2010-2019
Xhieda, Kwora tas-Saċerdozju ta’ Aaron, u Klassijiet tat-Tfajliet
Konferenza ġenerali Ottubru 2019


Xhieda, Kwora tas-Saċerdozju ta’ Aaron, u Klassijiet tat-Tfajliet

It-tibdil li issa qed inħabbru huwa intenzjonat biex jgħin lill-ġuvintur u t-tfajliet jiżviluppaw il-potenzjal personali u sagru tagħhom.

Għeżież ħuti, kemm hi ħaġa sabiħa li nerġa’ ninsab magħkom f’din il-konferenza ġenerali. Aktar kmieni din il-ġimgħa, aħna ħabbarna lilll-membri tal-Knisja dikjarazzjonijiet dwar tibdil fil-polisi rigward min jista’ jservi bħala xhieda għall-ordinanzi tal-magħmudija u s-siġill. Nixtieq nenfasizza dawk it-tliet punti.

  1. Ix-xhieda għall-magħmuda bi prokura għal persuna mejta jistgħu jkunu dawk kollha li jħaddnu rakkomandazzjoni għat-tempju, inkluż rakkomandazzjonijiet għal użu limitat.

  2. Kull membru adottat b’rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju jista’ jservi bħala xhud għall-ordinanzi tas-siġill, kemm għall-ħajjin, kif ukoll għal dawk bi prokura.

  3. Kull membru mgħammed tal-Knisja jista’ jservi bħala xhud tal-magħmudija għal persuna ħajja. Dan it-tibdil jirrigwardja l-magħmudijiet kollha li jsiru barra t-tempju.

Dan it-tibdil fil-polisi huwa proċedurali. Id-duttrina u l-patti sottostanti ma jinbidlux. Huma effikaċi bl-istess mod fl-ordinanzi kollha. Dan it-tibdil għandu jtejjeb bi kbir il-parteċipazzjoni tal-familja f’dawn l-ordinanzi.

Nixtieq f’dan il-mument inkellimkom ukoll biex nintroduċi tibdil li jippartjeni liż-żgħażagħ tagħna u l-mexxejja tagħhom.

Tiftakru li jiena stedint liż-żgħażagħ tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien biex jinkitbu fil-battaljun taż-żgħażagħ tal-Mulej ħalli jipparteċipaw fl-akbar kawża fil-dinja llum—il-ġabra ta’ Iżrael.1 Jiena għamilt din l-istedina liż-żgħażagħ tagħna għaliex huma għandhom kapaċità mhux tas-soltu kif jilħqu lil ħaddieħor u jaqsmu dak li jemmnu fih b’mod konvinċenti. Il-kawża tal-ġabra hija parti essenzjali biex ngħinu nħejju d-dinja u n-nies tagħha għat-Tieni Miġja tal-Mulej.

F’kull qasam, il-battaljun taż-żgħażagħ tal-Mulej huwa mmexxi mill-isqof, qaddej dedikat ta’ Alla. L-ewwel u l-akbar responsabbiltà tiegħu hi li jieħu ħsieb il-ġuvintur u t-tfajliet tal-qasam tiegħu. L-isqof u l-kunsilliera tiegħu jmexxu l-ħidma tal-kwora tas-Saċerdozju ta’ Aaron u tal-klassijiet tat-Tfajliet fil-qasam.

It-tibdil li issa qed inħabbru huwa intenzjonat biex jgħin lill-ġuvintur u t-tfajliet jiżviluppaw il-potenzjal personali u sagru tagħhom. Irridu wkoll li nsaħħu l-kwora tas-Saċerdozju ta’ Aaron u l-klassijiet tat-Tfajliet u nipprovdu s-sapport lill-isqfijiet u mexxejja adulti oħra hekk kif huma jservu lil din il-ġenerazzjoni li għadha tielgħa.

Il-Presbiteru Quentin L. Cook issa se jiddiskuti t-tibdil relatat mal-ġuvintur. U llejla, waqt is-sezzjoni ġenerali tan-nisa, Sister Bonnie H. Cordon, President Ġenerali tat-Tfajliet, se tiddiskuti t-tibdil li għandu x’jaqsam mat-tfajliet.

L-Ewwel Presidenza u t-Tnax ninsabu magħqudin fl-approvazzjoni tagħna għal dan l-isforz biex insaħħu ż-żgħażagħ tagħna. O, kemm inħobbuhom u nitolbu għalihom. Huma “it-tama ta’ Iżrael, l-armata ta’ Sijon, ulied il-jum imwiegħed.”2 Aħna nesprimu l-kunfidenza sħiħa tagħna fiż-żgħażagħ tagħna u l-gratitudni tagħna lejhom. Fl-isem sagru ta’ Ġesù Kistu, amen.

Noti

  1. Ara Russell M. Nelson “Hope of Israel” (devozzjonali dinjija għaż-żgħażagħ, 3 ta’ Ġunju, 2018), HopeofIsrael.ChurchofJesusChrist.org.

  2. “Hope of Israel,” Hymns, nu. 259.

Ipprintja