Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 5: Uża l-Qawwa tal-Ktieb ta’ Mormon


“Kapitlu 5: Uża l-Qawwa tal-Ktieb ta’ Mormon,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)

“Kapitlu 5,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

Ġesù Jgħallem fl-Emisfera tal-Punent (Ġesù Kristu Jżur l-Amerki), ta’ John Scott

Kapitlu 5

Uża l-Qawwa tal-Ktieb ta’ Mormon

Ikkunsidra Dan

  • Il-Ktieb ta’ Mormon kif inhuwa l-ġebla tax-xewka tar-reliġjon tagħna?

  • I-Ktieb ta’ Mormon: għalfejn huwa daqshekk qawwi fil-proċess ta’ konverżjoni?

  • Il-Ktieb ta’ Mormon x’jgħallimna dwar Ġesù Kristu?

  • Kif nista’ nuża l-Ktieb ta’ Mormon biex jgħin lili u lil oħrajn nersqu eqreb lejn Alla?

  • Il-Ktieb ta’ Mormon kif jindirizza l-kwistjoni tar-ruħ?

  • Kif nista’ ngħin lin-nies jaqraw il-Ktieb ta’ Mormon u jiksbu testimonjanza tiegħu?

Il-Ktieb ta’ Mormon, ikkombinat mal-Ispirtu, huwa l-iktar riżorsa qawwija tiegħek għall-konverżjoni. Dan il-ktieb huwa rekord antik u sagru li nkiteb biex jikkonvinċi lin-nies kollha li Ġesù huwa l-Kristu (ara t-titlu tal-paġna tal-Ktieb ta’ Mormon.). Kif jgħid is-sottotitlu, il-Ktieb ta’ Mormon huwa “testment ieħor ta’ Ġesù Kristu.” Li Alla sejjaħ lil Joseph Smith bħala profeta u l-evanġelju restawrat ta’ Ġesù Kristu permezz tiegħu hija wkoll ta’ evidenza konvinċenti.

bieb b’arkata bil-ġebla tax-xewka

Il-Ktieb ta’ Mormon Huwa l-Ġebla tax-Xewka tar-Reliġjon Tagħna

Il-Profeta Joseph Smith għallem li l-Ktieb ta’ Mormon huwa “l-ġebla tax-xewka tagħna” (introduzzjoni għall-Ktieb ta’ Mormon). F’okkażjoni oħra l-Profeta Joseph Smith qal: “Warrbu lill-Ktieb ta’ Mormon, u r-rivelazzjonijiet, u x’jibqa’ mir-reliġjon tagħna? Ma jkollna l-ebda waħda” (Tagħlim tal-Presidenti tal-Knisja: Joseph Smith [2007], 196).

Arkata hija arkitettura strutturali b’saħħitha magħmula minn partijiet li huma forma ta’ feles u li jserrħu kontra xulxin. Il-biċċa tan-nofs, jew il-ġebla tax-xewka, hija ġeneralment akbar mill-ifielsa l-oħrajn u żżommhom f’posthom.

Il-President Ezra Taft Benson qal li l-Ktieb ta’ Mormon hija l-ġebla tax-xewka tar-reliġjon tagħna minħabba tal-inqas tliet modi:

Xhieda ta’ Kristu. “Il-Ktieb ta’ Mormon huwa l-ġebla tax-xewka fix-xhieda tagħna ta’ Ġesù Kristu, li Huwa stess huwa l-pedament ta’ dak kollu li nagħmlu. Jagħati xhieda tar-realtà Tiegħu b’qawwa u kjarezza.”

Milja ta’ duttrina. “Il-Mulej Innifsu qal li l-Ktieb ta’ Mormon fih il-’milja tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu’ [Duttrina u Patti 20:9; 27:5]. … Fil-Ktieb ta’ Mormon aħna nsibu l-milja ta’ [d-duttrina] meħtieġ għas-salvazzjoni tagħna. U [din hija] mgħallma b’mod ċar u sempliċi sabiex anki t-tfal jistgħu jitgħallmu l-modi tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni.”

Fondazzjoni tat-testimonjanza. “Bħalma l-arka se tiġġarraf jekk titneħħa l-ġebla tax-xewka, l-istess l-Knisja sħiħa tieqaf jew taqa’ bil-verità tal-Ktieb ta’ Mormon. … Jekk il-Ktieb ta’ Mormon huwa veru … wieħed irid jaċċetta dak kollu li titlob tar-Restawrazzjoni.” (Tagħlim tal-Presidenti tal-Knisja: Ezra Taft Benson [2014], 129, 131128.)

Meta niksbu testimonjanza li l-Ktieb ta’ Mormon huwa l-kelma ta’ Alla, aħna nistgħu nkunu nafu li Joseph Smith kien profeta. Permezz tiegħu, l-awtorità tas-saċerdozju ta’ Alla kienet irrestawrata mill-messaġġiera tals-smewwiet. Alla awtorizza lil Joseph biex jorganizza l-Knisja ta’ Ġesù Kristu. Ir-rivelazzjoni tkompli llum permezz ta’ profeti u appostli ħajjin.

żagħżugħ jaqra l-iskrittura

Il-Ktieb ta’ Mormon huwa Essenzjali għall-Konverżjoni Personali

Parti essenzjali mill-konverżjoni huwa li nirċievu xhieda bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li l-Ktieb ta’ Mormon huwa veru. Hekk kif taqrah u tistudjah b’mod sinċier, int se tħoss kliemu jkabbarlek ruħek. Kliemu jdawwal l-fehim tiegħek tal-ħajja, tal-pjan ta’ Alla, u ta’ Ġesù Kristu (ara Alma 32:28). Itlob dwar il-ktieb b’intenzjoni vera u fidi fi Kristu. Hekk kif tagħmel hekk, int tirċievi xhieda permezz tal-Ispirtu s-Santu li dik hija l-kelma ta’ Alla (ara Moroni 10:4–5).

It-testimonjanza tiegħek tal-Ktieb ta’ Mormon tista’ twassal għall-fidi profonda u ubbidjenti fil-qawwa tiegħu biex jgħin lill-oħrajn jiġu kkonvertiti. Għin lin-nies li tgħallem biex jagħrfu d-dawl li jħossu hekk kif jaqrawh b’mod sinċier. Enfasizza li huwa xhieda qawwija ta’ Ġesù Kristu. Ħeġġiġhom biex jitolbu biex jirċievu x-xhieda tagħhom infushom li l-ktieb huwa veru.

Li tħeġġeġ lin-nies biex ifittxu xhieda mill-Ispirtu s-Santu dwar il-Ktieb ta’ Mormon għandu jkun ċentrali fit-tagħlim tiegħek. Il-Ktieb ta’ Mormon jista’ jibdlilhom ħajjithom għal dejjem.

Uża l-Ktieb ta’ Mormon biex Tgħallem l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu

Il-Profeta Joseph Smith qal, “lI-Ktieb ta’ Mormon [hu] l-aktar ktieb korrett fost kull ktieb ieħor fuq din l‑art” (introduzzjoni tal-Ktieb ta’ Mormon). Juri xhieda ta’ Kristu u jgħallem b’mod sempliċi d-duttrina tiegħu (ara 2 Nefi 31; 32:1–6; 3 Nefi 11:31–39; 27:13–22). Jgħallem il-milja tal-evanġelju tiegħu. L-ewwel prinċipji u ordinanzi tal-evanġelju hekk kif inhuma mgħallmin fil-Ktieb ta’ Mormon huma t-triq lejn ħajja ta’ abbundanza.

Uża l-Ktieb ta’ Mormon bħala s-sors ewlieni għat-tagħlim tal-evanġelju rrestawrat. Din il-lista li ġejja turi xi ftit mill-veritajiet fil-Ktieb ta’ Mormon li int se tgħallem.

Lezzjoni Missjunarja f’Kapitlu 3

Duttrina

Referenzi

Lezzjoni Missjunarja f’Kapitlu 3

Il-Messaġġ tar-Restawrazzjoni tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu

Duttrina

In-natura ta’ Alla, il-ministeru u l-Espjazzjoni tas-Salvatur, il-waqgħa, ir-Restawrazzjoni, Joseph Smith, awtorità tas-saċerdozju

Referenzi

1 Nefi 12–14

2 Nefi 3; 26–29

Mosija 2–5

Lezzjoni Missjunarja f’Kapitlu 3

Il-Pjan tas-Salvazzjoni tal-Missier fis-Smewwiet

Duttrina

Il-pjan il-kbir ta’ Alla Etern,” inkluż il-Waqgħa ta’ Adam u Eva, l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, il-Qawmien mill-Mewt, u l-Ġudizzju

Referenzi

2 Nefi 29

Mosija 3; 15–16

Alma 12; 34:9; 40–42

Lezzjoni Missjunarja f’Kapitlu 3

L-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu

Duttrina

Fidi fi Kristu, indiema, magħmudija, id-don tal-Ispirtu s-Santu, u kif inwasslu sal-aħħar

Referenzi

2 Nefi 31:-32

3 Nefi 11; 27:13–22

Lezzjoni Missjunarja f’Kapitlu 3

Insiru Dixxipli ta’ Ġesù Kristu Tul Ħajjitna Kollha

Duttrina

Ordinanzi bħall-magħmudija, ordinazjoni tas-saċerdozju, u s-sagrament

Referenzi

3 Nefi 11:22–2818

Moroni 2–6

Studju tal-Iskrittura

X’jgħid is-Salvatur dwar il-Ktieb ta’ Mormon?

Il-Ktieb ta’ Mormon Jixhed dwar Ġesù Kristu

L-għan ċentrali tal-Ktieb ta’ Mormon huwa li jixhed dwar Ġesù Kristu. Jikkonferma l-verità ta’ ħajtu, tal-missjoni tiegħu, tal-qawmien mill-imwiet, u tal-qawwa. Jgħallem id-duttrina veru dwar Kristu u l-Espjazzjoni tiegħu.

Ħafna profeti li ppreservaw il-kitbiet tagħhom fil-Ktieb ta’ Mormon raw lil Kristu personalment. Ħu Jarad, Nefi, u Ġakobb raw lil Kristu primortali. Ħafna nies kienu preżenti matul il-ministeru tas-Salvatur fost in-Nefiti (ara 3 Nefi 11–28). Iktar tard, Momon u Moroni raw il-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu (ara Mormon 1:15; Għeter 12:39).

Hekk kif in-nies jaqraw u jitolbu dwar l-Ktieb ta’ Mormon, huma jaslu biex jagħrfu li Joseph Smith kien profeta ta’ Alla. Se jkabbru t-testimonjanza tagħhom f’Alla. Se jsiru jafu kif se jersqu lejn Alla u jiġu salvati. (Ara 1 Nefi 15:14–15.)

Il-President Russell M. Nelson

“Il-Ktieb ta’ Mormon jipprovdi l-aktar għarfien sħiħ u awtorevoli tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu li aħna nistgħu nsibu fost il-kotba kollha tal-iskrittura. Jgħallem x’veru jfisser li titwieled mill-ġdid. … Nafu għalxiex qegħdin hawn fid-dinja. Dawn u veritajiet oħrajn huma mgħallma b’aktar qawwa u b’mod iktar persuassiv fil-Ktieb ta’ Mormon milli huma mgħallma f’kotba oħra. Il-qawwa kollha tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu insibuha fil-Ktieb ta’ Mormon” (Russell M. Nelson, “Il-Ktieb ta’ Mormon: Xi Tkun Ħajtek Mingħajru?Liahona, Novembru. 2017, 62).

Studju Personali

Permezz tal-missjoni tiegħek, ikteb tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin fid-djarju tal-istudju tiegħek:

  • X’tgħallimt dwar Ġesù Kristu mill-istudju tiegħek tal-Ktieb ta’ Mormon?

  • L-istudju tiegħek tal-Ktieb ta’ Mormon kif influwenza t-testimonjanza ta’ Ġesù Kristu?

  • Kif tista’ tuża l-Ktieb ta’ Mormon biex tgħin lin-nies isaħħu t-testimonjanza tagħhom?

Studju tal-Iskrittura

X’raġunijiet jagħtu l-profeti tal-Ktieb ta’ Mormon biex jiktbu r-rekords tagħhom?

Studju Personali jew Akkumpanjat

Il-Ktieb ta’ Mormon huwa miktub “biex jikkonvinċi lin-nies li Ġesù huwa Kristu” (paġna ta’ quddiem tal-Ktieb ta’ Mormon). Din il-kaxxa li ġejja turi listi ta’ kapitli mill-Ktieb ta’ Mormon li jixhdu l-ħajja, it-tagħlim, u l-ministeru ta’ Ġesù Kristu. Agħżel passaġġi biex tistudja matul il-missjoni tiegħek.

Barra minn hekk, aħseb dwar il-bżonnijiet tan-nies li qed tgħallem. Agħmel pjanijiet biex taqra xi ftit minn dawn il-passaġġi magħhom biex tqawwilhom l-għarfien u t-testimonjanza tagħhom tas-Salvatur.

Il-paġna tat-titlu u l-introduzzjoni

Għid b’mod ċar x’inhu l-għan tal-ktieb.

1 Nefi 10–11

Leħi u Nefi jixhdu dwar is-Salvatur.

2 Nefi 29

Leħi u Ġakobb jixhdu lil Ġesù Kristu u l-Espjazzjoni tiegħu.

2 Nefi 31–33

Nefi jgħallem id-duttrina ta’ Kristu.

Mosija 2–5

Is-Sultan Benjamin jixhed dwar Kristu.

Alma 57

Alma jixhed dwar is-Salvatur.

Alma 36

Alma jesperjenza l-qawwa tal-Espjazzjoni ta’ Kristu.

3 Nefi 9–10

Is-Salvatur jistieden lin-nies sabiex imorru għandu.

3 Nefi 11–18

Is-Salvatur jgħallem lin-Nefiti dwar il-Missier u d-duttrina Tiegħu.

3 Nefi 27

Is-Salvatur jgħallem l-evanġelju Tiegħu.

Għeter 12

Għeter u Moroni jgħallmu li l-fidi f’Ġesù Kristu hija prinċipju ta’ azzjoni u ta’ qawwa.

Moroni 7–8

Mormon jgħallem dwar l-imħabba pura ta’ Kristu u l-Espjazzjoni Tiegħu.

Moroni 10

Moroni jistieden lill-bnedmin kollha sabiex imorru għand Kristu u jkunu perfetti fih.

Il-Ktieb ta’ Mormon Jgħinna Nersqu Eqreb lejn Alla

Dwar il-Ktieb ta’ Mormon il-Profeta Joseph Smith qal li “bniedem se jersaq eqreb lejn Alla billi jobdi l-preċetti li hemm fih, milli bi kwalunkwe ktieb ieħor” (introduzzjoni għall-Ktieb ta’ Mormon). Billi b’mod konsistenti tgħallem u tistieden lin-nies biex jgħixu l-prinċipji tal-Ktieb ta’ Mormon inti tkun qed tgħinhom jiżviluppaw il-fidi f’Ġesù Kristu u jersqu eqreb lejn Alla.

Il-Ktieb ta’ Mormon jibni testimonjanza u jistieden rivelazzjoni personali. Uża l-Ktieb ta’ Mormon biex tgħin lin-nies ikollhom esperjenza spiritwali, speċjalment xhieda mill-Ispirtu s-Santu li l-ktieb innifsu huwa l-kelma ta’ Alla.

Agħti prijorità lil passaġġi mill-Ktieb ta’ Mormon meta tgħallem. Dawn għandhom qawwa li tikkonverti permezz tal-Ispirtu s-Santu. Meta tgħallem l-evanġelju permezz tal-Ktieb ta’ Mormon, it-tagħlim tiegħek ikollu reżonanza b’qawwa u kjarezza fil-qalb u l-moħħ.

Il-President Gordon B. Hinckley għallem li “dawk li qraw [il-Ktieb ta’ Mormon] bl-għajnuna tat-talb, sew jekk sinjuri, sew jekk fqar, sew jekk tal-iskola, sew jekk mingħajrha, dawn kollha kibru permezz tal-qawwa tiegħu.” Huwa kompla jgħallem:

“Mingħajr ebda riservi jien inwegħidkom li jekk intom taqraw il-Ktieb ta’ Mormon bl-għajnuna tat-talb, indipendentamet kemm-il darba qrajtuh qabel, se jasal f’qalbkom sehem miżjud tal-Ispirtu tal-Mulej. Se tasal riżoluzzjoni msaħħa li timxu fl-ubbidjenza għall-kmandamenti tiegħu, u se tasal testimonjanza aqwa tar-realtà ħajja ta’ Iben Alla” (“Il-Qawwa tal-Ktieb ta’ Mormon,” Ensign, Ġunju1988, 6).

missjunarji jaqraw l-iskrittura

Il-Ktieb ta’ Mormon Jindirizza Mistoqsijiet tar-Ruħ

Il-qari tal-Ktieb ta’ Mormon bil-gwida tal-Ispirtu s-Santu jista’ jgħin lin-nies biex isibu tweġibiet jew ħsibijiet għall-mistoqsijiet personali tagħhom—jew mistoqsijiet tar-ruħ. Għin lin-nies jaraw kif it-tagħlim tal-Ktieb ta’ Mormon jindirizza l-mistoqsijiet tal-ħajja.

Xi wħud minn dawn il-mistoqsijiet huma mniżżlin hawn taħt, flimkien mar-referenzi tal-Ktieb ta’ Mormon jindirizzawhom.

Il-Ktieb ta’ Mormon jipprovdi wkoll gwida għall-mistoqsijiet importanti oħrajn, bħal:

Il-President Dallin H. Oaks

“Jeħtieġ li l-missjunarji jkunu jafu kif jużaw il-Ktieb ta’ Mormon biex iwieġbu il-mistoqsijiet tagħhom stess sabiex ikunu jistgħu jużawh b’mod effettiv ħalli jgħinu lil oħrajn jagħmlu l-istess. … Jeħtiġilhom jinternalizzaw il-Ktieb ta’ Mormon biex jgħallmu l-evanġelju rrestawrat, l-ewwel billi japplikawh f’ħajjithom u mbagħad billi jaqsmuh ma’ dawk li huma jgħallmu” (Dallin H. Oaks, “Parir għall-Mexxejja tal-Missjoni,” seminar għall-mexxejja ġodda tal-missjoni, 25 ta’ Ġunju, 2022).

Studju Personali jew Akkumpanjat

Niżżel mistoqsijiet dwar ir-ruħ li għandek jew li smajt mingħand ħaddieħor. Sib versi mill-Ktieb ta’ Mormon li jgħinuk tindirizza dawn il-mistoqsijiet. Ikteb il-ħsibijiet u r-referenzi tal-Ktieb ta’ Mormon fil-ġurnal tal-istudju tiegħek. Użahom hekk kif tgħallem.

Il-Ktieb ta’ Mormon u l-Bibbja Jissapportjaw Lil Xulxin

Il-Mulej qal li għandhom “jgħallmu l-prinċipji tal-evanġelju tiegħi, li jinsabu fil-Bibbja u fil-Ktieb ta’ Mormon, li fih il-milja tal-evanġelju” (Duttrina u Patti 42:12). Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien “emmnu li l-Bibbja hija l-kelma ta’ Alla sakemm hija tradotta b’mod korrett” (Artikli ta’ Fidi 1:8; ara wkoll 1 Nefi 13:29). Il-Bibbja hija skrittura sagra. Il-Ktieb ta’ Mormon huwa skrittura sagra li takkumpanja u li tinkludi l-milja tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu,

Il-Bibbja u l-Ktieb ta’ Mormon jikkumplimentaw u jsaħħu lil xulxin (ara Eżekjel 37:16–17; 1 Nefi 13:40; Mormon 7:8–9). Iż-żewġ volumni tal-iskrittura huma kompilazzjonijiet ta’ tagħlim irrikordjat minn profeti antiki. Il-Bibbja tirrakkonta l-interazzjonijiet ta’ Alla mal-poplu fl-Emisferu tal-Lvant għal eluf ta’ snin. Il-Ktieb ta’ Mormon jirrakkonta l-interazzjonijiet ta’ Alla man-nies fl-Ameriki tal-qedem għal aktar minn elf sena.

persuna taqra l-iskrittura

L-aktar importanti, il-Bibbja u l-Ktieb ta’ Mormon jikkumplimentaw lil xulxin fix-xhieda ta’ Ġesù Kristu. Il-Bibbja tipprovdi r-rakkont tat-twelid, il-ministeru mortali, u l-Espjazzjoni tas-Salvatur—inkluż il-mewt u l-Qawmien mill-Imwiet tiegħu. Il-Ktieb ta’ Mormon jinkludi profeziji tat-twelid tas-Salvatur u l-missjoni, it-tagħlim dwar l-Espjazzjoni tiegħu, u r-rakkont tal-ministeru tiegħu fl-Ameriki. Il-Ktieb ta’ Mormon jikkonferma u jespandi t-testimonjanza tal-Bibbja li Ġesù huwa l-Iben il-Waħdieni ta’ Alla u s-Salvatur tad-dinja.

Kemm il-Bibbja u anke l-Ktieb ta’ Mormon jgħallmu l-liġi tax-xhieda: “Fuq il-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta titwettaq kull kelma” (2 Korintin 13:1; ara wkoll 2 Nefi 11:2–3). B’mod konsisteni ma’ din il-liġi, iż-żewġ kotba tal-iskrittura jagħtu xhieda ta’ Ġesù Kristu (ara 2 Nefi 29:8).

Studju Personali jew Akkumpanjat

Sib referenzi simili dwar is-suġġetti li ġejjin fil-Ktieb ta’ Mormon u fil-Bibbja. Eżempji huma mogħtija fil-parenteżi wara kull suġġett. Żid is-suġġetti u l-passaġġi tiegħek.

Għin lin-Nies Jaqraw u Jifhmu l-Ktieb ta’ Mormon.

Dawk li ma jaqrawx u ma jifhmux il-Ktieb ta’ Mormon se jkollhom diffikultà jirċievu xhieda ta’ dak li hu veru. Tista’ tgħinhom jifhmu l-ktieb billi taqrah magħhom. Aqra waqt l-appuntament tat-tagħlim, waqt żjara li ssegwi, jew permezz tat-teknoloġija. Tista’ tirranġa wkoll għall-membri li taqra magħhom. Li ssegwi vidjo tal-Ktieb ta’ Mormon u mbagħad taqra l-kapitlu relatat jista’ jkun ta’ għajnuna kbira.

Itlob għall-għajnuna hekk kif tagħżel passaġġi li jindirizzaw il-problemi u l-bżonnijiet tan-nies. Aqra u ddiskuti passaġġi qosra, bħal 1 Nefi 3:7 jew Mosija 2:17. Aqra u ddiskuti wkoll passaġġi twal jew kapitli sħaħ, bħal 2 Nefi 31, Alma 7, jew 3 Nefi 18. Ħeġġeġ lin-nies biex jaqraw il-Ktieb ta’ Mormon mill-bidu, inkluż it-testimonjanza tat-Tlieta u Tmien Xhieda u t-testimonjanza tal-Profeta Joseph Smith.

klassi tal-iskola tal-Ħadd

Ikkunsidra s-suġġerimenti li ġejjin hekk kif taqra l-Ktieb ta’ Mormon man-nies:

  • Itlob qabel taqrah. Staqsi għall-għajnuna biex tifhem. Itlob li l-Ispirtu s-Santu jagħtihom xhieda li dan huwa veru.

  • Kulħadd għandu jaqra silta. Imxi b’pass li jsibuh komdu. Spjega kliem u frażijiet mhux familjari.

  • Kull tant ieqaf u ddiskuti xi tkun qed taqra.

  • Spjega l-isfond u l-kuntest tal-passaġġ, bħal min qed jitkellem, x’tip ta’ persuna hi, u x’inhi s-sitwazzjoni. Jekk hemm vidjo tal-Ktieb ta’ Mormon relevanti, iddeċiedi għandekx turih.

  • Enfasizza messaġġi u duttrina importanti li għandhom joqogħdu attenti għaliha.

  • Aqsam magħhom it-testimonjanza tiegħek u ideat, sentimenti, u esperjenzi personali li huma relatati.

  • Għallem duttrina diretta minn kliem il-profeti tal-Ktieb ta’ Mormon. Dan jgħin lin-nies iħossu l-qawwa spiritwali tal-ktieb.

  • Għin lin-nies “iqabblu” dak li jaqraw ma’ ħajjithom (1 Nefi 19:23). Għinhom jaraw kemm l-iskrittura hija relevanti għalihom personalment.

Hekk kif tapplika dawn il-prinċipji, int se tgħin lin-nies biex jiżviluppaw il-ħila u x-xewqa tagħhom biex jaqraw il-Ktieb ta’ Mormon waħedhom. Enfasizza li l-qari ta’ kuljum ta’ dan il-ktieb huwa l-uniku mod kif wieħed jagħmel progress lejn il-magħmudija u lejn konverżjoni li ttul għall-ħajja kollha.

Iddependi fuq il-wegħda f’Moroni 10:3–5. Ħeġġeġ lin-nies jaqraw il-Ktieb ta’ Mormon b’sinċerità u biex jitobu b’intenzjoni vera sabiex isiru jafu li huwa l-verità. Spjegalhom li intenzjoni vera tfisser li wieħed ikollu rieda li jaġixxi fuq it-tweġiba li jirċievi permess tal-Ispirtu s-Santu. Kull persuna li sinċirament taqra u titlob b’intenzjoni vera dwar il-Ktieb ta’ Mormon tista’ tkun jaf il-verità permezz tal-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Int għandek tapplika din il-wegħda regolarment biex tqawwi t-testimonjanza tiegħek tal-Ktieb ta’ Mormon. It-testimonjanza tiegħek se tagħtik kunfidenza li dawk li japplikaw din il-wegħda se jirċievu testimonjanza li l-ktieb huwa l-kelma ta’ Alla.


Ideat għal Studju u Applikazzjoni

Studju Personali

  • Aqra 2 Nefi 2; 9; 30; 3132. Enfasizza kull referenza ta’ Ġesù Kristu. Agħmel lista ta’ ismijiet differenti u titli għal Kristu f’dawn il-kapitli. Immarka kliemu. Immarka l-attributi u l-azzjonijiet tiegħu.

  • Hekk kif ta’ kuljum taqra l-Ktieb ta’ Mormon, niżżel fid-djarju tal-istudju tiegħek il-passaġġi li għandhom tifsira speċjali għalik. Ikteb dwar kif se tapplikahom fil-ħajja tiegħek.

  • Fid-djarju tal-istudju tiegħek ikteb kif ħassejtek l-ewwel darba li ksibt it-testimonjanza spiritwali li l-Ktieb ta’ Mormon huwa veru.

  • Ikteb dawn it-tliet mistoqsijiet fil-ġurnal tal-istudju tiegħek. Matul il-missjoni tieħgek, żid tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet.

    • Kif kienet tkun ħajti mingħajr il-Ktieb ta’ Mormon?

    • X’ma kontx inkun naf mingħajr il-Ktieb ta’ Mormon?

    • X’ma kienx ikolli mingħajr il-Ktieb ta’ Mormon?

  • Aqra d-Diskors tal-Muntanja f’Mattew 5–7 u d-diskors ta’ Kristu fit-tempju f’3 Nefi 12–14. Li taqraw dawn flimkien kif jgħinek tifhem aħjar it-tagħlim tas-Salvatur?

  • Studja kull eżempju fil-Ktieb ta’ Mormon li jirreferi għal xi ħadd jitlob. Fid-djarju tal-istudju tiegħek, ikteb x’tgħallimt mill-Ktieb ta’ Moron dwar it-talb.

  • Mit-titli tal-kapitlu ta’ Mosija 11–16, ikteb taqsira ta’ x’għallem Abinadi. Imbagħad aqra dawn il-kapitli u espandi t-taqsira tiegħek.

  • Mit-titli tal-kapitlu ta’ Mosija 2–5, ikteb taqsira ta’ dak li għallem ir-Re Benjamin. Imbagħad aqra dawn il-kapitli u espandi t-taqsira tiegħek.

Kumpann tal-Istudju u Skambju ta’ Kumpann

  • Aqra l-passaġġi mill-Ktieb ta’ Mormon flimkien. Aqsam ma’ ħaddieħor dak li tgħallimt u ħassejt. Iddiskuti kif se tapplika dawn f’ħajtek.

  • Aqra Alma 2629 flimkien. Aqsam ma’ ħaddieħor kif ħassejtek dwar il-missjoni tiegħek. Ikteb is-sentimenti tiegħek fid-djarju tal-istudju tiegħek.

  • Aqra Alma 37:9 u ddiskuti kif l-iskrittura kienet kritika għal Ammon u għall-missjunarji ta’ miegħek. Sib referenzi li jiddeskrivu kif użaw l-iskrittura.

  • Aqra Alma 11–14, waqt li wieħed minnkom jieħu l-irwol ta’ Alma jew Amuleki u l-ieħor jieħu l-irwol tad-dettaturi. Iddiskuti kif dawn il-missjunarji irrispondew għall-mistoqsijiet diffiċli.

Kunsill tad-Distrett, Konferenzi taż-Żona, u Kunsill tat-Tmexxija tal-Missjoni

  • Ipprattika billi tuża l-Ktieb ta’ Mormon b’kull mod imsemmi fit-titli ewlenin f’dan il-kapitlu.

  • Niżżel mistoqsijiet li għamlu dawk li qed tgħallem. Spjegaw lil xulxin kif tirrispondu għal dawn il-mistoqsijiet bl-użu tal-Ktieb ta’ Mormon.

  • Aqraw il-passaġġi tal-Ktieb ta’ Mormon flimkien. Aqsmu ma’ xulxin l-għarfien, is-sentimenti, u t-testimonjanza.

  • Ipprattika billi tuża l-ktieb ta’ Mormon biex tikkonferma l-messaġġ tar-Restawrazzjoni.

  • Stieden lill-missjunarji biex jaqsmu l-esperjenzi li fihom il-Ktieb ta’ Mormon għen lilhom u lil dawk li għallmu fil-proċess tal-konverżjoni.

  • Għid lill-missjunarji jaqsmu ma’ ħaddieħor silta favorita mill-Ktieb ta’ Mormon li tgħinhom jindirizzaw mistoqsija dwar ir-ruħ.

  • Stieden membru li ġie kkonvertit biex jaqsam magħkom l-irwol tal-Ktieb ta’ Mormon fil-konverżjoni tiegħu jew tagħha.

Mexxejja tal-Missjoni u Konsulenti tal-Missjoni

  • Għallem lill-missjunarji kif għandhom jużaw il-Ktieb ta’ Mormon biex jikkonferma l-verità tar-restawrazzjoni.

  • Aqra 2 Nefi 1 mal-missjunarji u kkumparah mal-esperjenza ta’ Joseph Smith.

  • Ipprovdi lill-missjunarji kopja tal-Ktieb ta’ Mormon. Stedinhom biex jaqraw u jimmarkaw il-ktieb darbtejn matul iż-żewġ jew tliet perjodi ta’ tibdil.

    • Fl-ewwel qari, staqsihom biex jimmarkaw kull ħaġa li tirreferi għal, jew tixhed lil, Ġesù Kristu.

    • Fit-tieni qari, staqsihom biex jimmarkaw id-duttrina tal-evanġelju u l-prinċipji.

    Ħeġġeġ lill-missjunarji jaqsmu ma’ ħaddieħor dak li tgħallmu u ħassew. Il-Presbiteru Ronald A. Rasband iddeskriva kif il-qari tal-Ktieb ta’ Mormon b’dan il-mod affettwah bħala missjunarju:

Il-Presbiteru Ronald A. Rasband

“Il-qari tiegħi kien jinkludi ferm aktar milli sempliċiment nimmarka l-iskrittura. Kull darba li qrajt il-Ktieb ta’ Mormon, mill-bidu sal-aħħar, imtlejt b’imħabba profonda għall-Mulej. Ħassejt fija xhieda b’għeruq mill-aktar profondi tal-verità tat-tagħlim tiegħu u kif japplika għalina ‘illum.’ Dan il-ktieb verament jirrifletti t-titlu tiegħu, ‘Testment Ieħor ta’ Ġesù Kristu.’ Permezz ta’ dak l-istudju u x-xhieda spiritwali li kont ksibt, jiena sirt missjunarju tal-Ktieb ta’ Mormon u dixxiplu ta’ Ġesù Kristu” (“Din il-Ġurnata,” Liahona, Nov. 2022, 25).

  • Stieden lill-missjunarji biex jaqsmu mal-oħrajn l-iskrittura mill-Ktieb ta’ Mormon li kienu importanti f’ħajjithom.

  • Identifika mistoqsijiet dwar ir-ruħ għal nies fil-missjoni tiegħek. Stieden lill-missjunarji biex isibu versi mill-Ktieb ta’ Mormon li jgħinuhom jindirizzaw dawn il-mistoqsijiet.