Konverżjoni Profonda u Dejjiema lejn Missierna tas-Smewwiet u Sidna Ġesù Kristu
L-għan tagħna hu li nibbilanċjaw l-esperjenzi fil-Knisja u fid-dar b’ tali mod li jwasslu biex ikabbru l-fidi u l-ispiritwalità u biex il-konverżjoni ssir waħda aktar profonda.
Kif iddikjara b’ mod mill-aktar sabiħ u elokwenti l-President Russell M. Nelson, il-mexxejja tal-Knisja ilhom jaħdmu żmien twil fuq pjan “iċċentrat madwar id-dar u ssapportjat mill-Knisja biex nitgħallmu d-duttrina, insaħħu l-fidi, u nrawmu qima personali akbar.” Il-President Nelson imbagħad ħabbar ċertu tibdil biex aħna niksbu “bilanċ ġdid u konnessjoni bejn it-tagħlim tal-evanġelju fid-dar u fil-Knisja.”1
Biex inġibu fis-seħħ dawn l-għanijiet—taħt id-direzzjoni tal-President Russell M. Nelson, kif ġew deskritti minnu, u skont id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu—l-iskeda tal-laqgħat tal-Ħadd se tinbidel kif se nispjega dalwaqt, b’ effett minn Jannar, 2019.
Skeda tal-Laqgħa tal-Ħadd
Il-laqgħat tal-Knisja ta’ nhar ta’ Ħadd se jkunu jikkonsistu minn laqgħa tas-sagrament ta’ 60 minuta, iffokata fuq is-Salvatur, l-ordinanza tas-sagrament u messaġġi spiritwali. Wara l-ħin ta’ transizzjoni għal-lezzjonijiet, il-membri tal-Knisja se jibdew jattendu lezzjoni ta’ 50 minuta li talterna kull nhar ta’ Ħadd:
-
L-Iskola tal-Ħadd se tibda tinżamm fl-ewwel u t-tielet Ħadd tax-xahar.
-
Il-laqgħat tal-kwora tas-Saċerdozju, tas-Soċjetà tal-Għajnuna u tat-Tfajliet se jibdew jinżammu fit-tieni u r-raba’ Ħadd.
-
Il-laqgħat tal-ħames Ħadd se jkunu taħt id-direzzjoni tal-isqof.
Il-Primarja se tinżamm kull ġimgħa waqt dan l-istess perjodu ta’ 50 minuta u se tinkludi fiha ħin ta’ kant u lezzjonijiet.
Rigward l-iskeda tal-laqgħa tal-Ħadd, il-mexxejja anzjani tal-Knisja ilhom għal ħafna snin konxji li għal xi membri mill-aktar prezzjużi tagħna kien qed ikun diffiċli li nhar ta’ Ħadd huma jattendu skeda ta’ tliet sigħat fil-knisja. Dan huwa partikolarment minnu għall-ġenituri bi tfal żgħar, għat-tfal tal-Primarja, għall-membri ta’ ċerta età, għall-membri ġodda, u oħrajn.2
Iżda hemm ferm aktar raġunijiet li wasslu għal dan it-tibdil milli biex sempliċiment inqassru l-iskeda tal-Ħadd fid-dar tal-laqgħat. Il-President Nelson semma bi gratitudni x’ progress sar b’ riżultat tal-fedeltà tagħkom għal kull stedina li saret qabel. Hu flimkien mat-tmexxija sħiħa tal-Knisja jixtiequ li jwasslu ferħ akbar tal-evanġelju—lill-ġenituri, lit-tfal, liż-żgħażagħ, lil dawn li huma single, lil dawk indaħħlin fiż-żmien, lill-membri l-ġodda u lil dawn in-nies li l-missjunarji qegħdin jgħallmu—permezz ta’ sforz ibbilanċjat li hu ċċentrat madwar id-dar u ssapportjat mill-Knisja. L-għanijiet u l-barkiet assoċjati ma’ dan it-tibdil u ma’ tibdil ieħor li sar riċentiment jinkludu dan li ġej:
-
Konverżjoni profonda lejn Missierna tas-Smewwiet u Sidna Ġesù Kristu u tisħiħ tal-fidi tagħna fihom.
-
Tisħiħ tal-individwi u l-familji permezz ta’ kurrikulu ċċentrat madwar id-dar u ssapportjat mill-Knisja li jikkontribwixxi biex wieħed jgħix b’ ferħ l-evanġelju.
-
Tiqjim ta’ jum is-Sabbath, b’attenzjoni fuq l-ordinanza tas-sagrament.
-
Għajnuna għall-ulied kollha ta’ Missierna tas-Smewwiet fuq iż-żewġ naħat tal-velu permezz tal-ħidma missjunarja u billi huma jirċievu l-ordinanzi u l-patti u l-barkiet tat-Tempju.
Tagħlim tal-Evanġelju Ċċentrat Madwar id-Dar u Ssapportjat mill-Knisja
Din l-iskeda tal-Ħadd twassal biex nhar ta’ Ħadd ikun hemm ħin aktar għal lejla d-dar u għall-istudju tal-evanġelju fid-dar, jew f’ ħinijiet oħra li jistgħu jagħżlu l-individwi u l-familji. Il-lejla ta’ attività mal-familja tista’ tinżamm nhar ta’ Tnejn jew xi ġurnata oħra. Minħabba f’ hekk, il-mexxejja għandhom ikomplu jżommu t-Tnejn filgħaxija liberu minn kull laqgħat u attivitajiet tal-Knisja. Madankollu, il-ħin li wieħed jgħaddi fil-lejla d-dar, fl-istudju tal-evanġelju u f’ attivitajiet għall-individwi u l-familji jista’ jiġi skedat skont iċ-ċirkustanzi individwali ta’ dak li jkun.
L-istudju tal-evanġelju fil-familja u fid-dar se jissaħħaħ b’mod sinifikanti permezz ta’ kurrikulu armonizzat u r-riżors ġdid Ejja, Imxi Warajja għall-Individwi u l-familji li huma kkordinati skont dak li qed jiġi mgħallem fl-Iskola tal-Ħadd u fil-Primarja.3 F’ Jannar, il-klassijiet tal-Knisja tal-Iskola tal-Ħadd taż-żgħażagħ u tal-adulti kif ukoll tal-Primarja se jkunu qed jistudjaw it-Testment il-Ġdid. Ir-riżors ġdid għall-istudju fid-dar Ejja, Imxi Warajja għall-individwi u l-familji— li wkoll se jkopri t-Testment il-Ġdid—huwa mfassal biex jgħin lill-membri jitgħallmu l-evanġelju fid-dar. Fih hemm spjegat: “Dan ir-riżors huwa għal kull individwu u familja fil-Knisja. Huwa mfassal biex jgħinna nitgħallmu aħjar l-evanġelju—kemm jekk weħidna jew mal-familja tagħna. … Il-kontenut f’ dan ir-riżors ġdid huwa organizzat skont l-iskeda … tal-ġimgħa.”4
Il-lezzjonijiet ġodda tal-Primarja li hemm f’ Ejja, Imxi Warajja, mgħallmin fil-knisja se jimxu mal-istess skeda tal-ġimgħa. Il-lezzjonijiet tal-Iskola tal-Ħadd għall-adulti u għaż-żgħażagħ fl-ewwel u t-tielet Ħadd se jkunu kkoordinati b’ tali mod li huma jissapportjaw ir-riżors ġdid tad-dar Ejja, Imxi Warajja. Fit-tieni u r-raba’ Ħadd, l-adulti fis-saċerdozju u s-Soċjetà tal-Għajnuna se jkomplu jistudjaw it-tagħlim tal-mexxejja tal-Knisja, b’ enfażi fuq il-messaġġi kurrenti tal-profeti moderni.5 It-tfajliet u l-ġuvintur tas-Saċerdozju Aroniku se jistudjaw ċerti suġġetti tal-evanġelju f’ dawk il-Ħdud.
Ir-riżors ġdid ta’ studju fid-dar jipprovdi “Ideat għall-Istudju tal-Iskrittura fil-Familja u l-Lejla d-Dar mal-Familja.”6 Il-lezzjonijiet ta’ kull ġimgħa jinkludu ideat ta’ studju utli ħafna kif ukoll attivitajiet għall-Individwi u l-familji. Ir-riżors Ejja, Imxi Warajja għall-Individwi u l-familji fih ukoll ħafna stampi li jgħinu jsaħħu t-tagħlim tal-individwi u l-familji, speċjalment lit-tfal.7 Dan ir-riżors ġdid se jiġi pprovdut f’ kull dar sa Diċembru ta’ din is-sena.
Il-President Nelson, fl-ewwel diskors tiegħu lill-membri tal-Knisja f’ Jannar, talabna biex nippreparaw għat-Tieni Miġja ta’ Ġesù Kristu billi nimxu fit-triq tal-patt.8
Il-kundizzjonijiet preżenti fid-dinja jeħtieġu li aħna nsaħħu l-konverżjoni individwali tagħna u nsaħħu l-fidi tagħna f’ Missierna tas-Smewwiet u f’ Ġesù Kristu u fl-Att tal-Fidwa Tiegħu. Il-Mulej ippreparana, linja wara linja, għaż-żminijiet perikolużi li qegħdin niffaċċjaw. F’ dawn l-aħħar snin, il-Mulej iggwidana biex nindirizzaw ċerti mistoqsijiet ewlenin fosthom:
-
Li nonoraw jum is-Sabbath kif ukoll l-ordinanza sagra tas-sagrament ilhom għal dawn l-aħħar tliet snin jiġu enfasizzati.
-
Taħt id-direzzjoni tal-isqof, il-kwora tal-presbiteri u s-Soċjetajiet tal-Għajnuna, li issa ġew imsaħħin, jinsabu ffukati fuq l-għan u r-responsabbiltajiet maħtura b’ mod divin tal-Knisja9 u qed jgħinu lill-membri jagħmlu u jżommu ċerti patti sagri.
-
B’ ferħ qed jiġi adottat ministeru b’mod ogħla u aktar qaddis.
-
Hekk kif nibdew bir-riżultat aħħari f’ moħħna, il-patti tat-tempju u s-servizz tal-istorja tal-familja qed isiru parti mill-aktar importanti fit-triq tal-patt.
It-tibdil imħabbar dalgħodu huwa fil-fatt eżempju ieħor ta’ gwida għall-isfidi ta’ żmienna.
Il-kurrikulu tradizzjonali tal-Knisja enfasizza l-esperjenza tal-Ħadd fil-Knisja. Aħna nafu li meta aħna jkollna tagħlim aħjar u membri tal-klassi preparati aħjar spiritwalment, aħna jkollna esperjenza aħjar tal-Ħadd fil-Knisja. Aħna mberkin li ħafna drabi l-Ispirtu jkabbar u jsaħħaħ il-konverżjoni fl-ambjent tal-Knisja.
Il-kurrikulu l-ġdid iċċentrat madwar id-dar u ssapportjat mill-Knisja jeħtieġ li jinfluwenza aħjar l-osservanza u l-imġieba reliġjuża fil-familja kif ukoll l-osservanza u l-imġieba personali. Aħna nafu l-impatt spiritwali u l-konverżjoni profonda u dejjiema li jistgħu jinkisbu fl-ambjent tad-dar. Snin ilu, sar studju li indika li meta ż-żgħażagħ jistudjaw b’ mod individwali l-iskrittura u jitolbu fid-dar huma jħossu l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu. L-għan tagħna hu li nibbilanċjaw l-esperjenzi fil-Knisja u fid-dar b’ tali mod li jwasslu biex tikber il-fidi, l-ispiritwalità u l-konverżjoni aktar profonda f’ Missierna tas-Smewwiet u fil-Mulej Ġesù Kristu.
Fil-parti ta’ dan it-tibdil iċċentrat madwar id-dar u ssapportjat mill-Knisja, kull individwu u familja se jkollhom ċerta flessibilità biex bl-għajnuna tat-talb jiddeterminaw kif u meta għandhom jiġu implimentati. Per eżempju, filwaqt li dan verament se jwassal biex ibierek ferm lill-familji kollha, skont il-bżonnijiet lokali, se jkun kompletament xieraq li ż-żgħażagħ single, l-adulti żgħażagħ single, il-ġenituri single, il-familji fejn mhux kulħadd hu membru, il-membri ġodda,10 u oħrajna jinġabru flimkien fi gruppi f’ ħinijiet oħra li mhumiex waqt is-servizzi ta’ qima tal-Ħadd biex igawdu ħin flimkien jistudjaw l-evanġelju u jissaħħu billi jistudjaw flimkien ir-riżors iċċentrat madwar id-dar u ssapportjat mill-Knisja. Dan jista’ jitwettaq b’ mod informali minn dawk kollha li jixiequ jagħmlu dan.
F’ ħafna partijiet tad-dinja, in-nies jagħżlu li jibqgħu fid-dar tal-laqgħat wara l-iskeda normali tal-Ħadd biex igawdu l-ħbiberija ta’ bejniethom. M’hawn xejn fit-tħabbira ta’ dan it-tibdil li jinterferixxi ma’ din id-drawwa mill-isbaħ.
Biex jgħinu lill-membri jippreparaw lilhom infushom għal Jum is-Sabbath, f’ nofs il-ġimgħa xi oqsma diġà qed jibagħtu ċerti imejls, u messaġġi bil-mowbajl jew bil-midja soċjali b’ ċerta informazzjoni. Fid-dawl ta’ dan it-tibdil, aħna nirrakkomandaw b’ qawwa din it-tip ta’ komunikazzjoni. Dawn il-messaġġi jfakkru lill-membri dwar l-iskeda tal-laqgħat tal-Ħadd għal dik il-ġimgħa, fosthom is-suġġett tal-lezzjoni li jkun imiss, u jgħinu biex titkompla l-konverżazzjoni fid-dar dwar l-evanġelju. Barra minn hekk, il-laqgħat tal-adulti nhar ta’ Ħadd jipprovdu wkoll informazzjoni li tgħaqqad l-istudju ta’ kull ġimgħa fil-knisja mal-istudju fid-dar.
Il-laqgħa tas-sagrament u l-ħin tal-lezzjoni jeħtieġu, bl-għajuna tat-talb, ċerta konsiderazzjoni biex niżguraw li jiġu enfasizzati l-prijoritajiet spiritwali aktar milli l-funzjonijiet amministrattivi. Per eżempju, xi aħbar li jkollna tista’ ssir waqt stedina li nagħmlu f’ nofs il-ġimgħa jew permezz ta’ xi avviż stampat. Filwaqt li l-laqgħa tas-sagrament għandha tibda u tintemm b’ talba, fit-tieni laqgħa jkun hemm bżonn biss tat-talba tal-għeluq.11
Kif issemma aktar kmieni, l-iskeda l-ġdida tal-Ħadd mhux se tibda qabel Jannar 2019. Hemm diversi raġunijiet għal dan. L-aktar żewġ raġunijiet importanti huma, l-ewwel, sabiex ikun hemm ħin biżżejjed biex jitqassam ir-riżors Ejja Imxi Warajja għall-individwi u l-familji u, it-tieni, biex nagħtu ċans lill-presidenti tal-wited u lill-isqfijiet biex jirranġaw l-iskedi tal-laqgħat tagħhom bil-għan li l-oqsma tagħhom ikunu jistgħu jiltaqgħu aktar kmieni fil-ġurnata.
Hekk kif il-mexxejja fittxew li jiksbu r-rivelazzjoni, il-gwida li rċevejna f’ dawn l-aħħar snin kienet biex tissaħħaħ il-laqgħa tas-sagrament, jiġi meqjum jum is-Sabbath, u biex jiġu mħeġġin u assistiti l-ġenituri u l-individwi biex jagħmlu minn djarhom sors ta’ qawwa spiritwali u fidi akbar—post ta’ ferħ u hena.
Barkiet Straordinarji
Xi jfisser dan it-tibdil għall-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem? Aħna ninsabu ċerti li l-membri se jiġu mberkin b’ modi mill-aktar straordinarji. Il-Ħadd jista’ jkun jum ikkaratterizzat mill-istudju u t-tagħlim tal-evanġelju, kemm fil-knisja kif ukoll fid-dar. Hekk kif l-individwi u l-familji jingaġġaw ruħhom fil-kunsilli tal-familja, fl-istorja tal-familja, fil-ministeru, fis-servizz, fil-qima personali u f’ ħin ta’ ferħ mal-familja, jum is-Sabbath verament ikun għalihom l-għaxqa tagħhom.
Waħda familja fil-Brażil hija magħmula minn membri ta’ wited li fih ġie ttestjat ir-riżors ġdid Ejja, Imxi Warajja. Il-missier, Fernando, li kien serva missjoni, u li hu miżżewweġ lil Nancy u għandhom erbat itfal żgħar, qal hekk: “Meta ġie introdott il-programm Ejja, Imxi Warajja fil-qasam tagħna, jiena ħassejtni verament eċċitat dwar dan u għedt bejni u bejn ruħi ‘il-mod kif aħna nistudjaw l-iskrittura fid-dar sejjer jinbidel.’ Hekk seħħ fid-dar tiegħi, u bħala mexxejja tal-Knisja jiena dan rajtu jseħħ ukoll fi djar oħra. … Verament kien ta’ għajnuna għalina biex niddiskutu l-iskrittura f’ darna. Jien u marti bdejna nifhmu aħjar is-suġġett li konna qed nistudjaw. … Dan wassalna biex … inkabbru l-għarfien tagħna tal-evanġelju kif ukoll inkabbru l-fidi u t-testimonjanza tagħna. … Jiena naqsam it-testimonjanza tiegħi … li jien naf li dan kien ġie ispirat mill-Mulej ħalli l-istudju konsistenti u effettiv tal-prinċipji u d-duttrina li nsibu fl-iskrittura jwasslu aktar fidi u testimonjanza u aktar dawl lill-familji … f’ din li aktar ma’ tmur aktar qed tintilef.”12
Fl-utied li fihom sar dan it-test, kien hemm rispons mill-aktar pożittiv għar-riżors tad-dar Ejja, Imxi Warajja. Ħafna kienu li rrapportaw l-iżvilupp li esperjenzaw, minn sempliċi qari tal-iskrittura għal studju tal-iskrittura. Ħafna ħassew ukoll li l-esperjenza kienet waħda li ssaħħitilhom il-fidi tagħhom u li kellha impatt mill-aqwa fuq il-qasam.13
Konverżjoni Profond u Dejjiema
L-għan ta’ dan it-tibdil hu li l-adulti u l-ġenerazzjoni li għadha tielgħa jiksbu konverżjoni aktar profonda u dejjiema. L-ewwel paġna tar-riżors għall-individwi u l-familji jgħid: “L-għan tat-tagħlim kollu tal-evanġelju hu li nsaħħu l-konverżjoni tagħna u li jgħinna nsiru aktar bħal Ġesù Kristu. … Dan ifisser li nafdaw li Kristu jista’ jwettaq bidla f’ qalbna.”14 Dan huwa assistit billi nilħqu “lil hinn mill-klassi fil-qalb u d-dar tal-individwu. Dan jeħtieġ minna ċertu sforz konsistenti li jgħinna nifhmu u ngħixu l-evanġelju. Il-vera konverżjoni teħtieġ l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu.”15
L-aktar għan importanti u l-aqwa barka li nirċievu minn konverżjoni profonda u dejjiema hi li b’ mod den aħna nirċievu l-patti u l-ordinanzi fit-triq tal-patt.16
Aħna nafu li intom se tiddiskutu flimkien u tfittxu li tiksbu r-rivelazzjoni kif tistgħu timplimentaw dan it-tibdil—mingħajr ma tħarsu lil hinn mit-tagħlim żvelat lilkom jew mingħajr ma tippruvaw tiddettaw lill-individwi u lill-familji. Intom dalwaqt se tirċievu aktar informazzjoni, fosthom ittra tal-Ewwel Presidenza flimkien ma’ ktejjeb żgħir.
Jiena nixhed li fid-deliberazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewwel Presidenza u tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu ġewwa t-tempju, u wara li l-profeta għażiż tagħna tkellem mal-Mulej biex jikseb ir-rivelazzjoni kif nistgħu nimxu ‘l quddiem b’ dan it-tibdil, aħna lkoll irċevejna konferma mill-aktar qawwija. Russell M. Nelson huwa l-President u l-Profeta ħaj tagħna. It-tħabbir li sar illum se jirriżulta f’ barkiet mill-aktar profondi għal dawk li b’ entużjażmu jħaddnu dan it-tibdil u jfittxu l-gwida tal-Ispirtu s-Santu. Aħna nersqu aktar viċin Missierna tas-Smewwiet u l-Mulej u s-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu, li tagħhom jiena nagħti x-xhieda ċerta tiegħi. F’ isem Ġesù Kristu, amen.