Konferenza Ġenerali
L-Għajta tal-Hosanna
Konferenza Ġenerali April 2020


L-Għajta tal-Hosanna

Issa, għeżież ħuti, hekk kif nikkommemoraw l-Ewwel Viżjoni ta’ Joseph Smith li fiha ra lill-Missier u lill-Iben, aħna nħossu li jkun xieraq li nifirħu flimkien billi nipparteċipaw fl-Għajta tal-Hosanna.

Din l-għajta sagra ġiet mogħtija l-ewwel darba f’din id-dispensazzjoni fid-dedikazzjoni tat-Tempju ta’ Kirtland, fis-27 ta’ Marzu, 1836. Issa qed tingħata waqt id-dedikazzjoni ta’ kull tempju. Hija tislima sagra lill-Missier u l-Iben, li tissimbolizza r-reazzjoni tal-miġemgħa meta s-Salvatur daħal b’mod trijonfanti f’Ġerusalemm. Tirriafferma wkoll dak li t-tfajjel Joseph esperjenza dak inhar fil-Masġar Sagru—jiġifieri, li l-Missier u l-Iben huma żewġ Esseri glorifikati li lilhom aħna nagħtu qima u tifħir.

Issa se nurikom kif tingħata l-Għajta tal-Hosanna. Kif nagħmel dan, nistieden lill-kollegi tiegħi fil-midja biex jittrattaw din l-osservanza mill-aktar sagra b’dinjità u rispett.

Kull parteċipant jaqbad f’idu maktur abjad nadif, iżommu minn tarf wieħed u jibda jxejru, filwaqt li flimkien ngħidu: “Hosanna, Hosanna, Hosanna lil Alla u lill-Ħaruf,” u nirrepetu dan għal tliet darbiet, u wara ngħidu “Amen, Amen u Amen.” Jekk m’għandkomx maktur abjad, tistgħu sempliċiment ixxejru idkom.

Ħuti, issa nistedinkom biex tqumu bilwieqfa u tipparteċipaw fl-Għajta tal-Hosanna, u wara jiġi kantat l-“Innu tal-Hosanna” u “L-Ispirtu ta’ Alla”1 .

Mas-sinjal tad-direttur, jekk jogħġobkom ingħaqdu fil-kant ta’ “L-Ispirtu ta’ Alla.”

Hosanna, Hosanna, Hosanna lil Alla u lill-Ħaruf.

Hosanna, Hosanna, Hosanna lil Alla u lill-Ħaruf.

Hosanna, Hosanna, Hosanna lil Alla u lill-Ħaruf.

Amen, Amen, u Amen.

Nota

  1. Innijiet u Għanjiet tat-Tfal, pġ. 28.