Lista ta’ Termini
-
Dota tat-tempju:Rigal ta’ qawwa u għarfien minn Alla li nirċevuh permezz ta’ ordinanza tat-tempju li tikkonsisti f’sensiela ta’ tagħlim u patti li huma neċessarji biex niksbu l-ħajja eterna ma’ Alla.
-
Magħmudijiet bi prokura għall-antenati mejtin:Il-magħmudija u l-konferma mwettqin fit-tempju mill-ħajjin f’isem il-membri tal-familja jew oħrajn li mietu mingħajr ma rċevew dawn l-ordinanzi.
-
Nibqgħu Nirreżistu sat-Tmiem:Li kontinwament neżerċitaw il-fidi f’Ġesù Kristu, nindmu, u nagħmlu li nistgħu biex inħarsu l-patti tul ħajjitna. Li nibqgħu nirreżistu sat-tmiem hi ħaġa neċessarja biex niksbu l-ħajja eterna.
-
Ordinanza:Ċerimonja reliġjuża sagra mwettqa bl-awtorità tas-saċerdozju. Eżempji jinkludu l-magħmudija, l-għotja tad-don tal-Ispirtu s-Santu (il-konferma), is-sagrament, id-dota tat-tempju, u s-siġill tat-tempju. L-ordinanzi huma mezz kif nistgħu nidħlu f’ċerti patti ma’ Alla.
-
Ordnat:Li tirċievi l-qawwa u l-awtorità biex taġixxi f’xi uffiċċju partikolari f’isem il-Mulej.
-
Patt:Wegħda jew ftehim bejn Alla u wliedu. Alla hu dak li jagħmel il-kundizzjonijiet tal-patt, u aħna għandna naqblu ma’ dawk il-kundizzjonijiet. Jekk aħna nkunu ubbidjenti għall-patti tagħna Alla jwegħidna ċerti barkiet. Hemm patti assoċjati mal-ordinanzi kollha tal-evanġelju.
-
Saċerdozju:Il-qawwa u l-awtorità ta’ Alla li Hu jagħti lil uliedu biex jaġixxu f’ismu għas-salvazzjoni tagħhom. Permezz tas-saċerdozju, aħna nirċievu l-ordinanzi tas-salvazzjoni, kif ukoll barkiet ta’ fejqan, faraġ, u kunsill.
-
Saċerdozju ta’ Aron:Is-saċerdozju preparatorju. Dan is-saċerdozju jħaddan fih l-awtorità li tgħammed u huwa msemmi għal Aron fit-Testment il-Qadim.
-
Saċerdozju ta’ Melkisedek:L-ogħla jew l-akbar saċerdozju. Hu msemmi għal Melkisedek, li kien qassis il-kbir u sultan ġust fit-Testment il-Qadim. L-aħwa rġiel denji jirċievu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek u jiġu ordnati presbiteri meta huma jkollhom tal-anqas 18-il sena.
-
Servizz tat-tempju:Li nirċievu l-ordinanzi fit-tempju f’isem dawk li mietu.
-
Siġill tat-tempju:Ordinanza mwettqa fit-tempju li tagħti ċans li raġel u mara miżżewġin flimkien ma’ wliedhom u l-familji estiżi tagħhom jgħixu għal dejjem ma’ Alla u Ġesù Kristu.
-
Storja tal-familja:Nitgħallmu l-ismijiet, il-fatti, u l-istejjer dwar l-antenati tagħna. Wara li nagħmlu l-istorja tal-familja, aħna nistgħu nippreparaw biex inwettqu l-ordinanzi għall-antenati mejtin tagħna fit-tempju.
-
Ħajja eterna:Li nsiru bħal Missierna tas-Smewwiet u Ġesù Kristu, li ngħixu magħhom għal dejjem, u nirċievu dak kollu li Huma għandhom. Waħda mill-barkiet tal-ħajja eterna, jew l-eżaltazzjoni, hi li ngħixu flimkien bħala familji tul l-eternità.