2010-2019
Nimministraw bil-Qawwa u l-Awtorità ta’ Alla
April 2018


Nimministraw bil-Qawwa u l-Awtorità ta’ Alla

Aħna nimministraw f’ ismu, bil-qawwa u l-awtorità Tiegħu, u bit-tjubija kollha mħabba Tiegħu.

Għeżież ħuti, grazzi għad-devozzjoni tagħkom lejn il-Mulej u lejn il-ħidma mqaddsa Tiegħu. Inħossni verament ferħan li ninsab magħkom. Bħala l-Ewwel Presidenza ġdida, aħna nirringrazzjawkom għat-talb tagħkom u għall-isforz ta’ sosteniment tagħkom. Aħna grati għal ħajjitkom u għas-servizz tagħkom f’ isem il-Mulej. Id-devozzjoni tagħkom lejn ir-responsabbiltà li intom għandkom u s-servizz altruwista tagħkom hija importanti fis-sejħiet li intom għandkom daqs kemm hija importanti tagħna fis-sejħiet tagħna.Tul il-ħajja tiegħi ta’ servizz f’ din il-Knisja, jiena tgħallimt li fil-verità mhux importanti fejn wieħed iservi. Il-Mulej dak li jimpurtah huwa kifwieħed iservi.

Jiena nesprimi l-gratitudni kbira tiegħi lejn il-President Thomas S. Monson, li kien ta’ eżempju għalija għal aktar minn 50 sena. U jien nesprimi l-ammirazzjoni profonda tiegħi lejn il-kunsilliera tiegħu, il-President Henry B. Eyring u l-President Dieter F. Uchtdorf.Verament ta’ min ifaħħar is-servizz tagħhom lejn il-Mulej u lejn il-profeti Tiegħu. Dawn iż-żewġ qaddejja, devoti t-tnejn li huma, irċevew essajnments ġodda. Huma se jkomplu jservu b’ enerġija u impenn. Jiena nonorahom u nħobbhom it-tnejn li huma.

Hija barka meraviljuża li sservi fil-Knisja vera u ħajja tal-Mulej bl-awtorità u l-qawwa Tiegħu. Ir-restawrazzjoni tas-saċerdozju ta’ Alla, li tinkludi l-imfietaħ tas-saċerdozju, tagħmel l-akbar barka fost il-barkiet spiritwali kollha disponibbli lil kull Qaddis tal-Aħħar Jiem den. Aħna naraw dawk il-barkiet neżlin fuq in-nisa, l-irġiel u t-tfal madwar id-dinja.

Aħna naraw nisa fidili li jifhmu l-qawwa inerenti fis-sejħiet tagħhom u fl-għotja mqaddsa tagħhom u f’ ordinanzi oħra tat-tempju. Dawn in-nisa jafu kif għandhom isejħu l-qawwiet tas-smewwiet biex huma jipproteġu u jqawwu lil żewġhom, lil uliedhom u lil dawk kollha li huma jħobbu.Dawn huma nisa spiritwalment b’ saħħithom li jmexxu, jgħallmu u jimministraw mingħajr biża’ fis-sejħiet tagħhom, bil-qawwa u l-awtorità ta’ Alla!1 Jiena verament grat għalihom!

Bl-istess mod, aħna naraw irġiel fidili li jgħixu denji tal-privileġġi tagħhom bħala rġiel li jħaddnu s-saċerdozju. Huma jmexxu u jservu billi jissagrifikaw bil-mod kif irid il-Mulej, b’ imħabba, bi tjubija u bil-paċenzja. Huma jbierku, jiggwidaw, jipproteġu u jsaħħu lil ħaddieħor bil-qawwa tas-saċerdozju li huma jħaddnu. Huma jwasslu l-mirakli lil dawk li huma jservu filwaqt li huma jżommu ż-żwiġijiet u l-familji tagħhom ‘il bogħod minn kull periklu. Huma jevitaw il-ħażen u huma presbiteri setgħana f’ Iżrael.2 Jiena verament grat għalihom!

Issa, tippermettuli ngħidilkom xi ħaġa li qed tinkwetani? Hija din: hawn wisq fost ħutna, irġiel u nisa, li ma jifhmux għal kollox il-kunċett tal-qawwa u l-awtorità tas-saċerdozju. Huma jaġixxu bħallikieku huma jippreferu jissodisfaw ix-xewqat u l-aptiti egoisti tagħhom milli jużaw il-qawwa ta’ Alla biex ibierku lil uliedu.

Jiena nibża’ li hawn wisq fost ħutna li mhux qed jieħdu vantaġġ mill-privileġġi li jistgħu jkunu tagħhom.3 Xi wħud minn ħutna, per eżempju, jaġixxu bħallikieku ma jifhmux x’inhu s-saċerdozju u x’ jippermettilhom li jagħmlu. Ippermettuli nagħtikom xi eżempji speċifiċi.

M’ilux wisq, jiena attendejt laqgħa tas-sagrament li fiha kien hemm tarbija tat-twelid li kienet se tingħata isem u barka ta’ missier. Il-missier żagħżugħ żamm f’ dirgħajh lit-tarbija prezzjuża tiegħu, ta isem u mbagħad offra talba mill-aktar sabiħa. Iżda huwa lit-tarbija ma tahiex barka. Dik it-tifla ħelwa u ċkejkna ġiet mogħtija isem iżda mhux barka. Dak il-presbiteru għażiż ma kienx jaf id-differenza bejn talba u barka saċerdotali. Bl-awtorità u l-qawwa saċerdotali tiegħu, huwa seta’ bierek lit-tarbija tiegħu, iżda m’għamilx dan. Jiena għedt bejni u bejn ruħi, “X’opportunità tilef!”

Ippermettuli nsemmi xi eżempji oħra. Aħna nafu b’ aħwa li jiddistingwu lil aħwa nisa bħala mexxejja u għalliema tal-Primarja, tat-Tfajliet jew tas-Soċjetà tal-Għajnuna iżda jibqgħu ma jberkuhomx—ma jberkuhomx bil-qawwa li jwettqu s-sejħiet tagħhom. Huma jagħtuhom biss ċertu twissijiet u struzzjonijiet. Aħna naraw missier den li jibqa’ lura milli jagħti lil martu u lil uliedu barka saċerdotali meta dan huwa eżattament dak li huma jkunu jeħtieġu.Il-qawwa tas-saċerdozju ġiet irrestawrata f’ din id-dinja, u madankollu hawn wisq fost ħutna, irġiel u nisa, li jgħaddu minn sfidi terribbli fil-ħajja mingħajr qatt ma jirċievu barka saċerdotali vera.Xi traġedja! Din hija traġedja li aħna nistgħu neliminaw.

L-aħwa, aħna nħaddnu s-saċerdozju mqaddes ta’ Alla! Aħna għandna l-awtorità Tiegħu li nbierku l-poplu Tiegħu. Aħsbu sempliċiment dwar l-assigurazzjoni meraviljuża li tana l-Mulej meta Huwa qal, “Lil dawk li intom tbierku jiena nbierek.”4 Huwa l-privileġġ tagħna li naġixxu f’ isem Ġesu Kristu biex inbierku l-ulied Alla skont ir-rieda Tiegħu għalihom. Intom il-presidenti tal-wited u l-isqfijiet, jekk jogħġobkom araw li l-membri kollha tal-kwora li intom responsabbli minnhom jifhmu sew kif huma għandhom jagħtu barka saċerdotali—inkluż l-affidabbiltà personali u t-tħejjija spiritwali meħtieġa minnhom biex huma jkunu jistgħu jsejħu b’ kunfidenza sħiħa l-qawwa ta’ Alla.5

Lilkom l-aħwa kollha li tħaddnu s-saċerdozju, jiena nistedinkom biex tispiraw lill-membri sabiex huma jżommu l-patti tagħhom, isumu u jitolbu, jistudjaw l-iskrittura, iqimu fit-tempju u jservu b’ fidi bħala rġiel u nisa ta’ Alla. Aħna nistgħu ngħinu lil kulħadd ikun kapaċi jara bl-għajn tal-fidi li l-ubbidjenza u s-sewwa jistgħu jressquhom aktar viċin ta’ Ġesù Kristu, jippermettulhom biex huma jgawdu s-sħubija tal-Ispirtu s-Santu u jesperjenzaw il-ferħ fil-ħajja!

Karatteristika ewlenija tal-Knisja vera u ħajja tal-Mulej dejjem se jkun l-isforz organizzat u dirett tagħna li nimministraw lill-ulied individwali ta’ Alla u lill-familji tagħhom.6 Peress li din hija l-Knisja Tiegħu, aħna bħala l-qaddejja Tiegħu se nimministraw persuna, persuna, kif għamel Hu.7 Aħna nimministraw f’ ismu, bil-qawwa u l-awtorità Tiegħu, u bit-tjubija kollha mħabba Tiegħu.

Esperjenza li jiena kelli aktar minn 60 sena ilu ġewwa Boston għallmitni sewwasew il-qawwa li hemm fil-privileġġ li aħna għandna li nimministraw persuna persuna. Dak iż-żmien jiena kont kirurgu residenti ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Massachusetts—fejn jien kont inkun kuljum xogħol, kif ukoll kont naħdem lejl iva u lejl le u tmiem il-ġimgħa iva u tmiem il-ġimgħa le. Ma tantx kien ikun baqagħli ħin għal marti, għall-erba’ wliedi u biex jien inkun attiv fil-Knisja. Madankollu, il-president tal-fergħa tagħna talabni biex nibda nżur d-dar ta’ Wilbur u Leonora Cox bit-tama li Brother Cox jerġa’ lura attiv fil-Knisja. Hu u Leonora kienu ġew issiġillati fit-tempju.8 Madankollu Wilbur kien ilu ħafna snin ma jipparteċipa.

Jiena u sieħbi morna nżuruhom id-dar tagħhom. Hekk kif dħalna għandhom, ġiet tilqagħna b’ imħabba Sister Cox,9 iżda Brother Cox mar b’ ġirja lejn kamra oħra u għalaq il-bieb.

Jiena mort ħdejn il-bieb magħluq u ħabbatt. Wara ftit, jiena smajtu jgħidli b’ leħen baxx “Idħol.” Jiena ftaħt il-bieb u sibt lil Brother Cox bilqiegħda ħdejn skoss apparat tad-dilettanti tar-radju. F’ din il-kamra żgħira, huwa qabbad sigarru. Kienet ħaġa mill-aktar ċara li huwa ma kienx ferħan biż-żjara tiegħi.

Jiena b’ kurżità ħarist ħarsa madwar il-kamra u għedt, “Brother Cox, jien minn dejjem ridt nitgħallem aktar dwar il-ħidma tad-dilettanti tar-radju. Inti tkun lest li tgħallimni xi ħaġa dwarha? Jiddispjaċini li ma nistax indum aktar hawn illejla, iżda nista’ niġi ħin ieħor?”

Huwa għamel ftit ħin jaħsibha u mbagħad qalli iva. Dak kien il-bidu ta’ dik li saret ħbiberija mill-isbaħ bejnietna t-tnejn. Jiena erġalt mort għandu u huwa beda jgħallimni. Jiena ndejt inħobbu u nirrispettah. Fid-drabi li aħna ltqajna wara dak inhar, jiena stajt, ftit ftit, nibda nara l-kobor ta’ dan ir-raġel. Aħna sirna ħbieb kbar, u l-istess nista’ ngħid dwar is-sieħba eterni tagħna. Imbagħad, meta għadda ż-żmien, aħna, bħala familja, ma bqajniex noqogħdu aktar hemm.Il-mexxejja lokali komplew jieħdu ħsieb lill-familja Cox.10

Xi tmien snin wara dik l-ewwel żjara, inħoloq il-Wited ta’ Boston.11 Li ma taqtgħux minn kien l-ewwel president ta’ dak l-ewwel wited? Iva! Brother Cox! Fis-snin ta’ wara, huwa serva wkoll bħala president tal-missjoni u president tat-tempju.

Snin wara, jiena, bħala membru tal-Kworum tat-Tnax, ġejt mitlub biex noħloq wited ġdid ġewwa Sanpete Country, Utah. Waqt l-intervisti li jsiru b’ mod regolari, jiena kont verament sorpriż li erġajt iltqajt mal-ħabib għażiż tiegħi Brother Cox! Jiena ħassejt li kelli nsejjaħlu bħala l-patrijarka l-ġdid tal-wited. Wara li jiena ordnajtu, aħna għannaqna lil xulxin u bkejna flimkien. In-nies li kien hemm fil-kamra żgur li bdew jistaqsu lilhom infushom għalfejn dawn iż-żewġt irġiel adulti kienu qed jibku. Iżda aħna konna nafu għaliex. U Sister Cox kienet taf ukoll. Id-dmugħ tagħna kien dmugħ ta’ ferħ! Fis-silenzju aħna bdejna niftakru fil-vjaġġ inkredibbli ta’ mħabba u ndiema li beda aktar minn 30 sena ilu, waqt lejla fid-dar tagħhom.

Dan ir-rakkont ma jintemmx hawnhekk. Il-familja ta’ Brother u Sister Cox kibret tant li fiha tinkludi 3 itfal, 20 neputijiet u 54 proneputijiet. U magħhom żidu wkoll l-impatt li kellhom fuq mijiet ta’ missjunarji, fuq eluf oħra ġewwa t-tempju u fuq mijiet oħrajn li rċevew il-barkiet patrijarkali tagħhom minn taħt idejn Wilbur Cox. L-influwenza tiegħu u ta’ Leonora se tkompli tinħass tul bosta ġenerazzjonijiet madwar id-dinja.

Esperjenzi bħal ta’ Wilbur u Leonora jseħħu kull ġimgħa—nittama li kuljum—f’ din il-Knisja.Il-qaddejja ddedikati tal-Mulej Ġesù Kristu jwettqu l-ħidma Tiegħu, bil-qawwa u l-awtorità Tiegħu.

L-aħwa, hemm bibien x’ nistgħu niftħu, barkiet saċerdotali x’ nagħtu, qlub x’ infejqu, tagħbija x’ inħaffu, testimonjanzi x’ insaħħu, ħajjiet x’ insalvaw u ferħ xi nwasslu fid-djar tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem—dan kollu għaliex aħna nħaddnu s-saċerdozju ta’ Alla.Aħna l-irġiel li ġejna “msejħin u mħejjija mis-sisien tad-dinja skont l-għarfien minn qabel ta’ Alla, minħabba l-fidi qawwija tagħna,” biex inwettqu din il-ħidma.12

Illejla jiena nistedinkom letteralment biex tieqfu flimkien miegħi fil-fratellanza eterna u kbira tagħna. Meta jiena nsemmi l-uffiċċji tagħkom tas-Saċerdozju, jekk jogħġobkom qumu u ibqgħu bilwieqfa.Djakni, jekk jogħġobkom qumu bilwieqfa! Għalliema, qumu! Qassisin! Isqfijiet! Presbiteri! Qassisin il-kbar! Patrijarki! Sebgħinijiet! Appostli!

Issa, l-aħwa, tistgħu jekk jogħġobkom tibqgħu bilwieqfa u tingħaqdu mal-kor tagħna u flimkien inkantaw it-tliet versi sħaħ ta’ “Qumu, O Rġiel ta’ Alla.”13 Waqt li tkunu qed tkantaw, aħsbu ftit dwar id-dmir tagħkom bħala l-armata setgħana ta’ Alla li qed tgħin tħejji d-dinja għat-Tieni Miġja tal-Mulej.Dan hu dak li aħna mitlubin li nagħmlu. Dan hu l-privileġġ tagħna. Jiena nixhed dan f’ isem Ġesù Kristu, amen.