Kapitlu 9
Profeti
Illum min jista’ jitkellem f’isem Missierna fis-Smewwiet u jgħidilna xi jridna nkunu nafu u nagħmlu Missierna fis-Smewwiet?
Profeta Hu Raġel li Jitkellem f’Isem Missierna fis-Smewwiet
Missierna fis-Smewwiet jagħżel raġel biex jitkellem f’ismu fid-dinja. Dan ir-raġel jissejjaħ profeta. Il-profeta jħobb lil Missierna fis-Smewwiet u jagħmel l-affarijiet li jridu jagħmel Missierna fis-Smewwiet. Missierna fis-Smewwiet jgħallem lill-profeta dawk l-affarijiet li jeħtieġ inkunu nafu u nagħmlu. Imbagħad il-profeta jgħidilna dawk l-affarijiet. Meta l-profeta jitkellem f’isem Missierna fis-Smewwiet, hu jgħidilna l-affarijiet li jgħidilna Missierna fis-Smewwiet li kieku kien qed ikellimna Hu.
Dawn huma wħud mill-affarijiet li jgħidilna l-profeta:
-
Hu jgħidilna li Ġesù hu Iben Missierna fis-Smewwiet, li Ġesù hu s-Salvatur tagħna, u li t-tagħlim ta’ Ġesù huwa veru.
-
Hu jgħallimna affarijiet li Missierna fis-Smewwiet qalilna li għandna nagħmlu.
-
Hu jgħidilna biex nieqfu nagħmlu affarijiet ħżiena.
-
Hu jgħidilna dwar affarijiet li se jseħħu fil-futur.
Hu biss Missierna fis-Smewwiet li jista’ jagħżel profeta. In-nies ma jistgħux jagħżlu profeta. Raġel ma jistax jagħżel lilu nnifsu biex ikun profeta. Missierna fis-Smewwiet jagħti lill-profeta l-awtorità li jwettaq il-ħidma tiegħu u li jitkellem f’ismu. L-ebda bniedem ma jista’ jirrappreżenta lil Missierna fis-Smewwiet jekk ma jkollux din l-awtorità.
Missierna fis-Smewwiet Dejjem Bagħat Profeti biex Jgħinuna
Missierna fis-Smewwiet dejjem kien jimpurtah minn uliedu fid-dinja. Sa minn żmien Adam, Huwa bagħat profeti biex jgħinu lil uliedu. Hu jibgħat profeti biex iwissu lin-nies kontra l-periklu. Hu jibgħathom biex imexxu lin-nies ’il bogħod minn kull inkwiet. Hu jibgħathom biex jgħinu lin-nies jitħejjew għal avvenimenti kbar. Dawn huma wħud mill-profeti li bagħat Missierna fis-Smewwiet:
-
Noè: Hu wissa lin-nies li Missierna fis-Smewwiet kien se jibgħat dilluvju biex jeqridhom jekk ma kinux se jieqfu jagħmlu affarijiet ħżiena.
-
Abraham: Hu obda lil Missierna fis-Smewwiet u għallem lil uliedu biex jobdu lil Missierna fis-Smewwiet. Missierna fis-Smewwiet wiegħed li jagħti ħafna affarijiet lil Abraham u lid-dixxendenti tiegħu.
-
Mosè: Hu ħareġ lill-poplu ta’ Iżrael mill-Eġittu u mexxih lejn art li Missierna fis-Smewwiet ħejja għalih.
Missierna fis-Smewwiet bagħat profeti wkoll fi żmienna. Wieħed mill-profeti li kien jgħix fi żmien mhux daqstant ’il bogħod kien raġel jismu Joseph Smith. Hu kien jgħix fl-Istati Uniti tal-Amerka. Fl-1820 Joseph Smith kellu 14-il sena. F’dawk iż-żminijiet, bosta nies ingħaqdu ma’ knejjes differenti, fit-tfittxija tagħhom għall-vera Knisja. Joseph ried ikun bniedem tajjeb u ried isib il-vera Knisja ta’ Missierna fis-Smewwiet.
Darba Joseph kien qed jaqra ktieb qaddis jissejjaħ il-Bibbja. Hu qara li jekk int trid tkun taf xi ħaġa, għandek tistaqsi lil Missierna fis-Smewwiet, u Missierna fis-Smewwiet iwieġbek. Hu emmen li Missierna fis-Smewwiet verament kien se jgħidlu x’kellu jagħmel. Hu ddeċieda li jgħid talba speċjali lil Missierna fis-Smewwiet.
Għodwa waħda, Joseph mar ġo foresta żgħira biex jitlob. Waqt li kien qed jitlob, niżel mis-sema dawl jiddi aktar mix-xemx. F’dan id-dawl hu ra lil Missierna fis-Smewwiet u lil Ġesù Kristu. Missierna fis-Smewwiet ipponta lejn Ġesù u qal, “Dan hu Ibni l-Għażiż. Isimgħu!”
Joseph sema’ dak kollu li qallu Ġesù, u hu obda l-istruzzjonijiet li tah Ġesù.
Hekk kif Joseph beda jikber, Missierna fis-Smewwiet għażlu biex ikun il-profeti tiegħu. Hu kien profeta kbir. Hu għallem lin-nies l-affarijiet li riedhom jagħmlu Missierna fis-Smewwiet.
Joseph Smith miet fl-1844. Wara li miet, Missierna fis-Smewwiet għażel bniedem ieħor biex ikun il-profeta. Illum, kull meta jmut il-profeta, Missierna fis-Smewwiet jagħżel bniedem ieħor biex jitkellem għalih fid-dinja.
Missierna fis-Smewwiet bagħat profeti fi żmienna.
Illum Hawn Profeta fid-Dinja
Missierna fis-Smewwiet iħobb lil uliedu li jinsabu fid-dinja llum. Huwa jaf li aħna għandna ħafna problemi. Huwa bagħat profeta biex jgħinna. Illum Hu jkellem lill-profeta l-istess kif kellem lill-profeti fil-passat. Lil dan il-profeta Missierna fis-Smewwiet jagħtih struzzjonijiet għan-nies tad-dinja kollha. Il-profeta hu l-uniku bniedem li jista’ jirċievi struzzjonijiet minn Missierna fis-Smewwiet għad-dinja kollha.
Il-profeta li jgħix illum huwa raġel meraviljuż. Huwa jħobb lil Missierna fis-Smewwiet u jrid jobdih. Missierna fis-Smewwiet jgħid lill-profeta affarijiet li jridna nkunu nafu u nagħmlu.
Missierna fis-Smewwiet Jgħinna Meta Aħna Nobdu l-Istruzzjonijiet li Hu Jagħti lill-Profeta
Missierna fis-Smewwiet talabna biex nobdu lill-profeta tiegħu meta l-profeta jitkellem f’ismu. Meta nobdu l-istruzzjonijiet li Missierna fis-Smewwiet jagħti lill-profeta, aħna nitgħallmu kif nistgħu nsiru aktar bħal Missierna fis-Smewwiet. Aħna nitgħallmu x’għandna nagħmlu. Nistgħu nitgħallmu kif insolvu l-problemi li jkollna. Missierna fis-Smewwiet jgħinna, u aħna jkollna l-paċi f’qalbna.