Konferenza Ġenerali
Destinat li Sservi
konferenza ġenerali April 2024


Destinat li Sservi

Missierna fis-Smewwiet jixtieq jiżvelalek il-predestinazzjoni personali tiegħek, u Hu se jagħmel dan hekk kif inti tfittex li titgħallem u ssegwi r-rieda tiegħu.

Illejla, se nkellem liż-żgħażagħ tal-Knisja, il-ġenerazzjoni li għadha tiela’ ta’ rġiel u tfajliet li huma dawk li jġorru l-bandiera għall-ġenerazzjoni li jmiss.

F’Ottubru 2013, Il-maħbub profeta tagħna, il-President Russell M. Nelson, iddikjara: “Missierkom tas-Smewwiet ilu jafkom minn żmien twil ilu. Inti, bħala ibnu jew bintu, ġejt magħżul minnu sabiex tiġi fid-dinja preċiżament fdan iż-żmien partikolari, sabiex tkun mexxej fil-ħidma kbira tiegħu fid-dinja.”1

Sentejn ilu, il-President Nelson kompla:

Illum nirriafferma b’qawwa li l-Mulej talab lil kull żagħżugħ denn u kapaċi biex jitħejja u jmur iservi missjoni. Għall-ġuvintur Qaddisin tal-Aħħar Żmien, is-servizz missjunarju huwa responsabbiltà tas-saċerdozju. Intom il-ġuvintur ġejtu riservati għal dan iż-żmien meta qed isseħħ il-ġabra mwiegħda ta’ Iżrael. …

“Għalikom l-aħwa nisa żgħażagħ u kapaċi, missjoni hija wkoll opportunità qawwija, iżda mhux obbligatorja. … Itolbu biex tkunu tafu jekk il-Mulej iridkomx isservu missjoni, u l-Ispirtu s-Santu jweġibkom f’qalbkom u f’moħħkom.”2

Ir-referenzi tal-profeta tagħna għall-Mulej li jżomm iż-żgħażagħ ta’ żmienna riservati għal dan iż-żmien fil-ġabra ta’ Iżrael u għall-istedina tiegħu biex titolbu ħalli tkunu tafu xi jridkom tagħmlu l-Mulej huma, parti minnha, referenzi għall-ħajja li għextu u l-barkiet li rċevejtu mingħand Alla qabel ma twelidtu f’din id-dinja.3 Qabel ma twelidna f’din id-dinja, ilkoll kemm aħna konna ngħixu ma’ Missierna fis-Smewwiet bħala l-ulied spirti tiegħu.4 Il-Mulej iddikjara lil Mosè, “Jiena, il-Mulej Alla, ħloqt kull ħaġa, … spiritwalment, qabel ma kienet b’mod naturali fuq wiċċ id-dinja.”5

Meta Huwa ħalaqkom spiritwalment, Hu ħabbkom bħala l-ulied spirtu tiegħu u qiegħed fikom infuskom natura divina u destin etern.6

Matul il-ħajja primortali tagħkom, intom “żviluppajtu l-​identità tagħkom u kabbartu l-​kapaċitajiet spiritwali tagħkom.”7 Intom ġejtu mberkin bir-rigal tal-volontà, l-abbiltà li tagħmlu għażliet għalikom infuskom, u ħadtu deċiżjonijiet importanti, bħad-deċiżjoni li timxu wara l-pjan ta’ ferħ ta’ Missierna fis-Smewwiet, li huwa li “tiksbu ġisem fiżiku u tiksbu l-esperjenza f’din id-dinja biex timxu ‘l quddiem … u ultimament tagħrfu d-destin divin tagħkom bħala werrieta tal-ħajja eterna.”8 Din id-deċiżjoni affettwat ħajjitkom f’dak iż-żmien, fil-ħajja primortali tagħkom, u tkompli taffettwa ħajjitkom issa.9 Bħala wlied Alla li għextu fil-ħajja primortali, intom “kbirtu fl-intelliġenza u tgħallimtu tħobbu l-verità.”10

Qabel ma twelidtu, Alla ħatar lil kull wieħed minnkom biex iwettaq missjonijiet speċifiċi matul il-ħajja mortali tagħkom fid-dinja.11 Jekk intom tibqgħu denji, il-barkiet ta’ dak id-digriet primortali jippermettulkom li jkollkom kull tip ta’ opportunitajiet f’din il-ħajja, inkluż l-opportunità li taqdu fil-Knisja u li tipparteċipaw fl-aktar ħidma importanti li qed isseħħ fid-dinja llum: il-ġabra ta’ Iżrael.12 Dawk il-wegħdiet u l-barkiet primortali jissejħu preordinazzjoni. “Id-duttrina tal-preordinazzjoni tapplika għall-membri kollha tal-Knisja.”13 Il-preordinazzjoni ma tiggarantixix li se tirċievu ċerti sejħiet jew responsabbiltajiet. Dawn il-barkiet u opportunitajiet jiġu f’din il-ħajja b’riżultat tal-eżerċizzju xieraq tal-volontà tagħkom, bħalma l-preordinazzjoni tagħkom fil-ħajja primortali ġiet b’riżultat tat-tjieba.14 Hekk kif turu li intom denji u tibqgħu tavvanzaw tul it-triq tal-patt, intom se tirċievu opportunitajiet biex isservu fil-klassi tat-Tfajliet jew fil-kworum tas-saċerdozju tagħkom. Intom se tkunu mberkin li sservu fit-tempju, li ssiru aħwa li jimministraw, u li sservu missjoni bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu.

Għalfejn huwa importanti li tiksbu u li tifhmu l-preordinazzjoni tagħkom? Fi żmien meta mistoqsijiet huma preżenti bil-kotra, meta ħafna jfittxu biex ikunu jafu l-identità vera tagħhom, il-fatt li Alla jaf u bierek lil kull wieħed u waħda minna individwalment qabel ma twelidna fuq din id-dinja b’“karatteristiċi essenzjali ta’ identità … primortali, mortali, u eterna u għan” iġibilna paċi ħelwa u assigurazzjoni f’moħħna u f’qalbna.15 Li tkunu tafu min intom jibda billi tifhmu l-barkiet preordinati ta’ Alla li ngħataw lilkom qabel ma twelidtu f’din id-dinja. Missierna fis-Smewwiet jixtieq li jiżvelalkom id-destin personali tagħkom, u Huwa jagħmel dan hekk kif intom tfittxu li titgħallmu u ssegwu r-rieda tiegħu.16

Jiena nħobb naqra l-posts tal-President Nelson fuq instagram. Waħda mill-favoriti tiegħi kienet fl-20 ta’ Lulju, 2022. Huwa kiteb:

“Jien nemmen li kieku l-Mulej qed ikellimkom direttament, l-ewwel ħaġa li Hu jaċċerta ruħu li tifhmu hi l-identità vera tagħkom. Għeżież ħbieb tiegħi, intom letteralment ulied spirtu ta’ Alla. …

“… Ħa nagħmilha ċara: Il-potenzjal tagħkom huwa divin. Bit-tfittxija diliġenti tagħkom, Alla jagħtikom lemħa ta’ min tistgħu ssiru.17

Tippermettuli naqsam magħkom kif missieri mortali għallimni niskopri l-identità tiegħi u l-pjan ta’ Alla f’ħajti?

Darba waħda s-Sibt filgħodu meta kelli 13-il sena, jiena kont qed naħsad ir-raba bħala parti mix-xogħol tiegħi ta’ kull ġimgħa. Meta spiċċajt, jiena smajt il-bieb ta’ fuq wara tad-dar tagħna jingħalaq u ħarist biex nara lil missieri jsejjaħli biex ningħaqad miegħu. Imxejt lejn il-porch ta’ wara, u stedinni biex npoġġi bilqiegħda miegħu fuq it-tarġiet. Kienet għodwa mill-isbaħ. Għadni niftakar lilu bilqiegħda tant qrib tiegħi li spallejna kienu jmissu. Beda billi qalli li kien iħobbni. Huwa staqsieni x’inhuma l-għanijiet tiegħi fil-ħajja. Għidt lili nnifsi, “Mela le, faċli ħafna.” Jien kont naf żewġ affarijiet fiż-żgur: Ridt inkun itwal, u ridt immur nikkampja aktar ta’ spiss. Kont għadni daqsxejn ta tfajjel sempliċi. Hu tbissem, waqaf għal ftit, u qal: “Steve, nixtieq naqsam miegħek xi ħaġa li hija importanti ħafna għalija. Tlabt biex Missierna fis-Smewwiet iwassal biex dak li qed ngħid issa jħalli warajh marka li żgur ma titħassarx minn moħħok u minn ruħek sabiex qatt ma tinsa.”

Missieri kellu l-attenzjoni sħiħa tiegħi f’dak il-mument. Huwa dar, ħares f’għajnejja u qal, “Ibni, ipproteġi l-mumenti privati ​​ta’ ħajtek.” Kien hemm pawsa għal ftit ħin mhux ħażin hekk kif ħalla t-tifsira jippenetra ruħi.

Imbagħad hu kompla jgħid, “Taf int, dawk il-mumenti meta int l-uniku persuna preżenti u ħadd ieħor ma jaf x’qed tagħmel? Dawk il-mumenti meta taħseb, ‘Dak kollu li nagħmel issa ma jaffettwa lil ħadd iżjed, lili biss’?”

Imbagħad qal, “Iktar minn kull żmien ieħor f’ħajtek, dak li tagħmel fil-mumenti privati ​​ta’ ħajtek se jkollu l-akbar impatt fuq kif int tikkonfronta l-isfidi u l-uġigħ il-qalb li tiffaċċja; u dak li tagħmel fil-mumenti privati ta’ ħajtek ikollu wkoll impatt akbar fuq kif inti tikkonfronta s-suċċess u l-hena li tesperjenza f’kull mument ieħor ta’ ħajtek.”

Missieri qata’ x-xewqa ta’ qalbu. Il-ħoss u r-ritmu ta’ leħnu, u l-imħabba li ħassejt fi kliemu, ħallew warajhom marka li żgur ma titħassarx f’moħħi u f’ruħi dakinhar.

Tul is-snin tgħallimt li l-akbar miraklu ta’ dak il-jum fuq it-taraġ tad-dar ta’ tfuliti kien li, fil-mumenti privati ta’ ħajti, jien nista’ immur għand Alla fit-talb biex nirċievi r-rivelazzjoni. Missieri kien qed jgħallimni kif nista’ nitgħallem mill-​barkiet predestinati t’Alla. F’dawk il-mumenti privati ta’ ħajti, jien tgħallimt li l-Ktieb ta’ Mormon huwa l-kelma ta’ Alla. Jien tgħallimt li Alla kien iddestinani biex nservi missjoni. Tgħallimt li Alla jafni u jisma’ u jwieġeb talbi. Tgħallimt li Ġesù hu l-Kristu, is-Salvatur u l-Feddej tagħna.

Avolja għamilt bosta żbalji minn dak il-jum memorabbli ma’ missieri, li nara x’nagħmel biex nipproteġi l-mumenti privati ta’ ħajti baqa’ għalija ankra fost il-maltemp tal-ħajja u wassalni biex infittex post kenni u l-barkiet tal-fejqan, u li jsaħħuni tal-imħabba u s-sagrifiċċju tal-Espjazzjoni tas-Salvatur tagħna.

O ħuti żgħażagħ, hekk kif intom tipproteġu l-mumenti privati ​​ta’ ħajjitkom b’rikreazzjoni xierqa; tisimgħu xi mużika edifikanti; taqraw l-iskrittura; li jkollkom talb regolari u sinifikanti; u tagħmlu sforzi biex tirċievu u tixtarru fuq il-barka patrijarkali tagħkom, intom tirċievu r-rivelazzjoni. Biex nuża kliem il-President Nelson, għajnejkom se jsiru “miftuħin għall-verità li din il-ħajja tassew hija ż-żmien meta taslu tiddeċiedu x’tip ta’ ħajja tridu tgħixu għal dejjem.”18

Missierna fis-Smewwiet se jwieġeb it-talb tagħkom, speċjalment it-talb offrut fil-mumenti privati ​​ta’ ħajjitkom. Huwa jiżvelalkom id-doni u t-talenti ppredestinat tagħkom, u intom tħossu l-imħabba tiegħu tħaddankom magħha, jekk intom b’sinċerità titolbu u ġenwinament tixtiequ tkunu tafu. Hekk kif tipproteġu l-mumenti privati ​​ta’ ħajjitkom, il-parteċipazzjoni tagħkom fl-ordinanzi u l-patti tal-evanġelju tkun aktar sinifikanti. Intom torbtu lilkom infuskom b’mod aktar sħiħ ma’ Alla fil-patti li tagħmlu miegħu, u televaw ruħkom biex ikollok tama, fidi u assigurazzjoni akbar fil-wegħdiet li Hu għamlilkom. Tridu tkunu tafu dwar il-pjan li Alla għandu għalikom? Jien nixhed li Hu jridkom tkunu tafu, u Hu ispira lill-profeta tiegħu għad-dinja biex jistieden lil kull wieħed minna biex nitolbu u nirċievu din l-esperjenza li tiftħilna għajnejna.19 Nixhed dwar ir-realtà u s-sagrifiċċju espjatorju tas-Salvatur tagħna li jagħmilha possibbli li ngħixu u ngawdi l-barkiet ippredestinat kollha ta’ Alla, f’isem Ġesù Kristu, ammen.

Noti

  1. Russell M. Nelson, “Deċiżjonijiet għall-Eternità,” Liahona, Nov. 2013, 107.

  2. Russell M. Nelson, “Inxandru l-Evanġelju tal-Paċi,” Liahona, Mejju 2022, 6.

  3. Ara Russell M. Nelson, “Hope of Israel” (devozzjonali dinjija għaż-żgħażagħ, 3 ta’ Ġunju, 2018), Librerija tal-Evanġelju: “Missierna fis-Smewwiet baqa’ jżomm ħdejh ħafna mill-ispirti l-aktar nobbli tiegħu— forsi nista’ ngħid, l-ifjen tìm tiegħu—għal din il-fażi finali. Dawk l-ispirti nobbli—dawk l-ifjen plejers, dawk l-eroj—huma intom!”

  4. Ara Ġeremija 1:5–6.

  5. Moses 3:5.

  6. Ara “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja,” Librerija tal-Evanġelju; “Tema tat-Tfajliet,” Librerija tal-Evanġelju; “It-tema tal-kworum tas-Saċerdozju ta’ Aron,” Librerija tal-Evanġelju.

  7. Suġġetti u Mistoqsijiet, “Il-Ħajja Premortali: deskrizzjoni qasira,” Librerija tal-Evanġelju.

  8. Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja,” Librerija tal-Evanġelju.

  9. Ara Alma 13:1-4.

  10. Suġġetti u Mistoqsijiet, “Il-Ħajja Premortali: deskrizzjoni qasira,” Librerija tal-Evanġelju; ara wkoll Duttrina u Patti 138:55–56.

  11. Ara Suġġetti u Mistoqsijiet, “Preordinazzjoni,” Librerija tal-Evanġelju.

  12. Ara Russell M. Nelson, “Hope of Israel.”

  13. Suġġetti u Mistoqsijiet, “Preordinazzjoni,” Librerija tal-Evanġelju; ara wkoll Ġeremija 1:5; “X’inhi Relazzjoni bejn il-Preordinazzjoni u l-Volontà?,” Liahona, Ott. 2023, 47; Guide to the Scriptures, “Preordinazzjoni,” Librerija tal-Evanġelju.

  14. Ara Alma 13:1-4; Duttrina u Patti 130:20-21.

  15. Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja,” Librerija tal-Evanġelju.

  16. Ara Ġeremija 1:5.

  17. Russell M. Nelson, Instagram, 20 ta’ Lulju 2022, Instagram.com/russellmnelson.

  18. Russell M. Nelson, “Choices for Eternity” (devozzjonali dinjija għall-adulti żgħażagħ, 15 ta’ Mejju, 2022), Librerija tal-Evanġelju.

  19. Ara Russell M. Nelson, “Rivelazzjoni għall-Knisja, Rivelazzjoni għal Ħajjitna,” Liahona, Mejju 2018, 93–96.