Konferenza Ġenerali
It-Testimonjanza ta’ Ġesù
konferenza ġenerali April 2024


It-Testimonjanza ta’ Ġesù

L-istedina tiegħi hi li intom taġixxu issa biex tiżguraw postkom bħala nies li intom qalbiena fit-testimonjanza ta’ Ġesù.

Fl-1982, Joseph Smith u Sidney Rigdon kellhom dehra tal-għaġeb dwar id-destin etern ta’ wlied Alla. Din ir-rivelazzjoni kienet relatata mat-tliet saltniet tas-smewwiet. Ottubru li għadda, il-President Dallin H. Oaks tkellem dwar dawn “is-saltniet ta’ glorja,”1 u nnota li “permezz tat-trijonf u l-glorja tal-Ħaruf,”2 kulħadd għajr dawk l-individwi li relattivament huma ftit se jiġu eventwalment mifdija f’waħda minn dawn is-saltniet, “skont ix-xewqat li wrew permezz ta’ għażliethom.”3 Il-pjan tal-fidwa ta’ Alla jikkonstitwixxi opportunità universali għal uliedu kollha, irrispettivament meta u fejn għexu fid-dinja.

Filwaqt li l-glorja ta’ saħansitra l-anqas saltna fost it-tlieta, it-telestjali, “tmur lil hinn minn kulma l-moħħ jista’ jifhem,”4 it-tama ta’ Missierna hi li aħna nagħżlu—u, permezz tal-grazzja ta’ Ibnu nikkwalifikaw għal—l-aktar saltna għolja u glorjuża minn fost dawn is-saltniet, is-saltna ċelestjali, fejn aħna nistgħu ngawdu l-ħajja eterna bħala “werrieta ma’ Kristu.”5 Il-President Russell M. Nelson ħeġġiġna biex “naħsbu ċelestjali,” fejn nagħmlu s-saltna ċelestjali l-għan etern tagħna u mbagħad “bir-reqqa fejn kull waħda mid-deċiżjonijiet tagħkom waqt li tinsabu hawn fid-dinja se tpoġġikom fid-dinja li jmiss.”6

Dawk li jinsabu fis-saltna ċelestjali huma “dawk li kisbu testimonjanza ta’ Ġesù, … qli huma nies ġusti pperfezzjonati permezz ta’ Ġesù l-medjatur tal-patt il-ġdid.”7 L-abitanti tat-tieni saltna, it-terrestjali, huma deskritti bħala essenzjalment nies tajbin, fosthom “in-nies onorabbli fid-dinja, li spiċċaw għomja minħabba l-makakkerija tal-bnedmin.” Il-ħaġa li l-aktar tillimitahom hi li huma “m’humiex qalbiena fit-testimonjanza ta’ Ġesù.”8 B’kuntrast għal dan, dawk tal-anqas saltna, is-saltan telestjali, huma dawk li “ma rċevewx l-evanġelju, u lanqas ma rċevew testimonjanza ta’ Ġesù.”9

Innutaw li l-karatteristiċi li jiddistinwgu l-abitanti ta’ kull saltna huma relatati mat-“testimonjanza ta’ Ġesù,” mid- (1) devozzjoni bil-qalb tagħhom għalli (2) mhumiex qalbiena, kif ukoll (3) li jiċħduha kompletament. Ir-reazzjoni ta’ kull persuna tħalli effett fuq il-futur etern tagħha.

I.

X’ inhi t-testimonjanza ta’ Ġesù?

Hija x-xhieda tal-Ispirtu s-Santu li Hu huwa Bin Alla divin, il-Messija u l-Feddej. Hija t-testimonjanza ta’ Ġwanni li Ġesù kien fil-bidu ma’ Alla, li Huwa l-Ħallieq tas-sema u l-art, u li “fih hu kellu l-evanġelju, u l-evanġelju kien il-ħajja, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin.”10 Huwa “t-testimonjanza tal-Appostli u l-Profeti, … li Huwa miet, indifen, u reġa’ qam fit-tielet jum, u tela’ s-sema.”11 Huwa l-għarfien li “m’hemm l-ebda isem ieħor li permezz tiegħu tinkiseb is-salvazzjoni.”12 Hija “t-testimonjanza, l-aħħar waħda,” mogħtija mill-Profeta Joseph Smith “li huwa jgħix! … Li huwa l-Iben il-Waħdieni tal-Missier—li bih u permezz tiegħu, u minnu, inħolqu u għadhom jinħolqu d-dinjiet u l-abitanti tagħhom huma ulied imnissla minn Alla.”13

II.

Lil hinn minn din it-testimonjanza hemm il-mistoqsija, X’nistgħu nagħmlu dwarha?

Il-werrieta tas-saltna ċelestjali “jirċievu” t-testimonjanza ta’ Ġesù fis-sens sħiħ tagħha billi jitgħammdu, jirċievu l-Ispirtu s-Santu, u jegħlbu l-hemm permezz tal-fidi.14 Il-prinċipji u l-veritajiet tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jmexxu l-prijoritajiet u l-għażliet tagħhom. It-testimonjanza ta’ Ġesù tidher f’dak li huma jagħmlu u f’dak li huma jsiru. Il-mottiv tagħhom huwa l-karità, “l-imħabba safja ta’ Kristu.”15 L-attenzjoni tagħhom tinsab fuq li jaslu “għall-għarfien tal-kobor tal-milja ta’ Kristu.”16

Hemm żgur xi wħud li jkunu jinsabu fis-saltna terrestjali li jaċċettaw ukoll it-testimonjanza ta’ Ġesù, iżda jiġu magħrufin b’dak li ma jagħmlux dwarha. Li ma nkunux qalbiena fix-xhieda tagħna tas-Salvatur tissuġġerixxi ċerta apatija jew każwalità—li tkun “biered”17— b’kuntrast man-nies ta’ Għammon fil-Ktieb ta’ Mormon, per eżempju li kienu “magħrufin ukoll għall-ħeġġa kbira tagħhom lejn Alla.”18

L-abitanti tas-saltna telestjali huma dawk li jiċħdu t-testimonjanza ta’ Ġesù flimkien mal-evanġelju tiegħu, il-profeti tiegħu, u l-profeti tiegħu. Huma deskritti minn Abinadi bħala dawk li “ġabu ruħhom skont ir-rieda u x-xewqat karnali tagħhom; u qatt ma daru lejn il-Mulej waqt li kien qed jurihom id-dirgħajn ta’ ħniena tiegħu; għax hu kien qed jurihom id-dirgħajn ta’ ħniena tiegħu, iżda huma ma riduhomx.”19

III.

Xi jfisser li tkun qalbieni fit-testimonjanza ta’ Ġesù?

Hemm diversi possibiltajiet x’nikkunsidraw biex inwieġbu din il-mistoqsija. Se nsemmi biss ftit. Li nkunu qalbiena fit-testimonjanza ta’ Ġesù bla dubju jinkludi li nieħdu ħsieb u nsaħħu dik it-testimonjanza. Id-dixxipli vera ma jinjorawx dawk il-ħwejjeġ li jidhru żgħar li jsostnu u jsaħħu t-testimonjanza tagħhom ta’ Ġesù, bħat-talb, l-istudju tal-iskrittura, l-osservanza ta’ Jum il-Mulej, li jieħdu sehem fis-sagrament, l-indiema, il-ministeru, il-qadi, u l-qima fid-dar tal-Mulej. Il-President Nelson ifakkarna li “b’qawwa tal-biża’, testimonjanza li mhijiex indukrata kuljum ‘permezz tal-kelma tajba ta’ Alla’ [Moroni 6:4] tista’ tikkrolla. Għalhekk, … neħtieġu li kuljum inqimu lill-Mulej u nistudjaw l-evanġelju tiegħu.” Huwa kompla: “Nitlobkom tħallu lill Alla jiddomina f’ħajjitkom. Iddedikaw ħin biżżejjed għalih. Hekk kif tagħmlu dan, innotaw x’jiġri fl-ispinta spiritwali u pożittiva tagħkom.”20

Li nkunu qalbiena jissuġġerixxi wkoll li nkunu onesti u ma nibżgħux fix-xhieda tagħna. Fil-magħmudija, aħna nikkonfermaw ir-rieda tagħna “li nieqfu bħala xhieda ta’ Alla f’kull ħin u f’kollox, u f’kull post li tafu tkunu fih, anke sal-mewt.”21 F’dan iż-żmien tal-Għid b’mod speċjali, aħna pubblikament u bla riserva nxandru b’ferħ ix-xhieda tagħna ta’ Kristu l-ħaj, imqajjem mill-imwiet.

Aspett wieħed li tkun qalbieni fit-testimonjanza ta’ Ġesù huwa li nagħtu widen għall-messaġġiera tiegħu. Alla ma jġegħelniex biex nidħlu fi triq aħjar, fit-triq tal-patt, iżda Huwa jgħid lill-profeti tiegħu biex jagħmluna kompletament konxji mill-konsegwenzi tal-għażliet tagħna. U mhumiex biss il-membri tal-Knisja tiegħu. Permezz tal-profeti u l-appostli tiegħu, Huwa b’imħabba jitlob lin-nies kollha biex jagħtu widen għall-verità li twassal għall-ħelsien tagħhom,22 tħarishom milli jkollhom ibatu bla bżonn, u twasslilhom hena li tibqa’.

Li nkunu qalbiena fit-testimonjanza ta’ Ġesù ifisser li nħeġġu lil oħrajn, permezz tal-kelma u l-eżempju, biex huma wkoll ikunu qalbiena, speċjalment lill-membri tal-familji tagħna. Il-Presbiteru Neal A. Maxwell darba indirizza “lill-membri essenzjalment ‘onorabbli’ tal-Knisja jinsabu jitlajjaw fil-wiċċ minflok ma’ jsaħħu d-dixxipulat tagħhom u li qed jaħdmu b’mod każwali minflok ma ‘jaħdmu b’ċerta qlubija’ [Doctrine and Covenants 76:75; 58:27].”23 Filwaqt li nnota li aħna lkoll ħielsa biex nagħżlu, il-Presbiteru Maxwell b’niket qal: “Sfortunatament, madankollu, meta xi wħud jagħżlu l-laxkezza, huma mhux biss ikunu qed jagħżlu għalihom infushom, iżda għall-ġenerazzjoni li wara u ta’ wara. Ċerti ekwivoki fil-ġenituri jistgħu jipproduċu devjazzjonijiet kbar f’uliedhom! Ċerti ġenerazzjonijiet ta’ qabel ġo familja jista’ jkun li jkunu jirriflettu d-dedikazzjoni, filwaqt li xi wħud fil-ġenerazzjoni kurrenti jafu jkunu evidenza ta’ ekwivoka. Sfortunatament, f’li ġej, xi wħud jafu jagħżlu r-ribelljoni hekk kif l-affarijiet ikomplu sejrin għall-agħar.”24

Snin ilu, il-Presbiteru John H. Groberg tkellem dwa l-istorja ta’ familja żagħżugħa li kienu jgħixu f’fergħa żgħira fil-Ħawajj fil-bidu tas-seklu għoxrin. Huma kienu ilhom membri tal-familja madwar sentejn meta waħda minn uliedhom mardet b’marda li ma kenux jafu x’inhi u spiċċat l-isptar. Il-Ħadd ta’ wara fil-knisja, il-missieru u ibnu bdew iħejju sagrament kif kienu jagħmlu kważi kull ġimgħa, iżda hekk kif il-missier żagħżugħ niżel għarkupptejh biex ibierek il-ħobż, il-president tal-fergħa, fil-pront induna min kien hemm mal-mejda tas-sagrament, qam u għajjat, “Ieqaf. Int ma tistax tmiss is-sagrament. Bintek għandha marda li ma jafux x’inhi. Itlaq immedjatament u ħaddieħor ipoġġi mill-ġdid ħobż ġdid għas-sagrament. Ma nistgħux inħalluk hawn. Itlaq.” Il-missier maħsud kif kien ħares lejn il-president tal-fergħa u mbagħad lejn il-kongregazzjoni u hekk kif innota sens kbir ta’ anzjetà u mbarazzament f’kulħadd, resaq lejn il-familja tiegħu, u bil-kwiet ħarġu mill-kappella.

Ħadd ma lissen kelma hekk kif il-familja, b’qalbhom maqsuma, irħewlha lejn id-dar żgħira tagħhom. Huma qagħdu bilqiegħda f’ċirku, u l-missier qal, “Jekk jogħġobkom ibqgħu siekta sakemm inkun lest biex nitkellem.” Ibnu ż-żgħir beda jaħseb kif setgħu jpattuha għal kemm ħassewhom imbarazzati; tgħid joqtlu l-qżieqeż tal-president tal-fergħa, jew jaħarqulu daru, jew jingħaqdu ma’ xi knisja oħra? Huma għaddew ħames minuti, għaxra, ħmistax, u ħamsa u għoxrin minuta fis-skiet.

Il-ponn iebes tal-missier beda jintreħa, u beda ħiereġ id-dmugħ. L-omm qabdet tibki, u ftit wara t-tfal kollha infexxew jibku fis-skiet. Il-missier dar fuq martu u qal, “Jien inħobbok” u mbagħad reġa’ tenna dak il-kliem lil kull wieħed u waħda minn uliedhom. “Jiena nħobbkom kollha kemm intom u rrid li nkunu flimkien għal dejjem bħala familja. U l-uniku mod li jista’ jkun dan hu li lkoll kemm aħna nkunu membri tajbin tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien u ssiġillati permezz tas-saċerdozju mqaddes fit-tempju. Din mhijiex il-knisja tal-president tal-fergħa. Din hi l-Knisja ta’ Ġesù Kristu. Aħna ma nippermettux li xi ħadd jew xi att ħażin jew xi mbarazzament jew kburija jżommuna milli nkunu flimkien għal dejjem. Il-Ħadd li ġej mmorru lura l-knisja. Nibqgħu x’imkien għalina sakemm il-marda ta’ bintna tkun magħrufa, iżda mmorru lura.”

U huma marru lura, binthom irkuprat,u l-familja ġiet issiġillata fit-Tempju ta’ Laie, il-Hawaii hekk kif tlesta. Illum, ’il fuq minn 100 ruħ isejħu lil missierhom, nannuhom u bużnannuhom imberek għaliex huwa żamm għajnejh fuq l-eternità.25

L-aħħar aspett li tkun qalbieni fit-testimonjanza ta’ Ġesùli se nsemmi huwa t-tiftixa individwali tagħna għall-qdusija personali. Ġesù huwa l-Feddej essenzjali tagħna,26 u Hu qed jgħidilna “Indmu, intom kollha minn truf id-dinja, u ejjew għandi u tgħammdu f’ismi, ħalli titqaddsu permezz tal-għotja tal-Ispirtu s-Santu, sabiex intom tieqfu mingħajr tebgħa quddiemi fl-aħħar jum.”27

Il-profeta Mormon jiddeskrivi grupp ta’ Qaddisin li baqgħu jipperseveraw b’dan il-mod minkejja li kellhom “jgħaddu minn ħafna taħbit”:28

“Madankollu huma bdew isumu u jitolbu ta’ spiss, u komplew jissaħħu dejjem aktar fl-umiltà, u fil-fidi tagħhom fi Kristu, sakemm ruħhom imtliet bil-hena u l-faraġ, iva, u dan wassal għas-safà u l-qdusija ta’ qalbhom, liema qdusija waslet minħabba li huma ssottomettew qalbhom għal Alla.”29 Hija din il-bidla setgħana f’qalbna—li torbot qalbna ma’ Alla u twassalna biex nitwieldu mill-ġdid permezz tal-grazzja tas-Salvatur—li aħna nfittxu.30

L-istedina tiegħi hi li intom taġixxu issa biex tiżguraw postkom bħala nies li intom qalbiena fit-testimonjanza ta’ Ġesù. Hekk kif l-indiema tkun meħtieġa, “tibqgħux tipposponu l-jum tal-indiema tagħkom,”31 ma tmorrux “issibu ruħkom fiż-żmien meta s-sajf ikun għadda, u jkun spiċċa żmien il-ħsad, u ruħkom ma tkunx tista’ tiġi savata .”32 Ħarsu l-patti tagħkom ma’ Alla b’ħerqa. Toffendux ruħkom minħabba r-rigorożità tal-kelma.”33 “Ftakru biex iżommu l-isem dejjem miktub f’qalbkom, … biex intom tkunu tistgħu tisimgħu u tagħrfu l-leħen li sejjer isejħilkom, kif ukoll, l-isem li bih se jsejħilkom.”34 U finalment, “ħudu deċiżjoni dwar dan f’qalbkom, sabiex intom twettqu dak li Ġesù se jgħallimkom, u jikkmandakom.”35

Missierna jrid li wliedu kollha jgawdu l-ħajja ta’ dejjem miegħu fis-saltna ċelestjali. Ġesù bata, miet u qam mill-imwiet biex jagħmel dan possibbli. Huwa “tela’ fis-smewwiet, u poġġa bilqiegħda fuq il-lemin ta’ Alla, biex lill-Missier jitolbu d-drittijiet tiegħu biex ikun jista’ jeżerċita l-ħniena f’isem ulied il-bnedmin.”36 Nitlob li aħna lkoll inkunu mberkin b’testimonjanza qawwija tal-Mulej Ġesù Kristu, nithennew u nkunu qalbiena f’dik it-testimonjanza, u ngawdu l-frott tal-grazzja tiegħu f’ħajjitna kontinwament. F’isem Ġesù Kristu, ammen.