Xi Jfisser Tkun Ordnat għas-Saċerdozju?
Is- saċerdozju hu l-qawwa u l-awtorità ta’ Alla li Hu jagħti lil uliedu biex jaġixxu f’ismu. Permezz tas-saċerdozju, aħna nirċievu l-ordinanzi tas-salvazzjoni. L-irġiel jiġu ordnati għal uffiċċji fis-saċerdozju, u kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa jistgħu jesperjenzaw il-qawwa u l-barkiet tas-saċerdozju f’ħajjithom. In-nisa jaċċessaw il-qawwa tas-saċerdozju fir-responsabbiltajiet tagħhom fil-Knisja u fil-pjan ta’ Alla.
Li tkun ordnat għas-saċerdozju ifisser li tirċievi l-awtorità għal xi uffiċċji tas-saċerdozju speċifiku. Biex jiġi ordnat xi ħadd, raġel li jħaddan l-awtorità xierqa jpoġġi idejh fuq ras il-persuna li tkun se tiġi ordnata u jgħid talba speċjali li tagħtih l-awtorità li jaġixxi f’dak l-uffiċċju.
Eżatt wara l-magħmudija u l-konferma, subien u rġiel denji li għandhom minn 12-il sena ’l fuq jistgħu jirċievu s-saċerdozju. Is-saċerdozju inizjali jew preparatorju jissejjaħ is- Saċerdozju ta’ Aron. Dawk ordnati fis-Saċerdozju ta’ Aron jistgħu jħejju, ibierku, u jgħaddu s-sagrament u jgħammdu lil ħaddieħor. Is-Saċerdozju ta’ Aron jgħin sabiex l-irġiel jitħejjew biex jirċievu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek. Dawk ordnati għas- Saċerdozju ta’ Melkisedek, jew is-saċerdozju il-kbir, jistgħu jagħtu barkiet tas-saċerdozju u jwettqu ordinanzi, fosthom, li jikkonfermaw membri ġodda tal-Knisja u jordnaw lil ħaddieħor għas-Saċerdozju ta’ Melkisedek.
Meta raġel jiġi ordnat għas-saċerdozju, hu jagħmel patt li lest iwettaq id-dmirijiet sagri tiegħu, iservi lil ħaddieħor, u jgħin biex tikber il-Knisja. Il-qawwa tas-saċerdozju hi dejjem intenzjonata biex tintuża ħalli tbierek u sservi lil ħaddieħor u tista’ tintuża’ biss fis-sewwa u l-imħabba.
Wara li titgħammed (u, jekk inti raġel, wara li tiġi ordnat għas-saċerdozju), inti tista’ tipprepara biex tidħol fit-tempju. Hemm ikollok l-opportunità li tirċievi ordinanzi u barkiet oħra tal-evanġelju hekk kif tkompli miexi fit-triq tiegħek lura għand Alla.