Kif Nista’ Nibda l-Istorja tal-Familja Tiegħi u s-Servizz tat-Tempju?
Inti tista’ tirriċerka l-istorja tal-familja tiegħek u twettaq l-ordinanzi għall-antenati tiegħek billi tagħmel dan li ġej:
Sib. Tkellem mal-membri tal-familja biex issir taf ċerta informazzjoni u ċerti stejjer dwar l-antenati tiegħek. Niżżel din l-informazzjoni u mbagħad issejvjaha f’ Il-Familja Tiegħi: Stejjer li Jressquna Flimkien, ktejjeb interattiv disponibbli f’ FamilySearch.org, website affiljata mal-Knisja.
Ħu. Wara li ssir taf u tiġbor flimkien informazzjoni dwar il-membri mejtin tal-familja (bħal isimhom, id-data u l-post tat-twelid tagħhom, id-data u l-post tal-mewt tagħhom, u ċerti fatti u stejjer oħra), ħu isimhom fit-tempju u rċievi l-ordinanzi f’isimhom. Il-missjunarji jew xi membri oħra tal-Knisja jistgħu jgħallmuk kif tagħmel dan.
Għallem. Għin lill-oħrajn, speċjalment lill-membri tal-familja tiegħek, jitgħallmu kif jistgħu jsiru jafu aktar dwar l-antenati tagħhom. Li tinvolvi lill-membri tal-familja fl-isforz tiegħek li ssir taf u sservi l-antenati tiegħek jista’ jbierek lill-familja tiegħek bi protezzjoni u qawwa spiritwali. L-istorja tal-familja u s-servizz tat-tempju jistgħu jgħinu biex jgħaqqad flimkien il-qlub tal-membri tal-familja.