Konferenza Ġenerali
Iċ-Ċiklu Virtuż Setgħana tad-Duttrina ta’ Kristu
konferenza ġenerali April 2024


Iċ-Ċiklu Virtuż Setgħana tad-Duttrina ta’ Kristu

Nistedinkom tgħixu d-duttrina ta’ Kristu ripetutament, b’tennija, u intenzjonalment u tgħinu lill-oħrajn fi triqithom.

Snin ilu, marti, Ruth; it-tifla tagħna, Ashley; u jien ingħaqadna ma’ turisti oħra fuq vjaġġ bil-kajaks fl-istat tal-Hawaii fl-Istati Uniti. Kajak hija dgħajsa baxxa għall-ilma, qisha kenura li fiha l-qaddiefa joqgħod iħares ’il quddiem u juża moqdief b’palella dopja, waħda fuq kull tarf biex jiġbed minn quddiem għal wara fuq naħa waħda u mbagħad fuq l-oħra. Il-pjan kien li naqdfu għal żewġ gżejjer żgħar ’il barra mill-kosta ta’ Oahu u lura mill-ġdid. Kont kunfidenti għax, bħala żagħżugħ, kont naqdef kajaks madwar lagi tal-muntanji. Il-kburija qatt ma jawgura tajjeb, hux?

Il-gwida tagħna tana struzzjonijiet u wriena l-kajaks tal-baħar li konna se nużaw. Huma kienu differenti minn dawk li kont naqdef qabel. Sippost kelli noqgħod bilqiegħda fuq il-kajak, minflok isfel ġewwa fih. Meta dħalt fuq il-kajak, iċ-ċentru tal-gravità tiegħi kien ogħla milli kont imdorri, u kont inqas stabbli fl-ilma.

Hekk kif bdejna, qdift aktar malajr minn Ruth u Ashley. Wara ftit, kont ferm quddiemhom. Għalkemm jien kont kburi bil-pass erojku tiegħi, waqaft naqdef u stennejt biex jlaħħqu miegħi. Mewġa kbira—madwar 13 il-ċentimetru1—laqtet mal-ġenb tal-kajak tiegħi u inqlibt fl-ilma. Sakemm kont dawwart il-kajak wieqfa u tħabat biex nerġaʼ nitilgħa biex nitla’ lura fuq , Ruth u Ashley kienu għaddewni, imma kont wisq bla nifs biex nibda naqdef. Qabel ma stajt naqbad nifsi, mewġa oħra, din tassew enormi—mill-inqas 20 ċentimetru2—laqtet il-kajak tiegħi u erġajt inqlibt. Sakemm irnexxieli nirranġa l-kajak, tant kont bla nifs li bżajt li minix kapaċi nitla’ l’fuq.

Wara l-gwida tagħna nnota is-sitwazzjoni tiegħi, qadfet lejja u stabbilixxiet il-kajak tiegħi, fejn hu għamilha aktar faċli għalija biex nitla l’fuq. Meta ra li kont għadni wisq bla nifs biex naqdef waħdi, qabad ħabel mal-kajak tiegħi u beda jaqdef, u jġbidni miegħu. Ftit wara kont qbat nifsi u bdejt naqdef b’mod adegwat waħdi. Hu ħall il-ħabel, u lħaqt l-ewwel gżira mingħajr aktar għajnuna. Meta wasalna hemm, intfajt l-isfel għall fuq ir-ramel, eżawrat.

Wara li l-grupp kien seraħ, b’leħen sieket il-gwida qalli, “Sur. Renlund, jekk tibqa’ taqdef, u tiżżomm l-ispinta tiegħek, naħseb li tkun tajjeb.” Segwejt il-parir tiegħu hekk kif qdifna lejn it-tieni gżira u mbagħad lura għal minn fejn bdejna. Darbtejn il-gwida qadef minn ħdejja u qalli li kont sejjer mill-aqwa. Saħansitra mewġ akbar laqat il-kajak tiegħi mill-ġenb, imma ma inqlibtx.

Billi qaddet b’mod konsistenti l-kajak, żammejt l-ispinta u l-progress ’il quddiem, u mmitigajt l-effett tal-mewġ li jolqotni mill-ġenb. L-istess prinċipju tapplika fil-ħajja spiritwali tagħna Insiru vulnerabbli meta nnaqqsu l-veloċità u speċjalment meta nieqfu.3 Jekk inżommu l-ispinta spiritwali billi kontinwament “naqdfu” lejn is-Salvatur, inkunu siguri u aktar sikuri għax il-ħajja ta’ dejjem tagħna tiddependi fuq il-fidi tagħna fih.4

L-ispinta spiritwali iseħħ “tul ħajjitna hekk kif ripetutament aħna nħaddnu d-duttrina ta’ Kristu.”5 Jekk nagħmlu dan il-President Russell M. Nelson għallem, li tipproduċi “ċiklu virtuż setgħana.“6 Fil-fatt, l-elementi tad-duttrina ta’ Kristu—bħall-fidi f’Ġesù Kristu, l-indiema, il-magħmudija, l-għotja tad-don tal-Ispirtu s-Santu u li nibqgħu sħaħ sal-aħħar7—mhumiex intenzjonati biex ikunu esperjenzati bħala avvenimenti taʼ darba, mmarkati komplut fuq xi lista. B’mod partikolari, “li nibqgħu sħaħ sal-aħħar” mhuwiex verament pass separat fid-duttrina taʼ Kristu—bħallikieku lestejna l-ewwel erbaʼ elementi u mbagħad ninżlu nistrieħ, nheżżu snienna, u nistennew li mmutu. Le, li nibqgħu sħaħ sal-aħħar hija li ripetutament u b’mod tennija aħna napplikaw l-element l-oħra tad-duttrina ta’ Kristu, u noħolqu dak “iċ-ċiklu virtuż setgħana” li ddeskriva l-President Nelson.8

Ripetutament ifisser li nesperjenzaw l-elementi tad-duttrina ta’ Kristu darba wara oħra tul ħajjitna. B’mod tennija ifisser li nibnu fuq u ntejbu ma ʼkull ripetizzjoni. Minkejja li nirrepetu l-elementi, aħna mhux biss qed induru fʼċrieki mingħajr trajettorja ʼl quddiem. Minflok, aħna nersqu eqreb lejn Ġesù Kristu kull darba permess ta’ ċiklu.

L-ispinta tinvolvi kemm il-veloċità u d-direzzjoni.9 Kieku qddejt il-kajak b’mod qawwi f’direzzjoni ħażina, stajt ikolli ammont sinifikanti ta’ spinta, imma ma kontx nilħaq id-destinazzjoni maħsuba. Bl-istess mod, fil-ħajja, għandna bżonn “nqadfu” lejn is-Salvatur biex nersqu lejh.10

Il-fidi tagħna f’Ġesù Kristu għandu bżonn ikun sostnut kuljum.11 Hija sostnut meta hekk kif nitolbu, nistudjaw l-iskrittura, nirriflettu fuq it-tjubija ta’ Alla, nindmu, u nimxu wara s-suġġerimenti tal-Ispirtu s-Santu kuljum. L-istess bħall kif mhuwiex tajjeb għas-saħħa li nieklu l-ikel kollu tagħna sal-Ħadd u wara nikkunsmaw ammont kbir ta’ ġimgħa, mhijiex imġieba spiritwalment san li nirrestrinġu li sostnu t-testimonjanza tagħna għal ġurnata waħda fil-ġimgħa.12

Meta nassumu responsabbiltà għat-testimonjanza tagħna,13 nakkwistaw l-ispinta spiritwali u ftit ftit niżviluppaw pedament ta’ fidi f’Ġesù Kristu, u d-duttrina ta’ Kristu jsir ċentrali għall-għan tal-ħajja.14 L-ispinta wkoll hekk kif nagħmlu li nistgħu biex nobdu l-liġijiet ta’ Alla u nindmu. L-indiema hija hieni u tagħtina ċ-ċans li nitgħallmu mill-iżbalji tagħna, li hu kif aħna nibqgħu għal dejjem nagħmlu progress. Bla dubju aħna se jkollna ħinijiet meta nitqalbu fil-kajaks tagħna u nsibu lilna nfusna fl-ilma fond. Permezz tal-indiema, nistgħu nerġgħu nitilgħu lura u nkomplu, irrispettivament minn kemm-il darba naqgħu.15 Il-parti importanti hija li ma naqtgħux qalbna.

L-element li jmiss tad-duttrina ta’ Kristu huwa l-magħmudija, li tinkludi l-magħmudija tal-ilma u, permezz tal-konferma, il-magħmudija tal-Ispirtu s-Santu.16 Filwaqt li magħmudija hija avveniment ta’ darba, aħna nġeddu l-patt tal-magħmudija tagħna ripetutament meta nieħdu sehem fis-sagrament. Is-sagrament ma jieħux post il-magħmudija, imma taqqad l-elementi inizjali fid-duttrina ta’ Kristu—l-fidi u l-indiema—ma’ l-għotja tal-Ispirtu s-Santu.17 Hekk kif aħna kuxjenzjożament nieħdu sehem fis-sagrament,18 nistiednu l-Ispirtu s-Santu f’ ħajjitna, bħal meta tgħammidna u ġejna kkonfermati.19 Hekk kif inżommu l-patt iddeskrivat fit-talb tas-sagrament, is-Spirtu s-Santu jsir is-sieħeb tagħna.

Hekk kif l-Ispirtu s-Santu jeżerċita influwenza akbar f’ħajjitna, ftit ftit u b’mod tennija niżviluppaw l-kwalitajiet ta’ Kristu. Qlubna jinbidlu. Id-dispożizzjoni tagħna biex nagħmlu l-ħażen tonqos. L-​inklinazzjoni tagħna biex nagħmlu t-​tajjeb tiżdied sakemm irridu biss “nagħmlu t-​tajjeb kontinwament.”20 U permezz ta’ dan aħna naċċessaw il-qawwa divina bżonnjuża sabiex nibqgħu sħaħ sal-aħħar.21 Il-fidi tagħna kiber, u aħna lesti li nerġgħu nirrepetu iċ-ċiklu virtuż setgħana.

l-ispinta spiritwali ’l quddiem imexxina wkoll biex nagħmlu patti addizzjonali ma’ Alla fid-dar tal-Mulej. Għadd ta’ patti jressquna eqreb lejn Kristu jgħaqqduna b’mod aktar qawwi miegħu. Permezz ta’ dawn il-patti, għandna aċċess akbar l-qawwa tiegħu. Biex inkun għidt kollox, il-patti tal-magħmudija u tat-tempju mhumiex, fihom infushom, is-sors tal-qawwa. Is-sors tal-qawwa huwa l-Mulej Ġesù Kristu u Missierna fis-Smewwiet. Li nagħmlu u nħarsu l-patti joħolqu kondjuwit għall-qawwa Tagħhom f’ħajjitna. Hekk kif ngħixu skont dawn il-patti, eventwalment aħna nsiru werrieta li nirċievu dak kollu li għandu Missierna fis-Smewwiet.22 L-ispinta pprodutt meta ngħixu d-duttrina ta’ Kristu mhux biss isaħħaħ it-trasformazzjoni tan-natura divina tagħna fid-destin etern tagħna iżda jimmotivana wkoll biex ngħinu lill-oħrajn b’modi xierqa.

Ikkunsidraw kif il-gwida ta’ l-ispedizzjoni għenni wara li inqlibt fil-kajak. Huwa ma għajjatx mill-bogħod mistoqsija li ma kinitx ta’ għajnuna bħal, “Sur. Renlund, x’qed tagħmel fl-ilma?” Hu ma qadefx u ċanfarni, u qal, “Sur. Renlund, ma kontx tkun f’din is-sitwazzjoni kieku kont fiżikament iktar f’saħħtek.” Hu ma bediex jiġbed il-kajak tiegħi waqt li kont qed nipprova nitla’ lura fuq. U hu ma kkoreġienix quddiem il-grupp. Minflok, tani l-għajnuna li kelli bżonn fil-ħin li kelli bżonnha. Huwa tani parir meta kont riċettivi. U ħareġ minn triqtu biex jinkuraġġini.

Hekk kif namministraw lil ħaddieħor, m’għandniex bżonn nistaqsu mistoqsijiet li ma jgħinux jew niddikjaraw dak li hu ovvju. Il-biċċa l-kbira ta’ nies li qed issibuha diffiċli jafu li qegħdin fid-diffiċulta. M’għandniex inkunu ġudizzjarji, il-ġudizzju tagħna la huwa ta’ għajnuna u lanqas milqugħ, u ħafna drabi ma jkunx infurmat ħażin.

Li nqabblu lilna nfusna ma’ ħaddieħor jista’ jwassalna sabiex nagħmlu żbalji ħżiena, speċjalment jekk nikkonkludu li aħna iktar ġusti minn dawk li qed issibuha diffiċli. Tqabbil bħal dan huwa bħal li kieku qed tegħreq bla tama fi tliet metri23 ilma, tara lil xi ħadd ieħor jegħreq f’erba’ metri24 ilma, tiġġudikah midneb akbar, u tħossok tajjeb dwarek innifsek. Wara kollox, aħna lkoll qeddin fid-diffiċulta bil-mod tagħna. Ħadd minna ma jikseb is-salvazzjoni.25 Qatt ma nistgħu. Ġakobb, fil-Ktieb ta’ Mormon, għallem, “Ftakru, wara li [aħna] nirrikonċiljaw ruħna ma’ Alla, huwa biss fil-grazzja u permezz tal-grazzja ta’ Alla li [aħna] niġu salvati.”26 Aħna lkoll neħtieġu l-espjazzjoni infinita tas-Salvatur, mhux biss parti minnha.

Għandna bżonn il-kompassjoni, l-empatija, u l-imħabba tagħna kollha hekk kif ninteraġixxu ma’ dawk ta’ madwarna.27 Dawk li qeddin fid-diffiċulta “għandhom bżonn li jesperjenzaw l-imħabba safja ta’ Ġesù Kristu tirrifletti fi kliemna u f’għemilna.”28 Hekk kif aħna namministraw, inħeġġu lill-oħrajn ta’ spiss u noffru għajnuna. Anke jekk xi ħadd ma jkunx riċettivi, aħna nkomplu nimministraw kif jippermettu. Is-Salvatur għallem li “lil min hu bħalu intom għandkom tkomplu taqdu; għax ma tafux jekk xi darba huma jerġgħu lura u jindmu, u jiġu għandi b’impenn sħiħ f’qalbhom, u jiena nfejjaqhom; u intom tkunu l-mezz li wasslilhom is-salvazzjoni.”29 Ix-xogħol tas-Salvatur huwa li jfejjaq. Xogħolna hu li nħobbu—li nħobbu u naqdu b’tali mod li oħrajn jersqu lejn Ġesù Kristu. Dan hu wieħed mill-frott taċ-ċiklu virtuż setgħana tad-duttrina ta’ Kristu.

Nistedinkom tgħixu d-duttrina ta’ Kristu ripetutament, b’mod tennija, u intenzjonalment u tgħinu lill-oħrajn fi triqithom. Nixhed li d-duttrina ta’ Kristu hi ċentrali għall-pjan ta’ Missierna fis-Smewwiet, hi, wara kollox, id-duttrina tiegħu. Hekk kif aħna neżerċitaw il-fidi f’Ġesù Kristu u l-Espjazzjoni tiegħu, aħna niġu mbuttati ‘l quddiem tul it-triq tal-patt u motivati ngħinu lil oħrajn isiru dixxiplu fidil ta’ Ġesù Kristu. Nistgħu nsiru werrieta fis-saltna ta’ Missierna fis-Smewwiet, li hija l-kulminu ta’ meta nigħxu fedelment id-duttrina ta’ Kristu. F’isem Ġesù Kristu, ammen.