U Dwar il-Familja Tiegħi?
Ħafna individwi jħarsu lejn iċ-ċirkustanzi kurrenti tagħhom fil-familja u jiddubitaw kif huma jistgħu jirċievu l-barka ta’ familja eterna. Alla, Missierek tas-Smewwiet, hu konxju dwar dak li qed jinkwetak, u Hu jaf u jħobb lill-familja tiegħek. Il-familji kollha jħabbtu wiċċhom ma’ ċerti sfidi u ħadd mhu perfett, iżda l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jista’ jfejjaq u jgħin lil kull wieħed u waħda minna. Hekk kif il-familji b’fedeltà jagħmlu l-almu tagħhom biex jgħixu l-evanġelju, huma jistgħu jirrisolvu n-nuqqas ta’ qbil, il-ġlied, u l-isfidi li jista’ jkollhom. L-imperfezzjoni u l-inġustizzji kollha ta’ din il-ħajja jistgħu jingħelbu permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu.
Alla wiegħed li l-barkiet taż-żwieġ, tal-familja, u tal-ħajja eterna se jkunu disponibbli għal uliedu kollha li b’fedeltà jaċċettaw il-pjan ta’ ferħ tiegħu u jimxu warajh. Ir-responsabbiltà tiegħek hi li jkollok il-fidi f’din il-wegħda u timxi wara l-eżempju ta’ Ġesù Kristu.
Hekk kif tkompli tħares il-patti tiegħek u tgħin lil ħaddieħor jagħmel l-istess, inti tħoss fik il-paċi u l-qawwa ta’ Alla f’ħajtek. Il-familja tiegħek tkun imbierka bl-eżempju tiegħek, u l-Ispirtu s-Santu jista’ jrattab lill-qlub u jgħinek ssir taf kif tista’ tibni relazzjonijiet aħjar mal-membri tal-familja tiegħek. Ara li għandek fidi li Alla jinsab iħejji lil kull membru tal-familja tiegħek, bl-istess mod li ħejja lilek. Tista’ wkoll isservi l-familja eterna tiegħek hekk kif tfittex lill-antenati tiegħek u twettaq l-ordinanzi tat-tempju f’isimhom. Fl-orarju tiegħu u bil-mod tiegħu, Alla iġib fis-seħħ ix-xewqa tiegħek li tkun imbierek b’familja eterna.