għax Alla hekk ħabb lid-dinja, li ta lil Ibnu l-waħdieni, … biex id-dinja ssalva permezz tiegħu” (Ġwanni 3:16–17).

Alla jrid iberikna bil-paċi u b’milja ta’ ferħ li jtawlu tul l-eternità. Huwa pprovda pjan li jagħtina l-opportunità biex nirċievu dawn il-barkiet. Dan il-pjan huwa msejjaħ il-pjan tas-salvazzjoni (ara Lezzjoni 2).

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

Immaġni
Mosè u t-Twavel, ta’ Jerry Harston

Alla Żvela l-Evanġelju permezz tal-Profeti f’Kull Dispensazzjoni

Il-Profeti Huma r-Rappreżentanti ta’ Alla fid-Dinja

Mod importanti li bih Alla juri l-imħabba tiegħu għalina huwa billi jsejjaħ nies bħala profeti, jagħtihom l-awtorità tas-saċerdozju, u jispirahom biex jitkellmu għalih. Il-profeti huma r-rappreżentanti ta’ Alla fid-dinja. Il-profeta Għamos tat-Testment il-Qadim kiteb li “l-ebda ħaġa ma jagħmel Sidi l-Mulej, jekk ma jurix il-ħwejjeġ moħbija tiegħu lill-qaddejja tiegħu l-profeti” (Għamos 3:7). Xi wħud mill-barkiet li nirċievu mill-profeti ħajjin huma murija hawn taħt.

Xhieda ta’ Ġesù Kristu. Il-profeti huma xhieda speċjali ta’ Ġesù Kristu, billi jixhdu dwaru bħala s-Salvatur u l-Feddej tagħna.

Tagħlim. Il-profeti jirċievu direzzjoni mingħand Alla biex jgħinhom jagħrfu l-verità mill-iżball. Huma jgħallmuna nobdu l-kmandamenti ta’ Alla u nindmu meta niżolqu xi ftit. Huma jiddenunzjaw id-dnub u jwiddbu dwar il-konsegwenzi tiegħu.

It-tagħlim tal-profeti jressquna lejn Alla u jgħinuna nirċievu l-barkiet li hu jixtieq għalina. Aħna nibqgħu ’l bogħod mill-periklu jekk nimxu wara l-kelma tal-Mulej permezz tal-profeti Tiegħu.

Awtorità tas-Saċerdozju. Il-profeta kurrenti huwa dak li jħaddan is-saċerdozju u li jippresedi f’din id-dinja. Is-saċerdozju huwa l-awtorità u l-qawwa ta’ Alla. Il-profeta għandu l-awtorità biex jitkellem u jaġixxi f’ isem Alla għas-salvazzjoni ta’ wliedu.

Direzzjoni tal-Knisja. Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu nbniet fuq sisien magħmulin minn appostli u profeti (ara Efesin 2:19–20; 4:11–14).

Profeti fi Żminijiet tal-Qedem

Adam kien l-ewwel profeta fid-dinja. Alla żvela l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu lil Adam u tah l-awtorità tas-saċerdozju. Adam u Eva għallmu dawn il-veritajiet lil uliedhom u ħeġġewhom sabiex jiżviluppaw il-fidi u jgħixu l-evanġelju.

Eventwalment il-posterità ta’ Adam u Eva rribellat u tbiegħdet mill-evanġelju. Dan wassal għal kundizzjoni li tissejjaħ apostasija, jew tbegħid. Meta l-apostasija tkun waħda fuq skala wiesgħa, Alla jieħu lura għandu l-awtorità tas-saċerdożju tiegħu, li hija neċessarja biex tgħallem u tamministra l-ordinanzi tal-evanġelju.

It-Testment il-Qadim jsemmi ħafna okkażjonijiet ta’ apostasija fuq skala wiesgħa. Biex jintemmu dawn il-perjodi, Alla dar fuq uliedu billi sejjaħ profeta ieħor. Hu żvela l-verità tal-evanġelju mill-ġdid lil dawn il-profeti u tahom l-awtorità tas-saċerdozju. Xi wħud minn dawn il-profeti bħal Noè, Adam, u Mosè. B’dispjaċir, b’mudell ripetut biż-żmien, in-nies eventwalment ċaħdu lill-profeti u tbiegħdu.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida tal-Iskrittura: “Profeta

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Profeti,” “ Restawrazzjoni tal-Knisja

Immaġni
Ja Missieri, minn Simon Dewey

Il-Ministeru fid-Dinja u l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu

Ġesù Kristu huwa l-Iben ta’ Alla. Ġesù u l-Espjazzjoni tiegħu huma fiċ-ċentru tal-pjan ta’ Alla għalina. L-Espjazzjoni tiegħu tinkludi s-sofferenza Tiegħu fil-Ġnien tal-Ġetsemani, is-sofferenza u l-mewt tiegħu fuq is-salib, u l-qawmien tiegħu mill-imwiet.

Minn żmien Adam u Eva, in-nies kienu jħarsu ’l quddiem biex jersqu lejn is-Salvatur u l-Feddej. Il-Missier fis-Smewwiet bagħat lil Ġesù fid-dinja iktar minn 2,000 sena ilu.

Ġesù għex ħajja perfetta, mingħajr dnub. Huwa għallem l-evanġelju Tiegħu u waqqaf il-Knisja Tiegħu. Huwa sejjaħ tnax-il Appostlu u tahom l-awtorità saċerdotali biex jgħallmu u jwettqu ċerti ordinanzi sagri, bħall-magħmudija. Hu tahhom ukoll l-awtorità li jmexxu l-Knisja tiegħu.

Fl-aħħar ta’ ħajtu, Ġesù sofra għad-dnubiet permezz tat-tbatija tiegħu fil-Ġetsemani u waqt il-Kruċifissjoni tiegħu. Grazzi għas-sagrifiċċju espjatorju ta’ Ġesù, aħna nistgħu ninħafru minn dnubietna meta nindmu. Dan jagħmilha possibbli għalina biex nirritornaw lejn il-preżenza ta’ Alla u nirċievu l-milja tal-ferħ.

Wara li Ġesù kien imsallab, hu qam mill-mewt, u hekk rebaħ fuq il-mewt bil-qawwa tal-Missier fis-Smewwiet. Minħabba l-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù, ilkoll kemm aħna se nqumu mill-imwiet wara li mmutu. Dan ifisser li l-ispirtu u l-ġisem ta’ kull persuna se jerġa’ jingħaqad, u kull wieħed u waħda minna se jgħix għal dejjem f’ġisem perfett u mqajjem mill-imwiet. (Ara “L-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu” f’lezzjoni 2.)

Immaġni
il-Profeta Joseph Smith

Il-Profeta Joseph Smith għallimna, “Il-prinċipji fundamentali tar-reliġjon tagħna huma t-testimonjanza tal-Appostli u l-Profeti, dwar Ġesù Kristu, li Huwa miet, ġie midfun, u reġa’ qam fit-tielet jum, u tela’ s-sema; u kull ħaġa oħra marbuta mar-reliġjon tagħna hija biss żieda ma’ dan” (Tagħlim tal-Presidenzi tal-Knisja: Joseph Smith [2007], 49).

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

It-Tbegħid

Wara l-mewt ta’ Ġesù Kristu, l-Appostli tiegħu fittxew li jżommu d-duttrina ta’ Kristu pura u li jħarsu l-ordni fil-Knisja. Madanakollu, bosta membri tal-Knisja tbiegħdu mill-Appostli u mid-duttrina li kien għallem Ġesù.

Wara li l-Appostli sfaw maqtulin, kien hemm tbegħid mifrux mill- evanġelju u mill-Knisja ta’ Ġesù Kristu. Dan il-perjodu jissejjaħ l-Apostasija l-Kbira. Minħabba fiha, Alla rtira l-awtorità tas-saċerdozju mid-dinja. Dan it-telfien inkluda l-awtorità meħtieġa biex tidderieġi lill-Knisja. Bħala riżultat, il-Knisja li Ġesù kien stabbilixxa ma kinitx iktar fil-Knisja.

MMatul dan iż-żmien, in-nies biddlu bosta tagħlim tal-evanġelju. Ħafna mill-għarfien dwar in-natura vera tal-Missier fis-Smewwiet, Ġesù Kristu, u l-Ispirtu s-Santu ġie mgħawweġ u mitluf. In-nies biddlu wkoll l-ordinanzi tas-saċerdozju, fosthom il-magħmudija.

Bosta sekli wara, irġiel u nisa li kienu qed ifittxu s-sewwa fittxew li jirriformaw t-tagħlim u l-prattiċi li kienu sfaw mibdulin. Huma fittxew li jkollhom dawl spiritwali akbar u wħud minnhom tkellmu fuq il-bżonn li l-verità terġa’ tiġi rrestawrata. L-isforzi tagħhom wasslu għall-organizzazzjoni ta’ bosta knejjes.

Dan il-perjodu ta’ żmien ġab miegħu enfasi akbar fuq il-libertà reliġjuża, li fetħet it-triq għar-restawrazzjoni tal-verità u l-awtorità minn Alla.

Numru ta’ Profeti u Appostli bassru t-tbegħid (ara 2 Tessalonikin 2:1–3). Huma kienu bassru wkoll li l-evanġelju u l-Knisja ta’ Ġesù Kristu se jkunu rrestawrati lid-dinja (ara Acts 3:20–21). Kieku ma kienx seħħ it-tbegħid, ir-riestawrazzjoni ma kinitx tkun meħtieġa.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

Ir-Restawrazzjoni tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu permezz ta’ Joseph Smith

L-Ewwel Dehra u s-Sejħa ta’ Joseph Smith bħala Profeta

Matul is-sekli meta l-milja tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu ma kinitx fid-dinja, il-Missier fis-Smewwiet kompla jfittex li jilħaq lil uliedu. Biż-żmien, hu pprepara t-triq biex huma jkunu jistgħu jiġu mberkin għal darba oħra bil-milja tal-evanġelju. Meta ċ-ċirkustanzi kienu tajbin, hu sejjaħ lil Joseph Smith bħala profeta biex permezz tiegħu l-evanġelju u l-Knisja ta’ Ġesù Kristu jiġu rrestawrati.

Joseph Smith għex fil-lvant tal-Istati Uniti fi żmien ta’ eċitament reliġjuż kbir. Il-membri tal-familja tiegħu kienu devoti lejn Alla u fittxew il-verità. Ħafna knejjes sostnew li kellhom il-verità, u Joseph xtaq ikun jaf liema kienet it-tajba (ara Joseph Smith—Storja 1:18). Il-Bibbja tgħallem li hemm “Mulej wieħed, fidi waħda, magħmudija waħda” (Efesin 4:5). Hekk kif Joseph attenda knejjes differenti, hu kien konfuż dwar ma’ liema waħda kellu jingħaqad. Aktar tard huwa qal:

“Tant kien hemm konfużjoni u konflitt bejn id-diversi denominazzjonijiet differenti, li kien impossibbli għal persuna tal-età tiegħi … li tasal għal xi konklużjoni ċerta dwar min kien fuq in-naħa t-tajba u min kien fuq in-naħa żbaljata. …

“F’nofs din il-gwerra ta’ kliem u konflitt ta’ opinjonijiet, kont ta’ spiss nistaqsi lili nnifsi: X’ għandi nagħmel? Min minnhom qed jgħid il-verità; jew inkella, huma kollha kemm huma ħżiena? Jekk hemm xi waħda minnhom vera, liema waħda hi, u kif nista’ nsir naf dan?” Ara Joseph Smith—Storja 1:810).

Bħal ħafna nies, Joseph Smith ukoll kellu mistoqsijiet dwar is-salvazzjoni ta’ ruħu. Hu ried li jkollu dnubietu maħfura u jkun safi quddiem Alla. Hekk kif fittex il-verità fost il-knejjes differenti, qara fil-Bibbja, “Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, għandu jitlob lil Alla, li jagħti lil kulħadd b’id miftuħa u bla ma jċanfar lil ħadd, u jagħtihulu” (Ġakbu 1:5).

Minħabba dan il-passaġġ, Joseph iddeċieda li jistaqsi lil Alla x’kellu jagħmel. Fir-rebbiegħa tal-1820, huwa mar f’masġar, viċin fejn kien joqgħod, u hemm niżel għarkupptejh jitlob. Hemm erba’ rakkonti tad-dehra li seħħet, miktuba minn Joseph Smith jew minn minn kittieba taħt id-direzzjoni tiegħu (ara Essejs tas-Suġġetti tal-Evanġelju, “Rakkonti tal-Ewwel Dehra”). Fir-rakkont ikkanonizzat bħala skrittura, hu ddeskriva l-esperjenza tiegħu kif ġej:

Immaġni
L-Ewwel Dehra, minn Linda Curley Christensen u Michael Malm

“Rajt kolonna ta’ dawl wieqfa eżatt fuq rasi, tiddi aktar mill-qawwa tax-xemx, u bdiet nieżla ’l isfel sakemm niżlet fuqi. … Meta d-dawl waqaf madwari jiena rajt żewġ Personaġġi, li d-dija u l-glorja tagħhom ma tistax tiddeskriviha, weqfin fuqi fl-arja. Wieħed minnhom kellimni, sejjaħli b’ ismi u, filwaqt li wera b’ idu lill-ieħor, qal—Dan hu Ibni l-Għażiż. Isimgħu!” (Joseph Smith—Storja 1:16–17).

F’din ild-dehra Alla l-Missier u Ibnu, Ġesù Kristu, dehru lil Joseph Smith. Is-Salvatur qallu biex ma jingħaqad mal-ebda knisja.

F’rakkont ieħor ta’ din id-dehra, Joseph qal li s-Salvatur qallu wkoll: “Dnubietek huma maħfura. … Ara, jiena l-Mulej tal-glorja. Jien ġejt imsallab għad-dinja, sabiex dawk kollha li jemmnu f’ismi jista’ jkollhom il-ħajja Eterna.”

Wara d-dehra, Joseph irrifletta, “Ruħi mtliet bl-imħabba, u għal bosta jiem stajt nithenna b’hena kbir u l-Mulej kien miegħi” (Joseph Smith Storja, madwar is-Salf tal-1832, 3, josephsmithpapers.org; ortografija u punteġġjatura mmodernizzati).

Permezz ta’ din id-dehra, Joseph Smith sar xhud ta’ Ġesù Kristu u tgħallem veritajiet importanti dwar id-Divinità. Per eżempju, hu tgħallem li l-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu huma entitajiet separati. Meta huma sejħulu b’ismu, hu tgħallem li jafuh b’mod personali. Meta lil Joseph qaluli li ġie maħfur, hu tgħallem li Alla kien ħanin. Din l-esperjenza mlietu bl-hena.

Bħal ma Alla kien għamel ma’ ħafna profeti qabel, hu sejjaħ lil Joseph Smith sabiex ikun profeta li permezz tiegħu jiġi rrestawrat il-milja tal-evanġelju fid-dinja. Din ir-restawrazzjoni se tgħin lil ulied Alla jsibu l-hena f’din id-dinja u ħajja eterna fid-dinja li ġejja—permezz ta’ Ġesù Kristu.

Restawrazzjoni tas-Saċerdozju u l-Imfietaħ tas-Saċerdozju

Immaġni
Lilkom Qaddejja Tiegħi, minn Linda Curley Christensen u Michael Malm

Wara d-dehra tal-Missier u tal-Iben, messaġġiera oħra mis-smewwiet intbagħtu għand Joseph Smith u l-kollega tiegħu Oliver Cowdery. Ġwanni l-Battista deher bħala xbiha mqajma mill-imwiet u kkonferixxa fuqhom is-Saċerdozju ta’ Aron u l-imfietaħ. Is-Saċerdozju ta’ Aron jinkludi l-awtorità li tgħammed.

Immaġni
Il-Vuċi ta’ Pietru, Ġakbu, u Ġwanni, minn Welden C. Andersen

Ftit żmien wara, Pietru, Ġakbu, u Ġwanni—tlieta mill-Appostli oriġinali ta’ Kristu—dehru bħala kreaturi mqajmin mill-mewt u kkonferew is-Saċerdozju ta’ Melkisedek u l-imfietaħ tiegħu fuq Joseph Smith u Olver Cowdery. Is-saċerdozju huwa l-istess awtorità li Kristu ta lill-Appostli antiki tiegħu.

Immaġni
Image of Moses Elias and Elijah descending into the Kirtland temple and appearing to Joseph Smith.

Fit-Tempju ta’ Kirtland, Mosè, Elijas, u Elija dehru lil Joseph Smith u Oliver Cowdery u kkommettew lilhom aktar awtorità u mfietaħ tas-saċerdozju neċessarji biex iwettqu l-ħidma ta’ Alla fl-aħħar żmien. Mosè kkommetta l-imfietaħ tal-ġabra f’Iżrael. Elijas ikkommetta d-dispensazzjoni tal-evanġelju ta’ Abraham. Elija kkommetta l-imfietaħ tal-qawwa tas-siġill. (Ara Duttrina u Patti 110:11–16; ara wkoll Gwida Ġenerali, 3.1.)

Organizzazzjoni tal-Knisja

Joseph Smith ġie mmexxi sabiex jorganizza l-Knisja ta’ Ġesù Kristu fid-dinja mill-ġdid. Permezz tiegħu, Ġesù Kristu sejjaħ tnax-il Appostlu.

Il-profeti fi żminijiet bibbliċi rreferew għaż-żmien li ngħixu fih illum bħala l-aħħar jiem jew l-aħħar żminijiet. Huwa l-perjodu taż-żmien immedjatament qabel it-Tieni Miġja ta’ Ġesù Kristu. Din hija r-raġuni għalfejn il-Knisja hija msemmija l-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien (ara Duttrina u Patti 115:3–4; ara wkoll 3 Nefi 27:3–8).

Profeti Ħajjin u Appostli tal-Lum

Hekk kif Ġesù sejjaħ lill-Appostli waqt il-ministeru mortali tiegħu biex imexxi l-Knisja tiegħu, hu sejjaħ lill-Appostli biex imexxuha llum il-ġurnata. L-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax il-Appostlu huma profeti, veġġenti, u rivelaturi.

L-Appostlu presbiteru biss huwa msejjaħ il- profeta għax hu jippresedi fuq il-Knisja kollha u huwa awtorizzat b’mod uniku biex jitkellem għall-Mulej. Huwa s-suċċessur awtorizzat ta’ Joseph Smith. Hu u l-Appostli preżenti traċċaw l-awtorità tagħhom lil Ġesù Kristu f’katina waħda ta’ ordinanzi li bdiet meta Joseph Smith kien ordnat minn idejn il-messaġġiera mis-smewwiet.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

Il-Ktieb ta’ Mormon: Testment Ieħor ta’ Ġesù Kristu

Il-Ktieb ta’ Mormon huwa volum antik tal-iskrittura mqaddsa bħall-Bibbja. Il-Bibbja hija xhieda waħda ta’ Ġesù Kristu, u l-Ktieb ta’ Mormon huwa t-tieni xhud tal-Ministeru tiegħu, it-tagħlim tiegħu, u l-missjoni tiegħu bħala s-Salvatur tagħna.

Joseph Smith kien immexxi lejn għolja minn messaġġier mis-smewwiet jismu Moroni fejn għal sekli sħaħ kienu jinsabu moħbija l-pjanċi tad-deheb. Dan ir-rakkont, imnaqqax fuq pjanċi tad-deheb (linji rqaq tal-metall), kien jikkonsisti f’kitbiet tal-profeti dwar l-interazzjonijiet ta’ Alla ma’ xi wħud mill-abitanti antiki tal-Ameriki. Joseph Smith ittraduċa dan ir-rakkont bd-don u l-qawwa ta’ Alla.

Il-profeti tal-Ktieb ta’ Mormon kienu jafu dwar il-missjoni tas-Salvatur u huma għallmu l-evanġelju Tiegħu. Wara li Ġesù ġie mqajjem mill-mewt, hu deher lil dawn in-nies u mministrahom personalment. Huwa għallimhom l-evanġelju tiegħu u waqqaf il-Knisja tiegħu fosthom.

Il-Ktieb ta’ Mormon jgħinna nersqu eqreb lejn Alla hekk kif aħna nitgħallmu, nifhmu, u napplikaw it-tagħlim tiegħu. Il-Profeta Joseph Smith qal li “bniedem se jersaq aktar viċin Alla billi jobdi l-preċetti li hemm fih, milli bi kwalunkwe ktieb ieħor” (Tagħlim: Joseph Smith, 64).

Immaġni
raġel jaqra

Biex inkunu nafu li l-Ktieb ta’ Mormon huwa l-kelma ta’ Alla, irridu naqrawh, nixtarruh, u nitolbu fuqu. Profeta milll-Ktieb ta’ Mormon wiegħed li Alla se jiżvela l-verità tal-ktieb lilna hekk kif aħna nitolbu b’qalb sinċiera, b’intenzjoni vera, u b’fiid fi Kristu (ara Moroni 10:3–5). Li nistudjaw il-Ktieb ta’ Mormon huwa essenzjali biex inżommu l-konverżjoni.

Hekk kif naqraw il-Ktieb ta’ Mormon u nitolbu fuqu, aħna se nitgħallmu l-veritajiet dwar Ġesù Kristu li se jberkulna ħajjitna. Aħna se nsiru nafu wkoll li Joseph Smith kien profeta ta’ Alla u li l-evanġelju u l-Knisja ta’ Ġesù Kristu ġew irrestawrati permezz tiegħu.

Immaġni
Il-President Russell M. Nelson

“Inwegħidkom li hekk kif bl-għajnuna tat-talb intom tistudjaw il-Ktieb ta’ Mormon kuljum, intom tibdew tieħdu deċiżjonijiet aħjar—kuljum. Jien inwegħidkom li hekk kif intom tixtarru dak li tistudjaw dwaru, jinfetħu għalikom bwieb is-sema, u intom tirċievu tweġiba għall-mistoqsijiet tagħkom kif ukoll direzzjoni għal ħajjitkom. Inwegħidkom li, hekk kif kuljum intom tgħaddsu raskom fil-Ktieb ta’ Mormon, intom tiġu mlaqqmin kontra l-ħażen ta’ żmienna” (Russell M. Nelson, “Il-Ktieb ta’ Mormon: Kif Kienet Tkun Ħajjitkom mingħajru?Liahona, Nov. 2017, 62–63).

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida għall-Iskrittura: “Ktieb ta’ Mormon

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Ktieb ta’ Mormon

Immaġni
mara titlob

Itlob sabiex Tkun Taf il-Verità permezz tal-Ispirtu s-Santu

Għax Alla huwa Misserna, hu se jgħinna nagħrfu l-verità. Nistgħu nkunu nafu li l-messaġġ tar-Restawrazzjoni tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu huwa veru hekk kif naqraw il-Ktieb ta’ Mormon u nitolbu lil Alla. Meta nitolbu b’fidi u intenzjoni vera, hu jwieġeb il-mistoqsijiet tagħna u jiggwidalna ħajjitna.

Ġeneralment Alla jwieġeb it-talb tagħna permezz tal-Ispirtu s-Santu. Hekk kif aħna nitolbu, l-Ispirtu s-Santu jgħallem u jikkonferma l-verità. Il-komunikazzjonijiet mill-Ispirtu s-Santu għandhom qawwa kbira. Normalment jaslu bħala assigurazzjoni siekta permezz ta’ senimenti, ħsibijiet, u impressjonijiet (ara 1 Slaten 19:11–12; Ħelaman 5:30; Duttrina u Patti 8:2).

L-istudju konsistenti tal-iskrittura (partikolarment il-Ktieb ta’ Mormon:), l-attenda għal-laqgħa tas-sagrament ta’ kull ġimgħa, u t-talb mimli sinċerità jgħinuna biex inħossu l-qawwa l-Ispirtu s-Santu u niskopru l-verità.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida għall-Iskrittura: “Talba

  • Dizzjunarju tal-Bibbja: “Talba

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Talba

Skeda ta’ Lezzjoni Qasira sa Medja

L-iskedi li ġejjin huma kampjun ta’ dak li int tista’ tgħallem lil xi ħadd jekk għandek biss ammont qasir ta’ żmien. Meta tuża din l-iskeda, agħżel prinċipju wieħed jew aktar biex tgħallem. Is-sisien duttrinali għal kull prinċipju huwa pprovdut fil-bidu ta’ din il-lezzjoni.

Hekk kif tgħallem, staqsi mistoqsijiet u isma’. Estendi l-istediniet li se jgħinu lin-nies jitgħallmu kif jersqu eqreb lejn Alla. Stedina waħda importanti hija li l-persuna terġa tiltaqa’ miegħek. It-tul tal-lezzjoni jiddependi mill-mistoqsijiet li tistaqsi u minn dak li tisma’.

Immaġni
missjunarji jitkellmu ma’ raġel

X’Tista’ Tgħallem Lin-Nies fi 3–10 Minuti

  • Alla huwa Missierna tas-Smewwiet, u huwa ħalaqna fi xbieha tiegħu. Hu jafna personalment u jħobbna. Hu jrid li jberikna bil-paċi u bil-milja ta’ ferħ li jtawlu tul l-eternità.

  • Ġesù Kristu huwa l-Iben ta’ Alla. Il-missjoni tiegħu kienet li jagħmilha possibbli għalina li nitnaddfu, negħlbu l-mewt, u nirċievu l-ħajja eterna.

  • Alla jsejjeħ lill-profeti biex ikunu r-rappreżentanti tiegħu fid-dinja. Huwa żvela dan lil profeti bħal Adam, Noè, Abraham u Mosè. Profeta ħaj jirċievi rivelazzjoni mingħand Alla biex jgħallimna u jmexxina llum il-ġurnata.

  • Matul il-ministeru mortali ta’ Ġesù, hu stabilixxa l-Knisja tiegħu. Wara li mietu l-Appostli ta’ Ġesù, kien hemm tbegħid mifrux mill-evanġelju u mill-Knisja ta’ Ġesù Kristu. In-nies biddlu ħafna tagħlim tal-evanġelju u ordinanzi tas-saċerdozju, bħall-magħmudija.

  • Alla sejjaħ lil Joseph Smith biex ikun profeta, hekk kif sejjaħ profeti fi żminijiet fl-imgħoddi. Il-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu dehrulu. L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu kien irrestawrat permezz tiegħu.

  • Il-Ktieb ta’ Mormon huwa l-possessjoni huwa volum ta’ skrittura. Bħal fil-Bibbja, huwa testment ta’ Ġesù Kristu u jgħinna nersqu eqreb lejn Alla hekk kif naqrawh u napplikaw il-preċetti tiegħu. Joseph Smith ittraduċih bħala d-don u l-qawwa ta’ Alla.

  • Permezz ta’ talb sinċier, aħna nistgħu nikkomunikaw ma’ kulħadd. Aħna nistgħu nsiru nafu li l-messaġġ tar-Restawrazzjoni tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu huwa veru.

Ipprintja