Konferenza ġenerali Ottubru 2019 Sezzjoni tas-Sibt Filgħodu Jeffrey R. HollandIl-Messaġġ, it-Tifsira, u l-MiġemgħaIl-Presbiteru Holland ifakkarna biex dejjem nibqgħu niffokaw fuq is-Salvatur bħala ċ-ċentru ta’ ħajjitna, tal-fidi tagħna u tas-servizz tagħna. Terence M. VinsonDixxipli Vera tas-SalvaturIl-Presbiteru Vinson jgħallem dwar l-importanza li nimpenjaw ruħna biex nkunu dixxipli ta’ Ġesù Kristu. Stephen W. OwenKunu Fidili, Mhux Bla FidiBrother Owen jgħallem kif aħna nistgħu niksbu n-nutriment spiritwali permezz tat-tagħlim u l-għixien tal-evanġelju ċċentrat madwar id-dar u ssapportjat mill-Knisja. D. Todd ChristoffersonIl-Ferħ tal-QaddisinIl-Presbiteru Christofferson jgħallem dwar il-ferħ li niksbu meta nżommu l-kmandamenti, meta negħlbu l-isfidi, u meta nservu kif serva Ġesù. Michelle CraigKapaċità SpiritwaliSister Craig tgħallem kif aħna nistgħu nkabbru l-kapaċità spiritwali tagħna biex nirċievu r-rivelazzjoni. Dale G. RenlundImpenn Determinat lejn Ġesù KristuIl-Presbiteru Renlund jgħallem li Alla jistedinna biex inwarrbu lil hinn kompletament id-drawwiet tagħna tal-passat u nibdew ħajja ġdida fi Kristu, nuru l-impenn tagħna billi nagħmlu u nżommu l-patti. Dallin H. OaksAfdaw fil-MulejIl-President Oaks jgħallem illi nafdaw fil-Mulej hija l-aqwa għażla meta jkollna xi mistoqsijiet dwar ħwejjeġ li għadhom ma ġewx żvelati. Sezzjoni tas-Sibt Wara Nofsinhar Henry B. EyringSosteniment ta’ Awtoritajiet Ġenerali, Sebgħinijiet Reġjonali, u Uffiċjali Ġenerali tal-KnisjaIl-President Eyring jippreżenta l-mexxejja tal-Knisja għal vot ta’ sosteniment. David A. BednarTagħtu Ruħkom għat-Talb KontinwamentBilli uża ċ-ċitas bħala eżempju ta’ predaturi, il-Presbiteru Bednar jgħallem tliet modi kif għandna noqogħdu attenti mit-tattiċi tax-xitan. Rubén V. AlliaudĠejt Misjub bil-Qawwa tal-Ktieb ta’ MormonIl-Presbiteru Alliaud jgħallem kif il-konverżjoni tista’ sseħħ permezz tal-veritajiet meraviljużi li hemm fil-Ktieb ta’ Mormon. Russell M. NelsonXhieda, Kwora tas-Saċerdozju ta’ Aaron, u Klassijiet tat-TfajlietIl-President Nelson iħabbar tibdil fil-polisi li tirrigwarda x-xhieda u l-aġġustament fil-kwora tas-Saċerdozju ta’ Aaron u l-klassijiet tat-Tfajliet. Quentin L. CookAġġustament biex Insaħħu liż-ŻgħażagħIl-Presbiteru Cook iħabbar ċertu tibdil organizzattiv intenzjonat biex jgħin lill-veskovati jiffokaw fuq ir-responsabbiltà tagħhom li jieħdu ħsieb iż-żgħażagħ. Mark L. PaceEjja, Imxi Warajja—il-Kontrostrateġija u l-Pjan Proattiv tal-MulejIl-President Pace jgħallem li jekk il-membri jistudjaw Ejja, Imxi Warajja huma jkunu jistgħu jikkumbattu l-attakki tal-avversarju u jersqu aktar viċin Alla u l-familji tagħhom. L. Todd BudgeFiduċja Konsistenti u ReżiljentiIl-Presbiteru Budge jgħallem dwar li għandna nafdaw fil-Mulej hekk kif iqabbel il-vjaġġ tal-Ġarediti mal-vjaġġ tagħna tul il-mortalità. Jorge M. AlvaradoWara l-Prova tal-Fidi TagħnaIl-Presbiteru Alvarado jaqsam magħna xi eżempji ta’ dawk li kienu xhieda tal-mirakli wara l-prova tal-fidi tagħhom. Ronald A. RasbandNonoraw il-Wegħdiet u l-Patti TagħnaIl-Presbiteru Rasband ifakkarna kemm hu importanti li aħna nżommu l-patti u l-wegħdiet li nagħmlu mal-Mulej u ma’ oħrajn. Sezzjoni Ġenerali tan-Nisa Reyna I. AburtoImsaħħab jew Xemxi, Mulej, Miegħi Kun!Sister Aburto tixhed li s-Salvatur jista’ jgħin lilll-ulied kollha ta’ Alla jikkumbattu l-mard mentali u fiżiku. Lisa L. HarknessNonoraw IsmuSister Harkness tgħallem xi jfisser li nieħdu fuqna isem Ġesù Kristu u dejjem niftakru fih. Bonnie H. CordonUlied GħeżieżSister Cordon tħabbar tibdil fl-organizzazzjoni tat-Tfajliet u tgħallem li t-tibdil se jgħin lit-tfajliet jersqu aktar viċin is-Salvatur. Henry B. EyringNisa tal-Patt fi Sħubija ma’ AllaIl-President Eyring jgħallem kif in-nisa li għamlu ċerti patti jissieħbu ma’ Alla biex jaqdu lil uliedu u b’hekk iħejju lilhom infushom biex jerġgħu lura għandu. Dallin H. OaksŻewġ Kmandamenti KbarIl-President Oaks jispjega kif il-kmandamenti li nħobbu lil Alla u nħobbu lil għajrna huma relatati ma’ kif aħna ninteraġixxu rwieħna ma’ dawk li jidentifikaw ruħhom bħala LGBT. Russell M. NelsonTeżori SpiritwaliIl-President Nelson jgħallem li n-nisa li ġew iddotati bil-qawwa tas-saċerdozju fit-tempju jistgħu jaċċessaw il-qawwa ta’ Alla f’ħajjithom. Sezzjoni tal-Ħadd Filgħodu Gerrit W. GongL-Appartenenza tal-PattIl-Presbiteru Gong jiddeskrivi l-barkiet ta’ meta nidħlu f’relazzjoni tal-patt ma’ Alla u ma’ xulxin. Cristina B. FrancoInsibu l-Ferħ Meta Naqsmu l-Evanġelju mal-OħrajnSister Franco tgħallem l-importanza li naqsmu l-evanġelju ma’ dawk ta’ madwarna. Dieter F. UchtdorfL-Avventura Kbira TagħkomIl-Presbiteru Uchtdorf jgħallem dwar il-vjaġġ tagħna bħala dixxipli u jħeġġiġna biex infittxu lil Alla, nimministraw lil xulxin, u naqsmu l-esperjenza tagħna ma’ ħaddieħor. Walter F. GonzálezMeta Jmissna s-SalvaturIl-Presbiteru González jgħallimna li s-Salvatur irid ifejjaqna u li jekk aħna nersqu lejh u nfittxu r-rieda Tiegħu, Huwa jew ifejjaqna jew jagħtina l-qawwa li nibqgħu nikkumbattu. Gary E. StevensonTippruvax Tqarraq BijaIl-Presbiteru Stevenson iwiddibna dwar il-makakkerija u l-qerq tal-avversarju u jistedinna biex nibqgħu sodi u nimxu wara l-kmand tal-Mulej. Russell M. NelsonIt-Tieni Kmandament KbirIl-President Nelson jagħti eżempji ta’ kif il-Knisja u l-membri tagħha qegħdin iġibu fis-seħħ it-tieni kmandament kbir tal-Mulej li nħobbu lill-proxxmu tagħna permezz ta’ ħidma umanitarja. Sezzjoni tal-Ħadd Wara Nofsinhar Henry B. EyringIl-Qdusija u l-Pjan ta’ FerħIl-President Eyring jgħallem li aħna nistgħu niksbu ferħ akbar permezz ta’ aktar qdusija personali, li niksbuha permezz tal-fidi f’Ġesù Kristu, permezz tal-indiema u billi niffaċċjaw l-avversità. Hans T. BoomNafu, Inħobbu, u NikbruIl-Presbiteru Boom jgħallem li lkoll kemm aħna nistgħu nikbru fl-irwol tagħna fil-ħidma ta’ Alla billi nsiru nafu min aħna u mbagħad nimministraw lil ħaddieħor b’imħabba bħal ta’ Kristu. M. Russell BallardNagħtu l-Ispirtu Tagħna Kontroll fuq ĠisimnaIl-President Ballard jgħallem li biex ngħixu tajjeb jeħtiġilna negħlbu l-bniedem naturali u nagħtu prijorità lin-natura spiritwali tagħna. Peter M. JohnsonQawwa biex Negħlbu l-AvversarjuIl-Presbiteru Johnson jgħallem li aħna nistgħu negħlbu l-qerq, id-distrazzjoni, u l-iskoraġġiment ta’ Satana permezz tat-talb, billi nistudjaw il-Ktieb ta’ Mormon, u nieħdu sehem fis-sagrament. Ulisses SoaresNerfgħu SalibnaIl-Presbiteru Soares jistedinna biex inġorru salibna billi nimxu wara l-eżempju perfett tas-Salvatur u billi nimxu wara t-tagħlim u l-kmandamenti Tiegħu. Neil L. AndersenFrottIl-Presbiteru Andersen jgħallem li hekk kif aħna niffokaw fuq Ġesù Kristu u b’fedeltà nibqgħu nirreżistu l-oppożizzjoni, aħna nistgħu niksbu l-frott tas-siġra tal-ħajja (il-barkiet tal-Espjazzjoni). Russell M. NelsonRimarki tal-GħeluqIl-President Nelson iħeġġeġ lill-membri biex isiru aktar qaddisa, biex jitħejjew għall-konferenza ġenerali li jmiss, u biex jistudjaw il-Ktieb ta’ Mormon.