2010-2019
Imsaħħab jew Xemxi, Mulej, Miegħi Kun!
Konferenza ġenerali Ottubru 2019


Imsaħħab jew Xemxi, Mulej, Miegħi Kun!

Jiena nixhed magħkom li “imsaħħab jew xemxi” il-Mulej se jkun dejjem magħna, li “s-sofferenza tagħna tista’ tiġi megħluba mill-ferħ ta’ Kristu.”

Waħda mill-għanjiet għeżież tagħna tesprimi t-talba “Imsaħħab jew xemxi, Mulej, miegħi kun!”1 Darba jiena kont fuq ajruplan meta konna resqin lejn maltempata kbira. Meta kont qed inħares mit-tieqa, stajt nara li taħtna kien mimli sħab oħxon. Ir-raġġi ta’ nżul ix-xemx bdew jirriflettu fuq is-sħab, u jwassluhom biex jiddu b’qawwa mill-aktar intensa. Wara ftit tal-ħin, l-ajruplan għadda minn ġos-sħab oħxon, u f’daqqa waħda aħna spiċċajna mdawrin f’dalma kbira li spiċċat biex nessietna għal kollox id-dawl intens li konna għadna kif esperjenzajna ftit mumenti qabel.2

Immaġni
Raġġi ta’ nżul ix-xemx
Immaġni
Sħab mudlam

Sħab iswed jaf jifforma wkoll f’ħajjitna, li jista’ jnessina d-dawl ta’ Alla u saħansitra jwassalna biex niddubitaw jekk dak id-dawl għadux aktar jeżisti għalina. Fost dak is-sħab insibu d-dipressjoni, l-anzjetà, u xi forom oħra ta’ sofferenza mentali jew emozzjonali. Dawn jafu jwasslu biex jgħawġu l-mod kif aħna nħarsu lejna nfusna, lejn l-oħrajn, u saħansitra lejn Alla. Jaffettwaw nisa u rġiel ta’ kull età f’kull naħa tad-dinja.

Xi ħaġa li tagħmel ukoll daqstant ħsara hija s-sħaba insensittiva tax-xettiċiżmu li tista’ taffettwa lil dawk li qatt ma esperjenzaw dawn l-isfidi. Bħal kull parti tal-ġisem, il-moħħ huwa suġġett għal mard, trawma u żbilanċi kimiċi. Meta moħħna jkun qed isofri, huwa xieraq li nfittxu l-għajnuna mingħand Alla, minn dawk ta’ madwarna, u minn professjonisti tas-saħħa medika u mentali.

“Il-bnedmin kollha—irġiel u nisa—huma maħluqin fi xbieha ta’ Alla. Kull wieħed u waħda minnhom huwa iben jew bint spirtu għażiż ta’ ġenituri tas-smewwiet, u … kollha għandhom natura divina u destin divin.”3 Bħall-Ġenituri tagħna tas-Smewwiet u s-Salvatur tagħna, aħna għandna ġisem fiżiku4 u nesperjenzaw ċerti emozzjonijiet.5

Għeżież ħuti, huwa normali li xi kultant inħossuna mdejqin jew inkwetati. Id-dieqa, u l-anzjetà huma emozzjonijiet umani u naturali.6 Madankollu, jekk aħna nkunu kontinwament imnikktin u jekk l-uġigħ jispiċċa biex jimblokka l-abbiltà tagħna li nħossu l-imħabba ta’ Missierna tas-Smewwiet u ta’ Ibnu u l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu, f’dak il-każ aħna nafu nkunu qed insofru minn xi dipressjoni, anzjetà, jew xi kundizzjoni emozzjonali oħra.

Binti darba kitbet: “Kien hemm żmien … [meta] l-ħin kollu kont inħossni verament imnikkta. Dejjem kont naħseb li n-niket huwa xi ħaġa li għandha timbarazzana, u li huwa sinjal ta’ dgħjufija. Għalhekk ma tkellimt ma ħadd dwar in-niket tiegħi. … Ħassejtni li jien verament ma jien tajba għal xejn.”7

Waħda ħabiba ddeskriviet din il-ħaġa b’dan il-mod: “Minn meta kont għadni daqsxejn ta’ tifla, jiena ffaċċjajt battalja kontinwa ma’ ċerti sentimenti ta’ disperanza, dalma, solitudni, u biża’ u s-sens li jiena mhux normali u li hemm xi ħaġa ħażina fija. Minn kollox għamilt biex naħbi l-uġigħ u biex qatt ma nagħti l-impressjoni li mhux kollox sewwa u li miniex b’saħħti.”8

Għeżież ħbieb tiegħi, ilkoll nistgħu nintlaqtu—speċjalment meta, bħala nies li nemmnu fil-pjan ta’ ferħ, aħna nġorru fuqna ċertu piż bla bżonn billi naħsbu li jeħtieġ li nkunu perfetti f’dan il-mument. Ħsibijiet bħal dawn jistgħu jiddisprawna. Li niksbu l-perfezzjoni huwa proċess li jseħħ tul il-ħajja mortali tagħna u lilhinn minnha—u tista’ tinkiseb biss permezz tal-grazzja ta’ Ġesù Kristu.9

B’kuntrast għal dan, meta aħna niftħu qalbna dwar l-isfidi emozzjonali tagħna, nammettu li m’aħniex perfetti, aħna nkunu qed nagħtu permess lil ħaddieħor biex jaqsam magħna l-isfidi tiegħu. Flimkien aħna nirrealizzaw li tama hemm u m’hemmx għalfejn insofru weħidna.10

Immaġni
Tama fit-Tieni Miġja

Bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu, aħna għamilna patt ma’ Alla li aħna “lesti nġorru t-tagħbija ta’ xulxin” u “nibku ma’ dawk li jibku.”11 Dan jaf jinkludi li nkunu infurmati dwar ċertu mard emozzjonali, li nsibu ċerti riżorsi li jistgħu jgħinu jindirizzaw dawn l-isfidi, u ultimament nersqu u nressqu lil ħaddieħor lejn Kristu, li hu l-Aqwa Tabib.12 Anke jekk aħna ma nafux kif nirrelataw ma’ dak li għaddej minnu ħaddieħor, li nagħrfu li l-uġigħ tagħhom huwa reali jaf ikun l-ewwel pass importanti biex insibu l-għarfien u l-fejqan.13

F’xi każijiet, il-kawża tad-dipressjoni jew l-anzjetà tista’ tiġi identifikata, filwaqt li xi drabi oħra jaf ikun diffiċli tinduna.14 Moħħna jaf isofri minħabba stress15 jew għeja mill-aktar kbira,16 li xi kultant nafu nħossuna aħjar jekk nagħmlu xi tibdil fid-dieta, fl-irqad, u fl-eżerċizzju. Drabi oħra, ikun hemm bżonn ta’ ċerta terapija jew medikazzjoni taħt id-direzzjoni ta’ professjonisti mħarrġin.

Jekk aħna ma nittrattawx ċertu mard mentali jew emozzjonali, jaf iwassalna għal aktar iżolament, nuqqas ta’ ftehim, relazzjonijiet imkissra, li nweġġgħu lilna nfusna, u saħansitra suwiċidju. Jiena naf dan minn esperjenza, għaliex missieri stess miet permezz ta’ suwiċidju ħafna snin ilu. Il-mewt tiegħu kienet xokkanti u ta’ qsim il-qalb għalija u għall-familja tiegħi. Snin sħaħ għamilt nikkumbatti n-niket tiegħi, u kien biss riċentiment li jiena tgħallimt li jekk jiena nitkellem b’mod xieraq dwar is-suwiċidju fil-fatt jaf jgħin biex nipprevjenih aktar milli ninkuraġġih.17 Issa jiena ddiskutejt b’mod miftuħ il-mewt ta’ missieri ma’ wliedi u rajt b’għajnejja l-fejqan li s-Salvatur jista’ jagħti fuq iż-żewġ naħat tal-velu.18

Sfortunatament, ħafna li jsofru minn dipressjoni severa jitbiegħdu mill-Qaddisin sħabhom għaliex iħossu li huma ma jħossuhomx komdi f’tip ta’ karattru immaġinarju. Aħna nistgħu ngħinuhom isiru jafu u jħossu li fil-fatt huma parti minna. Huwa importanti nagħrfu li d-dipressjoni mhijiex riżultat ta’ dgħjufija, u normalment lanqas m’hi riżultat ta’ dnub.19 Hija “tiffjorixxi fis-segretezza iżda tiġi fix-xejn fl-empatija.”20 Flimkien, aħna nistgħu ngħaddu mis-sħab tal-iżolament u l-istigma, ħalli t-tagħbija tal-mistħija titneħħa u jseħħu l-mirakli tal-fejqan.

Tul il-ministeru mortali Tiegħu, Ġesù Kristu fejjaq lill-morda u lil dawk li kienu qed isofru, iżda kull persuna kellha teżerċita l-fidi fih u taġixxi biex tirċievi l-fejqan Tiegħu. Xi wħud imxew distanzi twal, oħrajn estendew idhom biex imissu l-libsa Tiegħu, u oħrajn kellhom jinġarru ħdejh biex ikunu jistgħu jitfejqu.21 Meta niġu għall-fejqan, mhux aħna lkoll neħtieġu verament lill-Mulej? “Aħna mhux kollha tallaba?”22

Ejjew nimxu fit-triq tas-Salvatur u nkabbru l-kompassjoni tagħna, innaqqsu t-tendenza tagħna li niġġudikaw, u nieqfu nkunu l-ispetturi tal-ispiritwalità tal-oħrajn. Li b’imħabba noqogħdu nisimgħu lil ħaddieħor hu wieħed mill-akbar rigali li nistgħu noffru, u aħna nafu nkunu kapaċi nġorru jew nelevaw is-sħab tqil li jkun qed jifga lill-maħbubin u l-ħbieb tagħna23 ħalli, permezz ta’ mħabbitna, huma għal darb’oħra jħossu l-Ispirtu s-Santu u jipperċepixxu d-dawl li joħroġ minn Ġesù Kristu.

Jekk intom il-ħin kollu tinsabu mdawrin b’ “dalma ċpar,”24 duru lejn Missierna tas-Smewwiet. Xejn minn dak kollu li esperjenzajtu ma jista’ qatt jibdel il-verità eterna li intom ulied Alla u li Huwa jħobbkom.25 Ftakru li Kristu huwa s-Salvatur u l-Feddej tagħkom, u Alla huwa Missierkom. Huma jifhmukom. Immaġinawhom viċin tagħkom, jisimgħukom u joffru s-sapport tagħhom.26 “Huma jikkonslawkom fis-sofferenza tagħkom.”27 Agħmlu dak kollu li tistgħu, u afdaw fil-grazzja tal-espjazzjoni tal-Mulej.

L-isfidi tagħkom ma jiddefinixxukomx, iżda jistgħu jirraffinawkom.28 Minħabba “xewka f’ġisimkom,”29 jista’ jkun li intom għandkom l-abbiltà li tħossu aktar kompassjoni lejn ħaddieħor. Kif gwidati mill-Ispirtu s-Santu, aqmsu l-istorja tagħkom ma’ ħaddieħor biex tkunu tistgħu “tgħinu lil min hu dgħajjef, tqawwu l-idejn mitruħa, u ssaħħu l-irkupptejn imriegħda.”30

Għal dawk fostna li bħalissa tinsabu titqabdu jew tissapportjaw lil xi ħadd li jinsab jitqabad, ejjew inkunu lesti nimxu wara l-kmandamenti ta’ Alla ħalli dejjem ikollna magħna l-Ispirtu Tiegħu.31 Ejjew nagħmlu “l-ħwejjeġ żgħar u sempliċi”32 li jagħtuna l-qawwa spiritwali. Kif qal il-President Russell M. Nelson, “Xejn ma jiftaħ bwieb is-sema daqs il-kombinazzjoni ta’ aktar purità, ubbidjenza f’kollox, tfittxija ferventi, festeġġjar kuljum permezz ta’ kliem Kristu fil-Ktieb ta’ Mormon, u ħin iddedikat kuljum għall-ħidma tat-tempju u tal-istorja tal-familja.”33

Immaġni
Is-Salvatur ifejjaq

Ejjew ilkoll niftakru li s-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu, “ħa fuqu s-sofferenza tagħna, sabiex huwa jimtela bil-ħniena, ħalli jkun jaf, skont il-ġisem … kif jista’ jgħinna skont is-sofferenza tagħna.”34 Huwa ġie “biex idewwi l-qalb miksura, … biex ifarraġ lill-imnikktin; … jagħtihom kuruna flok irmied, żejt tal-ferħ flok l-ilbies tal-vistu, l-għana tal-foħrija flok ruħ mitluqa.”35

Immaġni
It-Tieni Miġja

Jiena nixhed magħkom li “imsaħħab jew xemxi” il-Mulej se jkun dejjem magħna, li “s-sofferenza tagħna tista’ tiġi megħluba mill-ferħ ta’ Kristu,”36 u li “hu permezz tal-grazzja li aħna nsalvaw, wara li nagħmlu dak kollu li nistgħu.”37 Jiena nixhed li Ġesù Kristu se jerġa’ lura fid-dinja “bil-fejqan f’ġwinħajħ.”38 Ultimament, Huwa “jixxotta kull demgħa minn għajnejna; u ma jkunx hemm iżjed … niket.”39 Għal dawk kollha li “jersqu lejn Kristu u jipperfezzjonaw ruħhom fih,”40 “ma tinżilx aktar ix-xemx għalihom … għax il-Mulej ikun id-dawl tagħna għal dejjem u jintemmu l-jiem ta’ biki tagħna.”41 F’isem Ġesù Kristu, amen.

Noti

  1. “Abide with Me!” Hymns, num. 166.

  2. Meta aħna konna ninsabu ‘l fuq mis-sħab, ma stajniex naraw id-dalma li kienet tinsab ftit piedi biss ‘l isfel minna, u meta aħna konna ninsabu mdawwrin bid-dalma ta’ taħt, kien diffiċli naraw id-dija tax-xemx li bdiet tiddi ftit piedi biss ‘il fuq minna.

  3. Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja,” Liahona, Mejju 2017, 145.

  4. “L-ispirtu u l-ġisem huma r-ruħ tal-bniedem” (Doctrine and Covenants 88:15). “Għaliex ġisimkom huwa t-tempju tal-ispirtu tagħkom. U kif tużaw ġisimkom jaffettwa l-ispirtu tagħkom” (Russell M. Nelson, “Deċiżjonijiet għall-Eternità,” Liahona, Nov. 2013, 107).

  5. Ara, per eżempju, Isaija 65:19; Luqa 7:13; 3 Nephi 17:6–7; Moses 7:28. Li nitgħallmu nidentifikaw u napprezzaw l-emozzjonijiet tagħna jista’ jgħinna nużawhom b’mod kostruttiv biex insiru nixbħu aktar lis-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu.

  6. Ara “Sadness and Depression,” kidshealth.org/en/kids/depression.html.

  7. Hermana Elena Aburto blog, hermanaelenaaburto.blogspot.com/2015/08. Hija kitbet ukoll:

    “Dik l-isfida tagħtni ċ-ċans biex verament neżerċita l-fidi tiegħi fil-pjan tas-salvazzjoni. Għaliex jiena kont naf li Missieri tas-Smewwiet iħobbni, u li Hu kellu pjan speċifikament għalija, u li Kristu fehem eżattament minn xiex kont għaddejja.”

    “Alla ma jċanfrekx meta inti tkun għadek m’intix biżżejjed tajba f’xi ħaġa. Hu pjaċir Tiegħu jgħinek titjieb u tindem. Huwa ma jistenniex li inti tirranġa kollox f’daqqa. M’għandekx għalfejn tagħmel dan waħdek” (iwillhealthee.blogspot.com/2018/09).

  8. Korrispondenza personali. Hija kitbet ukoll: “Il-balzmu tal-fejqan tal-Espjazzjoni tas-Salvatur Tiegħi kienet l-aktar sors kostanti ta’ paċi u refuġju tul il-vjaġġ tiegħi. Meta jiena nħossni waħdi fit-taqbid tiegħi, jien niftakar li Hu diġà esperjenza f’ismi eżattament dak li jiena għaddejja minnu. … Hemm tama kbira li naf li l-ġisem imqajjem mill-imwiet u perfett li se jkolli fil-futur mhux se jkun mifni b’din is-sofferenza mortali.”

  9. Ara Russell M. Nelson, “Perfection Pending,” Ensign, Nov. 1995, 86–88; Jeffrey R. Holland, “Kunu Mela Perfetti—Eventwalment,” Liahona, Nov. 2017, 40–42; J. Devn Cornish, “Jien Den Biżżejjed? Jiena Se Nsalva?Liahona, Nov. 2016, 32–34; Cecil O. Samuelson, “What Does It Mean to Be Perfect?New Era, Jan. 2006, 10–13.

  10. Huwa importanti li nitkellmu dwar dawn l-affarijiet ma’ wliedna, mal-familji tagħna, u mal-ħbieb tagħna fid-djarna, fil-fergħat, u fil-komunitajiet tagħna.

  11. Mosiah 18:8–9.

  12. Ara Russell M. Nelson, “Jesus Christ—the Master Healer,” Liahona, Nov. 2005, 85–88; Carole M. Stephens, “Il-Fejjieq Prim,” Liahona, Nov. 2016, 9–12.

  13. Jaf ikun ta’ għajnuna li aħna nafu nagħrfu ċerti sinjali u sintomi fina u f’ħaddieħor. Aħna nistgħu nitgħallmu wkoll nosservaw ċerti xejriet ta’ ħsieb differenti jew mhux sana u kif għandna nibdluhom b’oħrajn aktar ċari u tajbin.

  14. Id-dipressjoni tista’ wkoll tkun riżultat ta’ ċertu tibdil pożittiv fil-ħajja—bħat-twelid ta’ tarbija jew xi mpjieg ġdid—u tista’ titfaċċa meta kollox ikun sejjer tajjeb fil-ħajja ta’ persuna.

  15. Ara “Understanding Stress,” Adjusting to Missionary Life (2013), 5–10.

  16. Ara Jeffrey R. Holland, “Bħal Ġarra Mkissra,” Liahona, Nov. 2013, 40.

  17. Ara Dale G. Renlund, “Understanding Suicide” (vidjo), ChurchofJesusChrist.org; “Talking about Suicide” (vidjo), ChurchofJesusChrist.org; Kenishi Shimokawa, “Understanding Suicide: Warning Signs and Prevention,Liahona, Ott. 2016, 35–39.

  18. “Il-bidu tal-fejqan jeħtieġ fidi tixbaħ lil tat-tfal fil-fatt determinati li Missierna tas-Smewwiet iħobbok u fassal mod kif ifejqek. Ibnu l-Għażiż, Ġesù Kristu, ta ħajtu biex jipprovdilna dak il-fejqan. Iżda ma hemm l-ebda soluzzjoni maġika, l-ebda balzmu li jipprovdi l-fejqan, u lanqas xi triq faċli li twassal għar-rimedju komplut. Il-kura teħtieġ fidi profonda f’Ġesù Kristu u fil-kapaċità infinita Tiegħu li jfejjaq” (Richard G. Scott, “To Heal the Shattering Consequences of Abuse,” Liahona, Mejju 2008, 42). Meta jkun hemm problema, it-tendenza tagħna hi li nsewwuha. Madankollu, aħna m’għandiex inkunu l-uniċi nies li rridu nippruvaw insewwu lilna nfusna jew lil ħaddieħor. Aħna m’għadniex għalfejn nagħmlu kollox weħidna. F’aktar minn okkażjoni waħda f’ħajti, jiena fittixt l-għajnuna ta’ terapisti biex jgħinuni niffaċċja żminijiet diffiċli.

  19. Ara Ġwanni 9:1–7.

  20. Jane Clayson Johnson, Silent Souls Weeping (2018), 197.

  21. Ara Mattew 9:2–7, 20–22; 14:35–36; Mark 1:40–42; 2:3–5; 3 Nephi 17:6–7.

  22. Mosiah 4:19; ara wkoll Jeffrey R. Holland, “Aħna Mhux Kollha Tallaba?Liahona, Nov. 2014, 40–42.

  23. Ara Rumani 2:19; 13:12; ara wkoll Jeffrey R. Holland, “Come unto Me” (devozzjonali fl-Università ta’ Brigham Young, 2 ta’ Mar., 1997), speeches.byu.edu.

  24. 1 Nephi 8:23; ara wkoll 1 Nephi 12:4, 17; 3 Nephi 8:22.

  25. Ara Salm 82:6; Rumani 8:16–18; Doctrine and Covenants 24:1; 76:24; Moses 1:1–39.

  26. Ara Adjusting to Missionary Life, 20; ara wkoll Mika 7:8; Mattew 4:16; Luqa 1:78–79; Ġwanni 8:12.

  27. Jacob 3:1; ara wkoll Efesin 5:8; Kolossin 1:10–14; Mosiah 24:13–14; Alma 38:5. Aqraw il-barka patrijarkali tagħkom jew itolbu għal barka saċerdotali ħalli intom tkunu tistgħu tisimgħu u tiftakru kemm Missierna tas-Smewwiet verament iħobbkom u jixtieq iberikkom.

  28. Ara 2 Korintin 4:16–18; Doctrine and Covenants 121:7–8, 33; 122:5–9.

  29. 2 Korintin 12:7.

  30. Doctrine and Covenants 81:5; ara wkoll Isaija 35:3.

  31. Ara Moroni 4:3; Doctrine and Covenants 20:77.

  32. Alma 37:6.

  33. Russell M. Nelson, “Rivelazzjoni għall-Knisja, Rivelazzjoni għal Ħajjitna,” Liahona, Mejju 2018, 95.

  34. Alma 7:12; ara wkoll Isaija 53:4; 2 Nephi 9:21; Mosiah 14:4.

  35. Isaija 61:1–3; ara wkoll Luqa 4:18.

  36. Alma 31:38; ara wkoll Alma 32:43; 33:23.

  37. 2 Nephi 25:23.

  38. Malakija 4:2; 3 Nephi 25:2.

  39. Rivelazzjoni 21:4.

  40. Moroni 10:32.

  41. Isaija 60:20.

Ipprintja