Fuljetti għat-Tagħlim
X’Inhu s-Siġill tat-Tempju?


X’Inhu s-Siġill tat-Tempju?

kamra tas-siġill

kamra tas-siġill tat-Tempju ta’ Córdoba, l-Arġentina

L-iskrittura ssejjaħ l-awtorità li tgħaqqad il-familji flimkien għal dejjem il-qawwa tas-“siġill”. Din hi l-istess awtorità li Ġesù ta lill-Appostlu Pietru biex jipprovdi barkiet fl-art li jistgħu jkomplu fis-sema (ara Mattew 16:19).

Fl-aħħar mill-aħħar il-pjan ta’ ferħ ta’ Missierna tas-Smewwiet hu biex inti u l-familja tiegħek tgħixu miegħu għal dejjem. Fil-kamra tas-siġill ġewwa t-tempju, jitwettqu ż-żwiġijiet bejn raġel u mara. Hemmhekk, raġel u mara jinżlu għarkupptejhom fuq kull naħa ta’ artal sagru u jgħaqqdu idejhom flimkien biex jiżżewġu għal din il-ħajja u għall-eternità. Dan iż-żwieġ etern jissejjaħ siġill tat-tempju, u t-tfal li jitwieldu f’dawk iż-żwiġijiet huma ssiġillati wkoll mal-familji tagħhom għal dejjem. Li tkunu ssiġillati bħala familja hija l-akbar ordinanza tat-tempju u l-akbar fost il-barkiet ta’ Alla għal uliedu.

tfajla titbissem

It-tempju jwasslilna wħud mill-akbar barkiet tal-ħajja.

Dawk li jkunu miżżewġin b’mod ċivili qabel jingħaqdu mal-Knisja jew qabel ma jkunu jistgħu jmorru t-tempju jistgħu wkoll jiġu ssiġillati bħala raġel u mara miżżewġin. Wara li koppja tiġi ssiġillata, it-tfal kollha li huma għandhom diġà jkunu jistgħu jiġu wkoll issiġillati magħhom.

L-għarfien illi l-familji jistgħu jkunu flimkien għal dejjem iġiblek il-paċi u t-tama hekk kif inti tħabbat wiċċek mal-isfidi tal-ħajja, inkluż is-sofferenza u l-mewt tal-maħbubin tiegħek. Jekk inti ssiġillat mal-familja tiegħek u tibqa’ fidil lejn il-patti tiegħek, ir-relazzjonijiet tal-familja tiegħek ikomplu wara l-mewt.

Inti tista’ tirċievi wkoll l-ordinanza tas-siġill f’isem l-antenati tiegħek. Jekk tagħmel dan, inti tista’ tgħaqqad flimkien ġenerazzjonijiet sħaħ tal-familja tiegħek għall-eternità. Li tagħmel l-almu tiegħek biex ikollok familja eterna jġiblek bosta barkiet meraviljużi f’din il-ħajja u fil-ħajja li jmiss.