Skrittura
Għeter 5


Kapitlu 5

Tliet xhieda u din l‑istess kitba se jixhdu dwar il‑verità tal‑Ktieb ta’ Mormon.

1 U issa jiena, Moroni, ktibt il‑kliem li ġejt ordnat nikteb, skont il‑memorja tiegħi; u jien għidtlek dwar il‑ħwejjeġ li jiena ssiġillajt; għalhekk ara li ma tmisshomx bil‑għan li tipprova tittraduċihom; għax jien qed nordnalek biex ma tagħmilx dan, ħlief fiż‑żmien dovut, meta jkun fl‑għerf ta’ Alla li inti tagħmel dan.

2 U ara, inti jaf ikollok il‑privileġġ li tkun tista’ turi l‑pjanċi lil dawk li se jgħinuk iġġib fis‑seħħ din il‑ħidma;

3 U bil‑qawwa ta’ Alla huma se jiġu murija lil tlieta min‑nies; biex b’hekk huma jkunu jafu tassew li dawn il‑ħwejjeġ huma vera.

4 U fuq il‑kelma ta’ tliet xhieda jitwettqu dawn il‑ħwejjeġ; u x‑xhieda ta’ tlieta, u din l‑istess kitba, li permezz tagħha se tiġi żvelata l‑qawwa ta’ Alla kif ukoll il‑kelma tiegħu, li dwarhom jixhdu l‑Missier, l‑Iben, u l‑Ispirtu s‑Santu—u dan kollu se jkun ta’ xhieda kontra d‑dinja fl‑aħħar jum.

5 U jekk jiġri li huma jindmu u jersqu lejn il‑Missier f’isem Ġesù, huma jiġu milqugħin fis‑saltna ta’ Alla.

6 U issa, jekk jien għandix awtorità jew le, fejn jidħlu dawn il‑ħwejjeġ, iġġudikaw intom; għax intom għad tagħrfu l‑awtorità li jiena għandi, hekk kif b’għajnejkom lili taraw, u quddiem Alla aħna nieqfu fl‑aħħar jum. Ammen.