Fuljetti għat-Tagħlim
Għaliex il-Familja Hi Daqstant Importanti?


Għaliex il-Familja Hi Daqstant Importanti?

familja waqt ħajk

Il-familja hi s-sors ta’ ħafna mill-akbar ferħ tagħna.

Anke qabel twelidt, inti kont parti minn familja. Inti għext ma’ Alla qabel din il-ħajja. Inti iben jew bint ġenituri tas-smewwiet u parti importanti mill-familja eterna tagħhom. Huma jħobbuk u jriduk tkun ferħan. Meta tintemm ħajtek f’din id-dinja, Huma jridu li inti u l-maħbubin tiegħek terġgħu lura ħalli tgħixu magħhom għal dejjem. L-opportunità li terġa’ lura ħdejn Alla hi possibbli biss permezz tas-sagrifiċċju tal-Espjazzjoni ta’ Ibnu, Ġesù Kristu.

Il-familja hija ordnata minn Alla u hi fil-qofol tal-pjan tiegħu għall-ferħ etern tagħna. Il-familji huma intenzjonati biex jgħinu lil ulied Alla jitgħallmu u jikbru fis-sewwa. Iż-żwieġ bejn raġel u mara hu wkoll ordnat minn Alla. Raġel u mara miżżewġin għandhom ir-responsabbiltà sagra li jħobbu u jieħdu ħsieb xulxin u ta’ wliedhom. Hekk kif inti timxi wara t-tagħlim ta’ Ġesù Kristu, Alla jbierek lilek u lill-familja tiegħek.