Sosteniment ta’ Awtoritajiet Ġenerali, Sebgħinijiet Reġjonali, u Uffiċjali Ġenerali
Ħuti, hu privileġġ għalija li nippreżenta l-Awtoritjiet Ġenerali, is-Sebgħinijiet Reġjonali, u l-Uffiċjali Ġenerali tal-Knisja għall-vot ta’ sosteniment tagħkom.
Jekk jogħġobkom esprimu l-appoġġ tagħkom bil-mod tas-soltu tinsabu fejn tinsabu. Jekk fostkom ikun hemm min jopponi xi waħda mill-proposti, nitolbukom biex tikkuntattjaw lill-president tal-wited tagħkom.
Huwa propost li aħna nsostnu lil Russell Marion Nelson bħala profeta, veġġent, u rivelatur u l-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien; Dallin Harris Oaks bħala l-Ewwel Kunsillier fl-Ewwel Presidenza; u Henry Bennion Eyring bħala t-Tieni Kunsillier fl-Ewwel Presidenza.
Min hu favur jista’ juri dan.
Jekk hawn xi ħadd kontra, jista’ juri dan.
Huwa propost li aħna nsostnu lil Dallin H. Oaks bħala l-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu u lil M. Russell Ballard bħala l-Aġent President Tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.
Min hu favur, jekk jogħġobkom juri dan.
Jekk xi ħadd kontra jista’ juri dan.
Huwa propost li aħna nsostnu bħala l-membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu lil: M. Russell Ballard, Jeffrey R. Holland, Dieter F. Uchtdorf, David A. Bednar, Quentin L. Cook, D. Todd Christofferson, Neil L. Andersen, Ronald A. Rasband, Gary E. Stevenson, Dale G. Renlund, Gerrit Walter Gong, u Ulisses Soares.
Dawk kollha li intom favur, jekk jogħġobkom uru dan.
Jekk hawn min hu kontra, jista’ jindika dan.
Huwa propost li aħna nsostnu lill-kunsilliera fl-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu bħala profeti, veġġenti, u rivelaturi.
Dawk kollha li intom favur, jekk jogħġobkom uru dan.
Jekk hawn xi ħadd kontra, juri dan bl-istess mod.
Kif mħabbar minn qabel, estendejna sejħa lil Alexander Dushku biex iservi bħala Sebgħin Awtorità Ġenerali.
Dawk kollha li intom favur, jekk jogħġobkom uru dan.
Dawk kontra, bl-istess sinjal.
B’apprezzament ninnotaw ukoll ir-rilaxxi ta’ żewġ Sebgħinijiet Reġjonali li isimhom jinstabu fuq il-websajt tal-Knisja.
Dawk kollha li tixtiequ tingħaqdu magħna u tesprimu l-gratitudni tagħkom lejn dawn l-aħwa għas-servizz eċċellenti tagħhom, tistgħu turu dan.
Hu propost li nsostnu lill-Awtoritjiet Ġenerali u s-Sebgħinijiet Reġjonali l-oħra—inkluż lis-sitt Sebgħinijiet Reġjonali ġodda li tħabbru aktar kmieni din il-ġimgħa fuq newsroom.ChurchofJesusChrist.org, u lill-Uffiċjali Ġenerali kif huma bħalissa kostitwiti.
Dawk kollha favur, tistgħu tindikaw dan billi tgħollu jdejkom.
Dawk kontra, jekk hemm xi ħadd.
Nirringrazzjawkom, ħuti, għall-fidi kontinwa tagħkom u t-talb kontinwu tagħkom f’isem it-tmexxija tal-Knisja.
Tibdil fis-Sebgħinijiet Reġjonali
Is-Sebgħinijiet Reġjonali li ġejjin kienu sostnuti waqt is-sessjoni għat-tmexxija li saret bħala parti mill-konferenza ġenerali:
Rogério Boschi u Kirt L. Hodges.
Is-Sebgħinijiet Reġjonali li ġejjin kienu rilaxxati waqt is-sessjoni għat-tmexxija li saret bħala parti mill-konferenza ġenerali:
Henry J. Eyring u Youngjoon Kwon.