“Kapitlu 3: Lezzjoni 2—Pjan tas-Salvazzjoni ta’ Missierna fis-Smewwiet,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)
“Kapitlu 3: Lezzjoni 2,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi
Kapitlu 3: Lezzjoni 2
Pjan tas-salvazzjoni ta’ Missierna fis-Smewwiet
L-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu jgħinna nwieġbu mistoqsijiet importanti tar-ruħ. Permezz tal-evanġelju, aħna nitgħallmu dwar l-identità divina tagħna u dwar il-potenzjal etern bħala wlied Alla. Dan l-evanġelju jagħtina t-tama u jgħinna nsibu l-paċi, il-ferħ u t-tifsira. Meta ngħixu l-evanġelju nitgħallmu nikbru u nsibu l-qawwa hekk kif niffaċċjaw id-diffkultajiet tal-ħajja.
Alla jrid l-aħjar għal uliedu u jixtieq li jagħtina l-aqwa barkiet tiegħu, li huma l-immortalità u l-ħajja eterna (ara Mosè 1:39; Duttrina u Patti 14:7). Għax Alla jħobbna, hu pprovda pjan għalina biex nirċievu dawn il-barkiet. Fl-iskrittura, dan il-pjan huwa msejjaħ il-pjan tas-salvazzjoni, il-pjan il-kbir tal-kuntentizza, u l-pjan tal-fidwa (ara Alma 42:5, 8, 11, 13, 15, 16, 31).
Fil-pjan ta’ Alla, kull wieħed u waħda minna jagħmel vjaġġ permezz ta’ ħajja primortali, ħajja mortali, mewt, u ħajja wara l-mewt. Alla pprovda dak kollu li aħna niġu bżonn waqt dan il-vjaġġ biex wara li mmutu, eventwalment nirritornaw lejn il-preżenza tiegħu u nirċievu l-milja tal-ferħ.
Ġesù Kristu huwa fiċ-ċentru ta’ dan il-pjan ta’ Alla. Permezz tal-Espjazzjoni u l-Qawmien mill-imwiet, Ġesù għamilha possibbli għalina li nirċievu l-immortalità u l-ħajja eterna.
Tul il-ħajja tagħna fid-dinja, aħna ma niftakrux il-ħajja primortali tagħna. Lanqas ma nifhmu totalment il-ħajja wara l-mewt. Madanakollu, Alla żvela ħafna veritajiet dwar dawn il-partijiet tal-vjaġġ etern tagħna. Dawn il-veritajiet jipprovdulna għarfien suffiċenti biex nifhmu l-għan tal-ħajja, biex nesperjenzaw l-hena, u biex ikollna l-fidi għal dak li ġej. Dan l-għarfien huwa teżor sagru niex jiggwidana waqt li aħna qegħdin fid-dinja.
Suġġerimenti għal Tagħlim
Din is-sezzjoni tipprovdi abbozz sempliċi biex tgħinek tipprepara kif tgħallem. Tinkludi wkoll eżempji ta’ mistoqsijiet u stediniet li tista’ tuża.
Hekk kif tipprepara biex tgħallem, permezz tat-talb ikkunsidra s-sitwazzjoni ta’ kull persuna u l-bżonnijiet spiritwali. Iddeċiedi x’inhi l-iktar ħaġa li se tgħin biex int tgħallem. Ipprepara ruħek biex tiddefinixxi termini li n-nies forsi ma jifhmux. Ippjana skont kemm se jkollok ħin, billi tiftakar li żżomm il-lezzjonijiet fil-qosor.
Agħżel skrittura biex tużaha hekk kif tgħallem. Is-sezzjoni “Sisien Duttrinali” tal-lezzjoni tinkludi bosta siltiet mill-iskrittura li għandhom jgħinuk.
Ikkunsidra liema mistoqsijiet se tistaqsi hekk kif tgħallem. Ħejji l-istediniet li se testendi li għandhom jinkoraġġixxu lil kull persuna li taġixxi.
Enfasizza l-barkiet imwegħdin ta’ Alla, u agħti testimonjanza ta’ dak li tgħallem.
X’Tista’ Tgħallem lin-Nies fi 15–25 Minuta
Agħżel prinċipjutipju wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin dwar il-pjan tas-salvazzjoni biex tgħallem. Is-sisien duttrinali ta’ kul prinċipju huwa pprovdut wara din id-deskrizzjoni qasira.
Il-Ħajja Qabel Ma Ġejna fid-Dinja: L-Għan u l-Pjan ta’ Alla Għalina
-
Aħna lkoll ulied spirti ta’ Alla. Hu ħalaqna fi xbieha tiegħu.
-
Aħna għexna ma’ Alla qabel ma twelidna fid-dinja. Aħna parti mill-familja tiegħu. Hu jafna u jħobbna lkoll.
-
Alla pprovda pjan għall-kuntentizza u l-progress tagħna f’din il-ħajja kif ukoll fl-eternità.
-
Fil-ħajja primortali tagħna, aħna għażilna li nimxu mal-pjan ta’ Alla. Dan kien ifisser li niġu fid-dinja biex inkunu nisgħu nieħdu l-pass li jmiss fil-progress tal-eternità.
-
Ġesù Kristu huwa fiċ-ċentru tal-pjan ta’ Alla. Hu jagħmilha possibbli għalina li jkollna l-immortalità u l-ħajja eterna.
Il-Ħolqien
-
Taħt id-direzzjoni tal-Missier, Ġesù Kristu ħalaq id-dinja.
Il-Waqgħa ta’ Adam u Eva
-
Adam u Eva kienu l-ewwel fost l-ulied spiriti ta’ Alla li ġew hawn fid-dinja. Alla ħalaq ġisimhom u qegħidhom fil-Ġnien tal-Eden.
-
Adam u Eva ttrasgredixxew, ġew imkeċċijin mill-ġnien, u nfirdu mill-preżenza ta’ Alla. Din il-ġrajja tissejjaħ il-Waqgħa.
-
Wara l-Waqgħa, Adam u Eva saru mortali. Bħala mortali, kienu kapaċi jitgħallmu, jipprogressaw, u jkollhom it-tfal. Huma esperjenzaw ukoll in-niket, id-dnub, u l-mewt.
-
Il-Waqgħa kienet pass ’il quddiem għall-umanità. Il-Waqgħa għamlitha possibbli għalina biex nitwieldu fid-dinja u nimxu ’l quddiem fil-pjan tal-Missier fis-Smewwiet.
Il-Ħajja Tagħna fid-Dinja
-
Fil-pjan ta’ Alla, aħna kellna bżonn niġu fid-dinja biex nirċievu l-iġsma fiżiċi, nitgħallmu, u nikbru.
-
Fid-dinja, aħna nitgħallmu nimxu bit-tama. Madanakollu, il-Missier fis-Smewwiet ma telaqniex waħedna. Huwa pprovdielna ħafna rigali u joffrilna gwida biex jgħinna nerġgħu lura fil-preżenza tiegħu.
L-Att tal-Fidwa ta’ Ġesù Kristu
-
Kull wieħed u waħda minna nindmu u kollha se mmutu. Għax Alla jħobbna, huwa bagħat lil Ibnu, Ġesù Kristu, biex jifdina mid-dnub u l-mewt.
-
Minħabba s-sagrifiċċju espjatorju ta’ Ġesù, aħna nistgħu ninħafru u nitnaddfu minn dnubietna. Qalbna tista’ tinbidel għall-aħjar hekk kif nindmu. Dan jagħmilha possibbli għalina biex nirritornaw lejn il-preżenza ta’ Alla u nirċievu l-milja tal-ferħ.
-
Grazzi għal Ġesù, aħna se nerġgħu ngħixu wara li mmutu. Dan ifisser li kull spirtu u ġisem ta’ persuna se jerġa’ jingħaqad, u kollha kemm aħna nerġgħu ngħixu għal dejjem f’ġisem perfett, u mqajjem mill-imwiet.
-
Ġesù Kristu joffri faraġ, tama, u fejqan. Is-sagrifiċċju espjatorju tiegħu huwa l-akbar espressjoni ta’ mħabbtu. Dak kollu li mhux ġust f’din il-ħajja jista’ jiġi rranġat permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu.
Id-Dinja tal-Ispirti
-
Meta l-ġisem fiżiku tagħna jmut, l-ispirtu tagħna jkompli jgħix fid-dinja tal-ispirti. Dan huwa stat temporanju ta’ tagħlim u preparazzjoni qabel il-Qawmien mill-Imwiet.
-
L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu huwa mgħallem fid-dinja tal-ispirtu, u aħna nistgħu nkomplu nikbru u niżviluppaw.
Il-Qawmien mill-Imwiet, is-Salvazzjoni, u l-Eżaltazzjoni
-
Wara ż-żmien tagħna fid-dinja tal-ispirti, il-Qawmien mill-Imwiet huwa l-pass li jmiss fil-vjaġġ etern tagħna.
-
Il-Qawmien mill-Imwiet huwa r-riunifakazzjoni tal-ispirtu u l-ġisem tagħna. Ilkoll kemm aħna se nerġgħu nqumu mill-mewt u jkollna ġisem fiżiku perfett. Aħna se ngħixu għal dejjem. Dan sar possibbli permezz tal-Espjazzjoni u l-Qawmien mill-Imwiet tas-Salvatur.
Il-Ġudizzju u s-Saltniet ta’ Glorja
-
Meta nqumu mill-imwiet, Ġesù Kristu se jkun l-imħallef tagħna. Bi ftit eċċezzjonijiet, l-ulied kollha ta’ Alla se jirċievu post f’saltna ta’ glorja.
-
Għalkemm aħna se nqumu mill-imwiet, mhux kollha se nirċievu l-istess glorja eterna. Ġesù se jiġġudikana skont il-fidi tagħna, ħidmietna, u l-indiema fil-mortalità u fid-dinja tal-ispirtu. Aħna nistgħu nirritornaw biex ngħixu fil-preżenza ta’ Alla jekk aħna nkunu leali.
Mistoqsijiet Li Tista’ Ssaqsi Lin-Nies
Il-mistoqsijiet li ġejjin huma eżempji ta’ x’tista’ ssaqsi lin-nies. Dawn il-mistoqsijiet jisgħu jgħinuk ikollok konverżazzjonijiet sinifikanti u tifhem il-bżonnijiet u l-perspettiva ta’ persuna.
-
Xi tħoss li hu l-għan tal-ħajja?
-
X’iġiblek il-kuntenitzza?
-
Liema sfidi għandek bżonn li Alla jgħinek fihom?
-
X’tgħallimt mill-isfidi li affaċċjajt?
-
X’taf dwar Ġesù Kristu? Kif influwenzawk il-ħajja u t-tagħlim tiegħu?
Stediniet Li Tista’ Testendi
-
Se tistaqsi lil Alla fit-talb biex jgħinek tkun taf li dak li għallimniek huwa kollu minnu? (Ara “Ideat għat-Tagħlim: Talba” fl-aħħar sezzjoni ta’ lezzjoni 1.)
-
Int se tattendi knisja magħna il-Ħadd li ġej biex titgħallem aktar dwar dak li għallimna?
-
Int se taqra l-Ktieb ta’ Mormon u titlob biex tkun taf li hu l-kelma ta’ Alla? (Int tista’ tissuġġerixxi kapitli jew versi speċifiċi.)
-
Int se timxi wara l-eżempju ta’ Ġesù u titgħammed? (Ara “L-istedina biex Titgħammed u Tkun Ikkonfermat,” li immedjatament tippreċedi għal-lezzjoni 1.)
-
Nistgħu niftiehmu xi ħin għal żjara oħra?
Sisien Duttrinali
Din is-sezzjoni tipprovdi duttrina u skrittura għalik biex tistudja sabiex tqawwi l-għarfien tiegħek u t-testimonjanza tal-evanġelju u biex tgħinek tgħallem.
Il-Ħajja Qabel Ma Ġejna fid-Dinja: L-Għan u l-Pjan ta’ Alla Għalina
Aħna wlied Alla, u aħna għexna miegħu qabel it-twelid tagħna.
Alla hu Missier l-ispirtu tagħna. Aħna litteralment uliedu, maħluqin fi xbieha tiegħu. Kollha kemm aħna għandna n-natura ta’ divin bħala wlied Alla. Dan l-għarfien jista’ jgħinna fi żminijiet diffiċli u jista’ jispirana biex insiru l-aħjar verżjoni tagħna.
Aħna għexna ma’ Alla u ma’ wliedu tal-ispirtu qabel ma twelidna fid-dinja. Aħna membri tal-familja tiegħu.
“Hemm identità waħda importanti li aħna lkoll nagħmlu parti minnha llum u għal dejjem, waħda li qatt m’għandna nerħu minn taħt ħarsitna, u waħda li għaluha għandn nkunu grati. Din hi li inti inti u minn dejjem kont iben jew bint ta’ Alla b’għeruq spiritwali fl-eternità.
“… Li nifhmu din il-verità—li nifhmuha realment u li nħaddnuha—hija xi ħaġa li tbiddlilna ħajjitna. Tagħtik identità straordinarja li ħadd ma jista’ jeħodlok. Iżda iktar minn hekk, din għandha tagħtik sentiment enormi ta’ valur u sens tal-valur infinit tiegħek. Fl-aħħar mill-aħħar, tipprovdilek għan fil-ħajja li huwa divin, nobbli, u ta’ siwi” (M. Russell Ballard, “Ulied ta’ Missier fis-Smewwiet” [devozzjonali fl-Università ta’ Brigham Young, 3 ta’ Mar., 2020], 2, speeches.byu.edu).
Aħna Għażilna li Niġu fid-Dinja
Il-Missier tagħna fis-Smewwiet iħobbna u jixtieq li aħna nsiru bħalu. Huwa esseru eżaltat b’ġisem fiżiku gglorifikat.
Fil-ħajja primortali tagħna, aħna tgħallimna li Alla għandu pjan għalina biex insiru bħalu. Parti waħda mill-pjan Tiegħu kienet li aħna kellna nħallu darna fis-smewwiet u niġu fid-dinja biex nirċievu ġisem fiżiku. Konna neħtieġu wkoll li niksbu esperjenza u niżviluppaw il-fidi matul iż-żmien li nqattgħu ’l bogħod mill-preżenza ta’ Alla. Mhux se niftakru meta konna ngħixu ma’ Alla. Madanakollu, Hu kellu jipprovdi dak kollu li kellna bżonn biex aħna nkunu nistgħu nirritornaw biex ngħixu miegħu.
Il-volontà, jew il-libertà u l-abbiltà li nagħżlu, hija parti essenzjali mill-pjan ta’ Alla għalina. Fil-ħajja primortali tagħna, ilkoll kemm aħna għażilna li nimxu wara l-pjan ta’ Alla u niġu fid-dinja sabiex inkunu nistgħu nieħdu l-pass li jmiss fil-progressjoni eterna tagħna. Aħna fehmena li sakemm inkunu hawn, kien se jkollna opportunitajiet ġodda biex nikbru u nesperjenzaw l-hena. Fehemna wkoll li kien se jkollna niffaċċjaw l-oppożizzjoni. Kien se jkollna nesperjenzaw it-tentazzjoni, il-provi, in-niket, u l-mewt.
Meta għażilna li niġu fid-dinja, aħna fdajna fl-imħabba u l-għajnuna ta’ Alla. Aħna fdajna fil-pjan Tiegħu għas-salvazzjoni tagħna.
Il-Missier fis-Smewwiet Għażel lil Ġesù Kristu biex Jifdina
Ġesù Kristu huwa fiċ-ċentru tal-pjan ta’ Alla. Qabel ma ġejna fid-dinja, aħna konna nafu li ma stanjiex nerġgħu lura fil-preżenza ta’ Alla waħedna. Il-Missier fis-Smewwiet għażel lil Ġesù Kristu, l-Iben waħdieni Tiegħu, biex jagħmilha possibbli għalina biex nirritornaw għandu u jkollna ħajja eterna.
Ġesù Kristu aċċetta bir-rieda kollha, Huwa qabel li jiġi fid-dinja u jifdina permezz tas-sagrifiċċju espjatorju tiegħu. L-Espjazzjoni u l-Qawmien mill-Mewt tiegħu kellhom jippermettu biex l-għanijiet ta’ Alla għalina jitwettqu.
Il-Ħolqien
Il-pjan tal-Missier fis-Smewwiet kien ikopri l-ħolqien tad-dinja, fejn uliedu spirti kellhom jirċievu ġisem fiżiku u jiksbu esperjenza. Ħajjitna fid-dinja hija neċessarja għalina biex nagħmlu progress u nsiru bħal Alla.
Taħt id-direzzjoni tal-Missier fis-Smewwiet, Ġesù Kristu ħoloq id-dinja u dak kollu li għandu l-ħajja. Il-Missier fis-Smewwiet imbagħad ħoloq raġel u mara fix-xbieha Tiegħu. Il-Ħolqien huwa espressjoni tal-imħabba ta’ Alla u x-xewqa Tiegħu biex aħna jkollna opportunità li nikbru.
Il-Waqgħa ta’ Adam u Eva
Qabel il-Waqgħa
Adam u Eva kienu l-ewwel fost ulied il-Missier fis-Smewwiet li ġew hawn fid-dinja. Alla ħalaq il-ġisem fiżiku tagħhom fuq ix-xbieha Tiegħu stess u qegħidhom fil-Ġnien tal-Għeden. Fil-ġnien huma kienu innoċenti, u Alla re li jkollhom kull ma kienu jeħtieġu.
Meta kieny Adam u Eva, Alla ordnalhom li ma jiklux mill-frott tas-siġra ta’ tagħrif it-tajjeb u l-ħażin. Jekk jobdu dan il-kmandament, huma setgħu jibqgħu fil-ġnien. Madanakollu, ma setgħu qatt jagħmlu progress billi jitgħallmu mill-oppożizzjoni u l-isfidi tal-mortalità. Ma setgħu qatt ikunu jafu x’ inhu l-hena għaliex ma setgħux jesperjenzaw in-niket u l-uġigħ.
Satana ttanta lil Adam u Eva sabiex jieklu l-frotta pprojbita, u huma għażlu li jagħmlu dan. Minħabba din l-għażla, huma tkeċċew mill-ġnien u mill-preżenza fiżika ta’ Alla. Din il-ġrajja tissejjaħ il-Waqgħa.
Wara il-Waqgħa
Wara l-Waqgħa, Adam u Eva saru mortali. Peress li ma baqgħux fi stat ta’ innoċenza, huma għarfu u esperjenzaw kemm it-tajjeb u kemm il-ħażen. Huma setgħu jużaw il-volontà tagħhom biex jagħżlu bejniethom. Peress li Adam u Eva ffaċċjaw l-oppożizzjoni u l-isfidi, huma setgħu jitgħallmu u jagħmlu progress. Peress li esperjenzaw in-niket, setgħu anki jesperjenzaw l-hena. (Ara 2 Nefi 2:22–25.)
Minkejja t-tbatijiet tagħhom, Adam u Eva ħassew li l-fatt li huma mortali huwa barka kbira. Barka waħda hija li seta’ jkollhom it-tfal. Dan ipprovda mod għall-ulied spiriti ta’ Alla biex jiġu fid-dinja u jirċievu ġisem fiżiku.
Rigward il-barkiet tal-Waqgħa, Adam u Eva t-tnejn ferħu bil-kbir. Eva qalet, “Li kieku ma kienx għat-trasgressjoni tagħna, kieku qatt ma kien ikollna wlied, u qatt ma konna nkunu nafu t-tajjeb u l-ħażin, u l-hena tal-fidwa tagħna, u l-ħajja eterna li Alla jagħti lil kull min hu ubbidjenti” (Mosè 5:11; ara wkoll vers 10).
Il-Ħajja Tagħna fid-Dinja
Ħafna nies jistaqsu, “Għaliex qiegħed hawn fid-dinja?” Il-ħajja tagħna fid-dinja hija parti essenzjali mill-pjan ta’ Alla għall-progressjoni eterna tagħna. L-għan aħħari tagħna huwa li nitħejjew biex nirritornaw fil-preżenza ta’ Alla u nirċievu milja ta’ hena. Hawn isfel ħa nsemmu wħud mill-modi li l-ħajja fid-dinja tħejjija għal dan.
Irċievi Ġisem Fiżiku
Għan partikolari għalxiex niġu fid-dinja huwa biex nirċievu ġisem fiżiku li fih jista’ jgħix l-ispirtu tagħna. Ġisimna huwa sagru, ħolqien mirakoluż ta’ Alla. B’ġisem fiżiku, nistgħu nagħmlu, nitgħallmu, u nesperjenzaw bosta affarjiet li l-ispurtu tagħna ma setax jagħmel. Nistgħu nagħmlu progress b’modi li ma stajniex bħala spirti.
Minħabba li ġisimna huwa mortali, aħna nesperjenzaw l-uġigħ, il-mard, u provi oħrajn. Dawn l-esperjenzi jistgħu jgħinuna nitgħallmu l-paċenzja, il-kompassjoni, u kwalitajiet divini oħrajn. Jistgħu jkunu parti mit-triq tagħna għall-hena. Li nagħżlu s-sewwa meta dan huwa diffiċli li nagħmluh huwa kif ta’ spiss il-fidi, it-tama, u l-karità jsiru partijiet mill-karattru tagħna.
Tgħallem Uża l-Volontà b’Mod Għaqli
Għan ieħor tal-mortalità huwa li nitgħallmu nużw il-volontà tagħna b’mod għaqli—li nagħżlu dak li hu tajjeb. Li nitgħallmu nużaw il-volontà tagħna b’mod għaqli huwa essenzjali biex insiru bħal Alla.
Il-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu jgħallmuna dak li hu tajjeb u jagħtuna kmandamenti biex jiggwidawna biex naslu għall-kuntentizza. Satana jittantana biex nagħmlu l-ħażin, għax jixtieqna nkunu miżerabbli bħalu. Aħna niffaċċjaw l-oppożizzjoni bejn it-tajjeb u l-ħażin, li huwa neċessarju biex nitgħallmu nużaw il-volontà (ara 2 Nefi 2:11).
Hekk kif nobdu lil Alla, aħna nikbru u nirċievu l-barkiet imwegħdin tiegħu. Meta ma nobdux, aħna nitbiegħdu minnu u nirċievu l-konsegwenzi tad-dnub. Għalkemm xi kultant jidher li mhux il-każ, id-dnub dejjem iwassal għal nuqqas ta’ ferħ. Ta’ sikwit, il-barkiet tal-ubbidjenza—u l-effetti tad-dnub—mhumiex immedjatament evidenti jew viżibbli minn barra. Iżda huma ċerti, għax Alla huwa ġust.
Anki meta nagħmlu l-almu tagħna, aħna lkoll nidinbu u “niċċaħħdu mill-glorja ta’ Alla” (Rumani 3:23). Peress li dan kien jafu, il-Missier fis-Smewwiet ipprovda mod għalina biex aħna nindmu sabiex inkunu nistgħu nirritornaw għandu.
L-indiema ġġib il-qawwa tal-Feddej tagħna, Ġesù Kristu, f’ħajjitna (ara Ħelaman 5:11). Hekk kif nindmu, aħna nitnaddfu mid-dnub permezz tas-sagrifiċċju espjatorju ta’ Ġesù Kristu u d-don tal-Ispirtu s-Santu (ara 3 Nefi 27:16). Permezz tal-indiema, aħna nesperjenzaw l-hena. lt-triq lura għand Missierna fis-Smewwiet tinfetaħ għalina, għaliex Hu kollu ħniena. (Ara “Ndiema” f’lezzjoni 3.)
Tgħallem Imxi bil-Fidi
Għan ieħor ta’ din il-ħajja huwa li niggwadanjaw l-esperjenza li tista’ tiġi biss permezz tas-separazzjoni mill-Missier fis-Smewwiet. Għax aħna ma narawhx, irridu nitgħallmu nimxu bil-fidi (ara 2 Korintin 5:6–7).
Alla ma ħalleniex waħedna f’dan il-vjaġġ. Huwa jibgħat l-Ispirtu s-Santu biex jiggwidana, iqawwina, u ifarraġna u jqaddisna. Hu tana wkoll l-iskrittura, il-profeti, it-talb, u l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.
Kull parti tal-esperjenza mortali tagħna—il-ferħ u n-niket, is-suċċessi u l-intoppi—jistgħu jgħinuna nikbru hekk kif nippreparaw biex nirritornaw lejn Alla.
L-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu
Minħabba l-waqgħa ta’ Adam u Eva, aħna kollha suġġetti għad-dnub u għall-mewt. Ma nistgħux negħlbu l-effetti tad-dnub u l-mewt waħedna. Fil-pjan tas-salvazzjoni ta’ Missierna fis-Smewwiet, hu pprovdielna mod biex negħlbu l-effetti tal-Waqgħa biex nirritornaw lejh. Qabel ma ġiet maħluqa d-dinja, Hu għażel lil Ġesù Kristu sabiex ikun is-Salvatur u l-Feddej tagħna.
Ġesù Kristu biss jista’ jifdina mid-dnub u mill-mewt. Huwa litteralment Iben Alla. Huwa għex ħajja ħielsa minn kull dnub, u kompletament ubbidjenti għal Missieru. Huwa kien lest u kollu rieda li jagħmel ir-rieda tal-Missier fis-Smewwiet,
L-Espjazzjoni tas-Salvatur kienet tinkludi s-sofferenza Tiegħu fil-Ġetsemani, is-sofferenza u l-mewt tiegħu fuq is-salib, u l-Qawmien tiegħu mill-imwiet. Huwa sofra iktar milli qatt nistgħu nifhmu—tant li għereq id-demm minn kull pora ta’ ġismu (ara Duttrina u Patti 19:18).
L-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu huwa l-avveniment l-aktar glorjuż fl-istorja kollha tal-umanità. Matul is-sagrifiċċju espjatorju tiegħu, Ġesù għamel il-pjan tal-Miissier wieħed jiffunzjona. Ma konna nkunu xejn kieku mhux għall-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu peress li ma nistgħux insalvaw lilna nfusna md-dnub u l-mewt (ara Alma 22:12–15).
Is-sagrifiċċju tas-Salvatur kienet l-espressjoni suprema tal-imħabba tiegħu għall-Missieru u għalina. “Il-wisaʼ, it-tul, l-għoli, u l-fond” tal-imħabba tal-Kristu tiżboq l-għarfien tagħna (ara Efesin 3:18; ara wkoll vers 19).
Ġesù Kristu Għeleb il-Mewt Għalina Lkoll
Meta Hu miet fuq is-salib, l-ispirtu Tiegħu ġie sseparat minn mill-ġisem Tiegħu. Fit-tielet jum, l-ispirtu Tiegħu u l-ġisem Tiegħu ngħaqdu flimkien, u qatt aktar ma huma sa jiġu sseparati minn xulxin. Huwa deher lil bosta nies, u wriehom li Huwa kellu ġisem immortali tal-laħam u l-għadam. Din l-għaqda mill-ġdid tal-ġisem u l-ispirtu tissejjaħ ir-Reżurrezzjoni.
Bħala mortali, aħna kollha se mmutu. Madanakollu, għax Ġesù rebaħ fuq il-mewt, kull persuna li titwieled fid-dinja se tqum mill-imwiet. Il-Qawmien mill-Imwiet huwa don divin għal kulħadd, mogħti permezz tal-ħniena u l-grazzja feddejja tas-Salvatur. Kull spirtu u ġisem ta’ persuna se jerġa’ jingħaqad, u kollha kemm aħna nerġgħu ngħixu għal dejjem f’ġisem perfett, u mqajjem mill-imwiet. Kieku mhux għal Ġesù Kristu, il-mewt kienet twaqqaf kull tama għall-eżistenza futura mal-Missier fis-Smewwiet (ara 2 Nefi 9:8–12).
Ġesù Jagħmilha Possibbli Għalina li Nkunu Mnaddfa minn Dnubietna.
Biex nifhmu t-tama li aħna nistgħu nirċievu permezz ta’ Kristu, irridu nifhmu l-liġi tal-ġustizzja. Din hija l-liġi li ma tinbidilx li ġġib magħha konsegwenzi għall-azzjonijiet tagħna. Ubbidjenza għal Alla ġġib magħna konsegwenzi pożittivi, u d-diżubbidjenza ġġib magħha konsegwenzi negattivi. Ara Alma 42:14-18. Meta nindmu, insiru spiritwalment maħmuġin, u l-ebda oġġett maħmuġ ma jista’ jgħix fil-preżenza ta’ Alla (ara 3 Nefi 27:19).
Waqt is-sagrifiċċju tal-espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, hu qagħad f’postna, bata, u ħallas il-penali għal dnubietna (ara 3 Nefi 27:16–20). Il-pjan ta’ Alla jagħti l-qawwa lil Ġesù Kristu biex jinterċessa f’isimna—biex joqgħod bejna u bejn il-ġustizzja (ara Mosiah 15:9). Minħabba s-sagrifiċċju tal-espjazzjoni ta’ Ġesù, hu jista’ jitlob id-dritt ta’ ħniena f’isimna hekk kif aħna neżerċitaw il-fidi li twassal għall-indiema (ara Moroni 7:27; Duttrina u Patti 45:3–5). Alma 34:16)
Huwa biss permezz tar-rigal tal-Espjazzjoni tas-Salvatur u tal-indiema tagħna li aħna nistgħu nerġgħu lura biex ngħixu ma’ Alla. Hekk kif nindmu, aħna niksbu l-maħfra u l-fejqan spiritwali. Aħna meħlusa mit-toqol ta’ ħtija għal dnubietna. L-erwieġ miġruħa tagħna huma mfejqa. Aħna mimlijin bil-ferħ Alma 36:24).
Għalkemm m’aħniex perfetti u nistgħu nerġgħu niżolqu xi ftit, hemm aktar grazzja, imħabba, u ħniena f’Ġesù Kristu milli hemm falliment, difett, jew dnub fina. Alla dejjem lest u ħerqan biex iħaddanna hekk kif aħna nduru lejh u nindmu (ara Luqa 15:11–32). “La l-għoli u lanqas il-fond, u ebda ħlejqa oħra ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta’ Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna” (Rumani 08:39, ).
Ġesù Rafa’ fuqu l-Uġigħ, u l-Mard Tagħna.
Permezz tas-sagrifiċċju tal-espjazzjoni tiegħu, Ġesù Kristu rafa’ fuqu l-uġigħ, u l-mard tagħna. Minħabba dan, hu jaf (Alma 7:12; ara wkoll vers 11). Hu jistieden “Ejjew għandi,” u hekk kif nagħmlu dan, hu jagħtina s-serħan, it-tama, il-qawwa, il-perspettiva, u l-fejqan (Mattew 11:28; ara wkoll versi 29–30).
Hekk kif nafdaw fl-Espjazzjoni Tiegħu, hu jkun jista’ jgħinna biex nibqgħu sodi qalb id-diffikultajiet, il-mard u l-uġigħ kollu tagħna. Aħna nistgħu nkunu verament mimlijin bil-ferħ, paċi u konsolazzjoni. Dak kollu li mhux ġust f’din il-ħajja jista’ jiġi rranġat permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu.
Id-Dinja tal-Ispirtu
Ħafna nies jistaqsu, “X’jiġri wara li mmut?” Il-pjan tas-salvazzjoni jipprovdi xi tweġibiet importanti għal din il-mistoqsija.
Il-mewt hija parti mill- “pjan ta’ ħniena” ta’ Alla għalina (2 Nefi 9:6). Aktar milli t-tmiem tal-eżistenza tagħna, il-mewt hija l-pass li jmiss fil-progress tal-eternità tagħna. Biex insiru bħal Alla, aħna rridu nesperjenzaw il-mewt u aktar tard nirċievu iġsma perfetti u mqajma mill-imwiet.
Meta l-ġisem fiżiku tagħna jmut, l-ispirtu tagħna jkompli jgħix fid-dinja tal-ispirti. Dan huwa stat temporanju ta’ tagħlim u preparazzjoni qabel il-Qawmien mill-Imwiet u l-Ġudizzju Finali. L-għarfien tagħna mill-ħajja mortali jibqa’ magħna.
Fid-dinja tal-ispirti, in-nies li jaċċettaw u jgħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu “” (Alma 40:12). Tfal żgħar ukoll jiġu milqugħa fil-ġenna meta jmutu.
L-ispirti fil-ġenna se jkunu fil-paċi mill-inwkiet u n-niket. Huma se jkomplu jikbru spiritwalment, waqt li jkomplu l-ħidma ta’ Alla u jimministraw lil ħaddieħor. Huma se jgħallmu l-evanġelju lil dawk li ma rċivewhx matul il-ħajja mortali tagħhom (ara Duttrina u Patti 138:32–37, 57–59).
Fid-dinja tal-ispirti, in-nies li ma setgħux jirċievu l-evanġelju fid-dinja, jew dawk li għażlu li ma jimxux mal-kmandamenti, se jesperjenzaw xi limitazzjonijiet (ara Duttrina u Patti 138:6–37; Alma 40:6–14). Madanakollu, għax Alla huwa ġust u jħenn, huma se jkollhom opportunità li jiġu mgħallma l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Jekk jaċċettaw u jindmu, huma se jiġu mifdija minn dnubiethom (ara Duttrina u Patti 138:58; ara wkoll 138:31–35; 128:22). Huma se jkunu milqugħa fil-paċi tal-ġenna. Eventwalment huma se jirċievu post fis-saltna tal-glorja ibbażat fuq l-għażliet li jkunu ħadu fil-mortalità u fid-dinja tal-ispirtu.
Aħna nibqgħu fid-dinja tal-ispirtu sa jum ir-reżurrezzjoni tagħna.
Il-Qawmien mill-Imwiet, is-Salvazzjoni, u l-Eżaltazzjoni
Qawmien mill-Imwiet
Il-pjan ta’ Alla jagħmilha possibbli għalina li nikbru u nirċievu l-ħajja eterna. Wara ż-żmien tagħna fid-dinja tal-ispirti, il-Qawmien mill-Imwiet huwa l-pass li jmiss f’dak il-kobor.
Il-Qawmien mill-Imwiet huwa l-unjoni mill-ġdid tal-ġisem u l-ispirtu tagħna. Ilkoll kemm aħna se nqumu mill-mewt. Dan huwa possibbli bl-Espjazzjoni u l-Qawmien mill-Imwiet tas-Salvatur. (Ara Alma 11:42–44.)
Meta nqumu mill-mewt, ilkoll se jkollna ġisem perfett li jkun ħieles minn kull uġigħ u mard. Aħna se nkunu immortali, u se ngħixu għal dejjem.
Salvazzjoni
Għax aħna se nqumu mill-imwiet, se nkunu lkoll salvati—jew se niksbu s-salvazzjoni—mill-mewt fiżika. Dan ir-rigal huwa mogħti lilna permezz tal-grazzja ta’ Ġesù Kristu.
Aħna nistgħu wkoll niġu salvati—jew niksbu s-salvazzjoni—mill-konsegwenzi li tirrikjedi l-liġi tal-ġustizzja għad-dnubiet tagħna. Dan id-don huwa wkoll possibbli permezz tal-merti u l-ħniena ta’ Ġesù Kristu hekk kif aħna nindmu. (Ara Alma 42:13–15, 21–25.)
Eżaltazzjoni
L-eżaltazzjoni, jew il-ħajja eterna, hija l-ogħla stat ta’ kuntentizza u glorja fis-saltna ċelestjali. L-eżaltazzjoni hija rigal kondizzjonali. Il-President Russell M. Nelson għallimna, “Dawk il-kondizzjonijiet kwalifikanti jinkludu l-fidi fil-Mulej, l-indiema, il-magħmudija, li nirċievu l-Ispirtu s-Santu, u li nibqgħu fidili lejn l-ordinanzi u l-patti tat-tempju” (“Salvazzjoni u Eżaltazzjoni,” Liahona, Mejju 2008, 9).
L-eżaltazzjoni tfisser li ngħixu ma’ Alla għal dejjem bħala familji eterni. Dan ifisser li nkunu nafu lil Alla u lil Ġesù Kristu u li nesperjenzaw il-ħajja li jgawdu huma.
Ġudizzju u Saltniet ta’ Glorja
Nota: Meta tibda tgħallem dwar is-saltniet ta’ glorja, għallem fuq livell bażiku skont il-bżonnijiet u l-għarfien tal-persuna.
Meta nqumu mill-imwiet, Ġesù Kristu se jkun l-imħallef ġust u hieni tagħna. Bi ftit eċċezzjonijiet, l-ulied kollha ta’ Alla se jirċievu post f’saltna ta’ glorja. Għalkemm aħna se nqumu mill-imwiet, mhux kollha se nirċievu l-istess glorja eterna (ara Duttrina u Patti 88:22–24, 29–34; 130:20–21; 132:5).
Individwi li ma kellhomx l-opportunità li jifhmu totalment u jobdu l-liġijiet ta’ Alla matul il-ħajja mortali tagħhom se jingħataw din l-opportunità fil-ħajja tal-ispirti. Ġesù se jiġġudika lil kull persuna skont il-fidi, il-ħidma, ix-xewqat, u l-indiema tagħha fil-mortalità u fil-ħajja tal-ispirti (ara Duttrina u Patti 138:32–34, 57–59).
L-iskrittura tgħallem dwar is-saltniet ċelestjali, terrestjali, u telestjali tal-glorja. Kull waħda minnhom hija manifestazzjoni tal-imħabba, tal-ġustizzja, u tal-ħniena ta’ Alla.
Dawk li jeżerċitaw fidi fi Kristu, jindmu minn dnubiethom, jirċievu l-ordinanzi tal-evanġelju, iżommu l-patti, jirċievu l-Ispirtu s-Santu, u jibqgħu jirreżistu sal-aħħar se jkunu salvati fis-saltna ċelestjali. Din is-saltna se tinkludi wkoll nies li ma kellhomx l-opportunità li jirċievu l-evanġelju matul il-ħajja mortali tagħhom imma “kienu jirċevuh f’qalbhom” u għamlu hekk fil-ħajja tal-ispirti (Duttrina u Patti 137:8; ara wkoll vers 7). Tfal li mietu qabel l-età li tagħmilhom responsabbli (l-età ta’ tmien snin) ukoll se jkunu salvati fis-saltna ċelestjali (ara Duttrina u Patti 137:10).
Fl-iskrittura, is-saltna ċelestjali hija kkomparata mal-glorja jew il-qawwa tax-xemx. (Ara Duttrina u Patti 76:50–70.)
Nies li għexu ħajjiet onorabbli “li ma rċevewx xhieda ta’ Ġesù fil-ġisem, iżda li rċevewha wara” se jirċievu post fis-saltna terrestjali (Duttrina u Patti 76:74). L-istess jiġri għal dawk li ma kinux qalbenin fit-testimonjanza tagħhom ta’ Ġesù. Din is-saltna titqabbel mal-glorja tal-qamar. (Ara Doctrine and Covenants 76:71-80.)
Dawk li komplew jgħixu fid-dnub u baqgħu ma nidmux f’din il-ħajja jew ma aċċettawx l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu fil-ħajja tal-ispirti mhux se jirċievu l-premju tagħhom fis-saltna telestjali. Din is-saltna titqabbel mal-glorja tal-istilel. (Ara Duttrina u Patti 76:81–86.)
Skeda ta’ Lezzjoni Qasira sa Medja
L-iskeda li ġejja hija abbozz ta’ dak li tista’ tgħallem lil xi ħadd jekk għandek biss ħin qasir. Meta tuża din l-iskeda, agħżel li tgħallem prinċipju wieħed jew tnejn. Is-sisien duttrinali ta’ kul prinċipju huwa pprovdut fil-bidu ta’ din il-lezzjoni.
Hekk kif tgħallem, staqsi mistoqsijiet u isma’. Estendi l-istediniet li se jgħinu lin-nies jitgħallmu kif jersqu eqreb lejn Alla. Stedina waħda importanti hija li l-persuna terġa’ tiltaqa’ miegħek. It-tul tal-lezzjoni se tiddependi mill-mistoqsijiet li int tistaqsi u mis-smigħ li tagħmel.
X’Tista’ Tgħallem Lin-Nies fi 3–10 Minuti
-
Aħna lkoll ulied spirti ta’ Alla. Aħna parti mill-familja Tiegħu. Hu jafna u jħobbna kollha kemm aħna.
-
Alla pprovda pjan għall-kuntentizza u l-progress tagħna f’din il-ħajja kif ukoll fl-eternità.
-
Fil-pjan ta’ Alla, aħna kellna bżonn niġu fid-dinja biex nirċievu l-iġsma fiżiċi, nitgħallmu, u nikbru.
-
Ġesù Kristu huwa fiċ-ċentru tal-pjan ta’ Alla. Hu jagħmilhielna possibbli biex ikollna ħajja eterna.
-
Taħt id-direzzjoni ta’ Alla, Ġesù ħalaq id-dinja.
-
L-esperjenzi tagħna f’din il-ħajja huma maħsuba biex jgħinuna nippreparaw ruħna biex nerġgħu lura fil-preżenza ta’ Alla.
-
Aħna kollha nidinbu, u kollha kemm aħna se mmutu. Għax Alla jħobbna, huwa bagħat lil Ibnu, Ġesù Kristu, fid-dinja biex jifdina mid-dnub u l-mewt.
-
Dak kollu li mhux ġust f’din il-ħajja jista’ jiġi rranġat permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu.
-
Meta l-ġisem fiżiku tagħna jmut, l-ispirtu tagħna jkompli jgħix. Eventwalment aħna kollha se nqumu mill-imwiet. Dan ifisser li l-ispirtu u l-ġisem ta’ kull persuna se jerġa’ jingħaqad, u kollha kemm aħna se ngħixu għal dejjem, f’ġisem perfett, u mqajjem mill-imwiet.
-
Meta nqumu mill-imwiet, Ġesù Kristu se jkun l-imħallef tagħna. Bi ftit eċċezzjonijiet, l-ulied kollha ta’ Alla se jirċievu post f’saltna ta’ glorja. Aħna nistgħu nirritornaw biex ngħixu fil-preżenza ta’ Alla jekk aħna nkunu leali.