Fuljetti għat-Tagħlim
X’Inhi l-Istorja tal-Familja?


X’Inhi l-Istorja tal-Familja?

Biex tipprovdi ordinanzi għall-membri tal-familja mejtin tiegħek trid tibda billi tfittex l-istorja tal-familja tiegħek. Meta tingħaqad mal-Knisja, inti taf tħoss fik sens ta’ mħabba u responsabbiltà akbar għall-membri tal-familja tiegħek li mietu mingħajr ma jafu dwar l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Sħabek, il-membri tal-Knisja, jistgħu jgħinuk titħejja biex titgħammed fit-tempju f’isem il-membri tal-familja mejtin tiegħek. Il-Knisja tiġbor reġistri storiċi u biografiċi minn madwar id-dinja biex tgħin lin-nies jidentifikaw l-antenati tagħhom. Inti tista’ tibda billi tikteb dak li taf s’issa dwar il-familja tiegħek.

L-istorja tal-familja tirreferi għal meta tidentifika u titgħallem dwar l-antenati tiegħek. Li tirriċerka l-istorja tal-familja tiegħek flimkien ma’ membri oħra tal-familja jista’ jsaħħaħ l-għarfien tagħkom dwar min intom verament u jgħin biex intom tħossukom aktar viċin xulxin. Li tagħmel l-istorja tal-familja jgħinek ukoll tidentifika xi antenati li jeħtieġu l-opportunità li jirċievu l-ordinanzi tas-salvazzjoni. Hekk kif titgħallem dwar l-antenati tiegħek, inti tkun tista’ tħoss l-Ispirtu s-Santu jikkonferma n-natura u l-importanza eterna tal-familji.