Rapport tad-Dipartiment tal-Awditjar tal-Knisja, 2020
Lill-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem
Għeżież Aħwa: Kif immexxi permezz ta’ rivelazzjoni, kif hemm miktub f’sezzjoni 120 tad-Duttrina u Patti, il-Kunsill dwar id-Dispożizzjoni tad-Dieċmi—magħmul mill-Ewwel Presidenza, mill-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, u l-Veskovat li Jippresedi— jawtorizza l-infiq tal-fondi tal-Knisja. L-entitajiet tal-Knisja jħallsu l-fondi skont baġits, polisis, u proċeduri approvati.
L-Awditjar tal-Knisja, li jikkonsisti minn professjonisti bi kredenzjali u hu indipendenti minn kull dipartiment ieħor u kull entità oħra tal-Knisja, għandu r-responsabbiltà li jwettaq l-awditjar għall-għan li jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli rigward kontribuzzjonijiet li ġew riċevuti, infiq li jkun sar, u sabiex jissalvagwardja l-assi tal-Knisja.
Ibbażat fuq l-awditjar li sar, l-Awditjar tal-Knisja huma tal-opinjoni li, b’rispett materjali kollu, il-kontribuzzjonijiet li ġew riċevuti, l-infiq li sar, u l-assi tal-Knisja għas-sena 2020 ġew kollha rreġistrati u amministrati skont il-baġits, il-polisis, u l-prattiċi relatati ma’ ekkawnts approvati tal-Knisja. Il-Knisja ssegwi l-prattiċi mgħallma lill-membri tagħha li jgħixu skont il-baġit tagħhom, jevitaw id-dejn, u jfaddlu għal meta jkunu fi bżonn.
Sottomess b’rispett,
Dipartiment tal-Awditjar tal-Knisja
Jared B. Larson
Direttur Maniġerjali