2010-2019
Ejjew ‘il Quddiem
April 2018


Ejjew ‘il Quddiem

Ix-xewqa tagħkom li tobdu tikber hekk kif intom tiftakru u tirriflettu fuq dak li intom ħassejtu f’ dawn l-aħħar jumejn.

Għeżież ħuti, hekk kif aħna resqin lejn tmiem din il-konferenza storika, jiena ningħaqad magħkom biex nirringrazzja lill-Mulej għad-direzzjoni Tiegħu u l-influwenza li ispiratna lkoll. Il-mużika kienet waħda mill-isbaħ u edifikanti. Mhux biss il-messaġġi kienu mill-aktar edifikanti iżda kienu messaġġi li jwasslu biex jibdlu ħajja ta’ bniedem.

Fl-assemblea solenni aħna sostnejna l-Ewwel Presidenza l-ġdida. Żewġt irġiel mill-aktar meraviljużi sabu posthom fil-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. U ġew imsejħa tmien Awtorità Ġenerali Sebgħin ġodda.

Dan hum l-kliem ta’ għanja mill-aktar favorita tiegħi li tiġbor fil-qosor id-determinazzjoni mġedda tagħna, l-isfida tagħna u r-responsabbiltà tagħna li nimxu ‘l quddiem:

Ejjew ’il quddiem, tal-Mulej immexxu x-xogħol,

Ħalli f’ tmiem din il-ħajja, il-premju niksbu lkoll;

Fil-ġlieda għas-sewwa, ix-xabla magħna tkun,

Ix-xabla tal-verità.

Tibżgħux, għalkemm bina jgħaddu ż-żmien;

Kuraġġ, magħna l-Mulej dejjem kien.

Ma nagħtux kas, dak li l-ħżiena qegħdin jgħidu,

‘Żda ejjew, biss nobdu lill-Mulej.1

Nitlobkom biex intom tistudjaw il-messaġġi ta’ din il-konferenza b’ mod frekwenti—anke ripetutament—tul is-sitt xhur li ġejjin. Araw li kuxjenzjożament tfittxu modi kif tinkorporaw dawn il-messaġġi fil-lejliet tagħkom id-dar mal-familja, it-tagħlim tagħkom tal-evanġelju, fil-konverżazzjonijiet tagħkom mal-familja u l-ħbieb u saħansitra fid-diskussjonijiet tagħkom ma’ dawk li mhumiex ta’ twemmin tagħna. Ħafna nies twajbin iwieġbu għall-veritajiet mgħallma f’ din il-konferenza meta aħna nwassluhom b’ imħabba. U x-xewqa tagħkom li tobdu tikber hekk kif intom tiftakru u tirriflettu fuq dak li intom ħassejtu f’ dawn l-aħħar jumejn.

Din il-konferenza ġenerali tagħti bidu għal era ġdida tal-ministeru. Il-Mulej għamel diversi tibdil importanti fil-mod li aħna nieħdu ħsieb xulxin. Ħuti—intom l-anzjani u intom iż-żgħażagħ—intom se tibdew taqdu lil xulxin f’ mod aktar ġdid u qaddis. Il-kwora tal-presbiteri se jissaħħu biex ibierku l-ħajja tal-irġiel, tan-nisa u tat-tfal madwar id-dinja. L-aħwa tas-Soċjetà tal-Għajnuna se jkomplu jimministraw bil-mod uniku u kollu mħabba tagħhom, fejn se jestendu opportunitajiet ġodda lil tfajliet żgħażagħ biex huma jingħaqdu magħhom skont kif jiġu mitlubin jagħmlu.

Il-messaġġ tagħna lid-dinja huwa wieħed sempliċi u sinċier: aħna nistiednu lill-ulied kollha ta’ Alla fuq iż-żewġ naħat tal-velu biex huma jersqu lejn is-Salvatur, jirċievu l-barkiet tat-tempju mqaddes, ikollhom ferħ dejjiem u jikkwalifikaw għall-ħajja eterna.2

L-eżaltazzjoni eventwali teħtieġ issa l-fedeltà sħiħa tagħna lejn patti li aħna għamilna u lejn ordinanzi li aħna rċevejna fid-dar tal-Mulej. F’ dan iż-żmien, aħna għandna jiffunzjona 159 tempju, u hemm oħrajn li bħalissa għadhom qed jinbnew.Aħna rridu nressqu t-tempji aktar viċin il-membri dejjem jikbru tal-Knisja. Għalhekk aħna verament kuntenti li se nħabbru l-pjanijiet li aħna għandna li nibnu seba’ tempji ġodda oħra.Dawn it-tempji se jkunu lokalizzata fil-postijiet li ġejjin: Salta, l-Arġentina; Bengaluru, l-Indja; Managua, Nikaragwa; Kagayan de Oro, il-Filippini; Layton, Utah; Richmond, Virginia; u f’ belt ewlenija fir-Russja li għad trid tiġi kkonfermata.

Għeżież ħuti, il-bini ta’ dawn it-tempji jaf ma jwassalx biex jibdel ħajjitkom, iżda l-ħin li intom tgħaddu fit-tempju żgur jasal biex jagħmel dan. F’ dak l-ispirtu, jiena inberikkom li intom tidentifikaw dawk il-ħwejjeġ li intom tistgħu toqogħdu ftit mingħajrhom biex tkunu tistgħu tqattgħu aktar ħin fit-tempju. Inberikkom b’ armonija u mħabba akbar f’ darkom u b’ xewqa akbar biex tieħdu ħsieb ir-relazzjonijiet tal-familja eterna tagħkom.Inberikkom b’ fidi akbar fil-Mulej Ġesù Kristu u b’ abbiltà akbar li timxu warajh bħala d-dixxiplu vera Tiegħu.

Inberikkom biex issemmgħu leħinkom u taqsmu t-testimonjanza tagħkom, kif qed nagħmel jiena issa, li aħna ninsabu ingaġġati fil-ħidma ta’ Alla s-Setgħan! Ġesù hu l-Kristu. Din hija l-Knisja Tiegħu, li Huwa jmexxi permezz tal-qaddejja magħżula Tiegħu. Jiena nixhed dwar dan, b’ turija tal-imħabba tiegħi lejn kull wieħed u waħda minnkom, fl-isem sagru ta’ Ġesù Kristu, amen

Noti

  1. “Ejjew ‘il Quddiem,” Innijiet u Għanjiet tat-Tfal, paġna 10.

  2. Spjegat f’ Duttrina u Patti 14:7 bħala “l-akbar rigal fost ir-rigali kollha ta’ Alla.”