Ottubru 2018 Sezzjoni tas-Sibt Filgħodu Sezzjoni tas-Sibt Filgħodu Russell M. NelsonRimarki tal-FtuħIl-President Nelson iħabbar li wasal iż-żmien għal Knisja ċċentrata madwar id-dar, u dan se jkun rifless f’ ċertu tibdil organizzattiv li se jsaħħaħ lill-individwi u l-familji. Quentin L. CookKonverżjoni Profonda u Dejjiema lejn Missierna tas-Smewwiet u Sidna Ġesù KristuIl-Presbiteru Cook ħabbar tibdil fl-iskeda tal-laqgħa tal-Ħadd u fil-kurrikulu, li t-tnejn li huma huma intenzjonati li jibbilanċjaw it-tagħlim tal-evanġelju fid-dar u fil-knisja. M. Joseph BroughErfgħu Raskom ‘il Fuq u IfirħuBrother Brough jgħallem li aħna nistgħu nsibu l-ferħ anke qalb l-isfidi tal-ħajja hekk kif aħna nħabbtu wiċċna ma’ ħwejjeġ diffiċli bil-mod kif irid il-Mulej. Steven R. BangerterNibdnu l-Pedament ta’ Ħidma KbiraIl-Presbiteru Bangerter jgħallimna kif aħna nistgħu nibnu l-pedament tal-evanġelju fil-familji tagħna billi ngħallmu lil uliedna l-evanġelju u nistabbilixxu drawwiet tajbin. Ronald A. RasbandTitħawdu XejnIl-Presbiteru Rasband ifakkarna li minkejja li ninsabu ngħixu fi żminijiet perikolużi, m’għandniex għalfejn nibżgħu jekk aħna nibqgħu ffokati fuq il-fidi tagħna f’ Ġesù Kristu. David A. BednarKollox Jinġabar Taħt Ras Waħda, li Hu KristuIl-Presbiteru Bednar jgħallem li hekk kif aħna niġbru diversi prinċipji u drawwiet tal-evanġelju fi Kristu, aħna nirċievu perspettiva u kapaċità spiritwali akbar. Dallin H. OaksIl-Verità u l-PjanIl-President Oaks jgħallem li aħna għandna nfittxu l-verità minn sorsi li nistgħu nafdaw fuqhom u qasam magħna ċerti veritajiet fundamentali għalfejn bħala Qaddisin tal-Aħħar Jiem aħna ngħixu kif ngħixu. Sezzjoni tas-Sibt Wara Nofsinhar Sezzjoni tas-Sibt Wara Nofsinhar Henry B. EyringIs-Sosteniment tal-Uffiċjali tal-KnisjaIl-President Eyring jippreżenta l-ismijiet tal-Awtoritjiet Ġenerali tal-Knisja għall-vot ta’ sosteniment tagħkom. D. Todd ChristoffersonFermi u Sodi fil-Fidi Tagħna fi KristuIl-Presbiteru Christofferson jgħallem li aħna nistgħu nkunu determinati u sodi fil-fidi tagħna billi nagħmlu l-evanġelju l-punt fokali li jiddefinixxi ħajjitna. Dean M. DaviesEjjew u Ismgħu l-Leħen ta’ ProfetaL-Isqof Dean M. Davies jgħallem dwar l-irwol ta’ profeta u l-elementi essenzjali ta’ testimonjanza, inkluż il-Ktieb ta’ Mormon u l-fidi f’ Ġesù Kristu. Ulisses SoaresĦaġa Waħda fi KristuIl-Presbiteru Soares jgħallem kif aħna nistgħu nħeġġu, ngħinu u nissapportjaw aħjar lill-membri l-ġodda u lil dawk li huma interessati fil-Knisja. Gerrit W. GongIl-Ħuġġieġa ta’ Fidi TagħnaIl-Presbiteru Gong jgħallem dwar il-kreattività, il-fidi u l-ministeru u kif l-isforzi tagħna f’ dawn l-oqsma jistgħu jtejbuna u jħeġġuna. Paul B. PieperIlkoll Għandna Nieħdu Fuqna l-Isem Mogħti mill-MissierIl-Presbiteru Pieper jgħallem xi tfisser li nieħdu fuqna isem Ġesù Kristu. Dieter F. UchtdorfEmmen, Ħobb, AġixxiIl-Presbiteru Uchtdorf jgħallem li l-Knisja hija l-post fejn aħna nistgħu nikbru, fejn it-twemmin tagħna f’ Alla, l-imħabba tagħna lejh u lejn ħaddieħor, u l-ubbidjenza tagħna jwasslulna l-ferħ u jagħtu tifsira lil ħajjitna. Sezzjoni Ġenerali tan-Nisa Sezzjoni Ġenerali tan-Nisa Joy D. JonesGħalihSister Jones tgħallem kif aħna nistgħu nservu lil ħaddieħor billi nħobbu u nservu lil Missierna tas-Smewwiet u lil Ġesù Kristu. Michelle D. CraigSkuntentizza DivinaSister Craig tħeġġeġ lill-aħwa nisa biex jaċċettaw ċerti sentimenti ta’ skuntentizza li jispirawhom biex itejbu lilhom infushom—li jaġixxu b’ fidi, li jagħmlu t-tajjeb, u li jafdaw f’ Ġesù Kristu. Cristina B. FrancoIl-Ferħ ta’ Servizz AltruwistaSister Franco tgħallem li aħna għandna nimxu wara l-eżempju tas-Salvatur, fejn jidħlu s-servizz, is-sagrifiċċju u l-imħabba. Henry B. EyringIn-Nisa u t-Tagħlim tal-Evanġelju fid-DarIl-President Eyring jgħallem li aħna nistgħu nħarsu lejn is-Salvatur bħala l-eżempju perfett tagħna hekk kif nagħmlu l-almu tagħna biex nenfasizzaw it-tagħlim tal-evanġelju fi djarna. Dallin H. OaksĠenituri u WliedIl-President Oaks iħeġġeġ lin-nisa biex jieħdu ħsieb ulied Alla fit-triq tal-patt u jgħid lit-tfajliet biex jillimitaw l-użu tat-telefon ċellulari tagħhom u biex huma jkunu twajbin bejniethom. Russell M. NelsonIl-Parteċipazzjoni tal-Aħwa Nisa fil-Ġabra ta’ IżraelIl-President Nelson jixhed dwar l-influwenza kbira tan-nisa u d-doni spiritwali li huma jħaddnu. Huwa jistedinhom biex jużaw id-doni tagħhom ħalli jgħinu fil-ġabra ta’ Iżrael. Sezzjoni tal-Ħadd Filgħodu Sezzjoni tal-Ħadd Filgħodu M. Russell BallardIl-Viżjoni u l-Fidwa tal-MejtinIl-President Ballard iddeskriva ċerti avvenimenti personali mil-ħajja ta’ Joseph F. Smith li jqiegħdu f’ kuntest ir-rivelazzjoni tal-fidwa tal-mejtin li nsibu fid-D&P 138. Bonnie H. CordonInsiru RgħajjaSister Cordon tgħallem li biex aħna nimministraw lin-nagħaġ tal-Mulej jeħtieġ minna li aħna nkunu nafuhom u ninumerawhom, inħarsuhom u niġbruhom flimkien fil-merħla ta’ Alla. Jeffrey R. HollandIl-Ministeru tar-RikonċiljazzjoniIl-Presbiteru Holland iħeġġiġna biex naħfru u naħdmu flimkien mas-Salvatur bħala nies li nħobbu l-paċi, sabiex aħna nirrikonċiljaw ruħna ma’ Alla u ma’ xulxin. Shayne M. BowenL-Irwol tal-Ktieb ta’ Mormon fil-KonverżjoniIl-Presbiteru Bowen jixhed dwar il-qawwa li tikkonverti tal-Ktieb ta’ Mormon u kif huwa l-mezz li permezz tiegħu aħna nistgħu niġbru flimkien lil ulied Iżrael f’dawn l-aħħar jiem. Neil L. AndersenMidrubaIl-Presbiteru Andersen iħeġġeġ lil dawk li jinsabu jsofru minn ġrieħi fiżiċi jew spiritwali biex ikabbru l-fidi tagħhom f’ Ġesù Kristu u jfittxu l-qawwa Tiegħu ta’ fejqan. Russell M. NelsonL-Isem Korrett tal-KnisjaIl-President Nelson jgħallimna li aħna għandna nirreferu għall-Knisja bl-isem korrett tagħha, il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem. Sezzjoni tal-Ħadd Wara Nofsinhar Sezzjoni tal-Ħadd Wara Nofsinhar Henry B. EyringIpprova, Ipprova, IpprovaIl-President Eyring jgħallimna li s-Salvatur se jġorrna qalb l-isfidi tagħna u aħna nieħdu l-isem Tiegħu fuqna hekk kif aħna nitolbu għall-imħabba Tiegħu u hekk kif naqsmu din l-imħabba ma’ ħaddieħor. Brian K. AshtonIl-MissierBrother Ashton jgħallem ċerti punti duttrinali ewlenin dwar Missierna tas-Smewwiet biex jgħinna nifhmu aħjar il-karattru veru Tiegħu u jgħinna neżerċitaw il-fidi tagħna fiH u f’ Ibnu. Robert C. GayNieħdu fuqna Isem Ġesù Kristu.Il-Presbiteru Gay jgħallem li aħna nistgħu nieħdu fuqna isem Kristu billi nħarsu lejn l-oħrajn kif iħares lejhom hu, billi nservu kif iservi Hu, u billi jkollna fiduċja li l-grazzja Tiegħu hija suffiċjenti. Mill-Presbiteru Matthew L. CarpenterTrid Tfiq?Il-Presbiteru Carpenter jgħallem li s-Salvatur jista’ jfejjaqna fiżikament u spiritwalment. Dale G. RenlundGħażlu IllumIl-Presbiteru Renlund jgħallem li l-ferħ etern niksbuh hekk kif aħna nagħżlu li nimxu wara l-pjan ta’ Alla u ningħaqdu Miegħu fil-ħidma Tiegħu. Jack N. GerardIssa l-MumentIl-Presbiteru Gerard jgħallem dwar l-importanza li nisseparaw ruħna mid-dinja u nirriflettu dwar il-veritajiet tal-evanġelju. Gary E. StevensonNirgħu l-ErwieħIl-Presbiteru Stevenson jgħallem li aħna għandna r-responsabbiltà li nimministraw lill-oħrajn, immexxuhom lejn it-tempju u ultimament lejn is-Salvatur. Russell M. NelsonInsiru Qaddisin tal-Aħħar Jiem EżemplariIl-President Nelson iħabbar 12-il tempju ġdid. Huwa jħeġġiġna wkoll biex nistudjaw il-messaġġi tal-konferenza u napplikawhom f’ ħajjitna.