2010-2019
Assemblea Solenni
April 2018


Assemblea Solenni

Ħuti, Il-President Nelson talabni nieħu ħsieb il-preżentazzjoni tal-assemblea solenni li għaliha ninsabu miġburin hawn illum.

Din hija okkażżjoni ta’ sinifikat kbir għall-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem madwar id-dinja.

Din tmur lura għall-10 ta’ Ottubru, 1880, meta John Taylor ġie sostnut biex jieħu post Brigham Young bħala profeta, bassâr u rivelatur u President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem, u kull waħda minn dawn l-okkażżjonijiet ġiet magħżula bħala l-assemblea solenni formali li fiha l-membri tal-Knisja jesprimu leħen il-Knisja.

Aħna se nivvotaw skont il-kwora u l-gruppi. Tinsabu fejn tinsabu, intom mistednin biex meta tiġu mitluba tqumu bilwieqfa, intom tagħmlu dan kif ukoll tgħollu idkom biex tesprimu li intom qed tagħżlu li ssostnu lil dawk li isimhom se jiġi ppreżentat lilkom. Intom għandkom tivvotaw biss meta tiġu mitlubin tqumu bilwieqfa.

L-Awtoritjiet Ġenerali assenjati fit-Tabernaklu u fis-Sala għall-Assemblea fil-Pjazza tat-Tempju se josservaw il-votazzjoni f’ dawk il-faċilitajiet. Fiċ-ċentri tal-wited, membru tal-presidenza tal-wited se jkun qed josserva l-votazzjoni. Jekk ikun hemm min jivvota kontra, dawk l-individwi għandhom jikkuntattjaw lill-president tal-wited rispettiv tagħhom.

Issa se nipproċedu. Għal darb’oħra, jekk jogħġobkom qumu bilwieqfa u vvutawbiss meta tintalbu tagħmlu dan.

Aħna nitolbu lill-membri tal-Ewwel Presidenza biex jekk jogħġobkom tqumu bilwieqfa.

Huwa propost li l-membri tal-Ewwel Presidenza jsostnu lil Russell Marion Nelson bħala profeta, bassâr u rivelatur u president tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem.

Dawk mill-Ewwel Presidenza li huma favur, jekk jogħġobkom uru dan.

Huwa propost li l-membri tal-Ewwel Presidenza jsostnu lil Dallin Harris Oaks bħala l-Ewwel Kunsillier u lil Henry Bennion Eyring bħala t-Tieni Kunsillier fl-Ewwel Presidenza tal-Knisja.

Dawk il-membri tal-Ewwel Presidenza li huma favur jistgħu juru dan.

Huwa propost li l-membri tal-Ewwel Presidenza jsostnu lil DallinHarris Oaks bħala l-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu u lil Melvin Russell Ballard bħala l-Aġent President Tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.

Il-membri tal-Ewwel Presidenza li huma favur, jistgħu juru dan.

Huwa propost li l-membri tal-Ewwel Presidenza jsostnu bħala membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu: M. Russell Ballard, Jeffrey R. Holland, Dieter F. Uchtdorf, David A. Bednar, Quentin L. Cook, D. Todd Christofferson, Neil L. Andersen, Ronald A. Rasband, Gary E. Stevenson, Dale G. Renlund, Gerrit Walter Gong, u Ulisses Soares.

Il-membri tal-Ewwel Presidenza, jekk jogħġobkom, uru dan.

Huwa propost li l-membri tal-Ewwel Presidenza jsostnu lill-kunsilliera fl-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu bħala profeti, bassâra u rivelaturi.

Il-membri tal-Ewwel Presidenza, jekk jogħġobkom tistgħu turu dan.

Il-membri tal-Ewwel Presidenza issa tistgħu tpoġġu bilqiegħda.

Aħna nistiednu lill-Presbiteru Gong u lill-Presbiteru Soares biex jieħdu posthom mal-Kworum tat-Tnax.

Il-membri biss tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, inkluż il-Presbiteru Gong u l-Presbiteru Soares, jekk jogħġobkom qumu bilwieqfa.

Huwa propost li l-membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu jsostnu lil Russell Marion Nelson bħala profeta, bassâr, u rivelatur u bħala l-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem flimkien mal-kunsilliera tiegħu u l-membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu kif ġew ippreżentati u vvotati mill-Ewwel Presidenza.

Il-Membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu li huma favur, jekk jogħġobkom uru dan.

Tistgħu tpoġġu bilqiegħda.

Aħna nitolbu lil Awtorità Ġenerali Sebgħin u lill-membri tal-Veskovat li Jippresedi biex jekk jogħġobkom tqumu bilwieqfa.

Huwa propost li l-Awtorità Ġenerali Sebgħin kollha u l-membri tal-Veskovat li Jippresedi jsostnu lil Russell Marion Nelson bħala profeta, bassâr, u rivelatur u bħala l-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem flimkien mal-kunsilliera tiegħu u l-membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu kif ġew ippreżentati u vvotati mill-Ewwel Presidenza.

L-Awtorità Ġenerali Sebgħin kollha u l-membri tal-Veskovat li Jippresedi li huma favur, jekk jogħġobkom uru dan.

Tistgħu tpoġġu bilqiegħda.

Aħna nitolbu lil dawn li ġejjin biex jekk jogħġobkom tqumu bilwieqfa, tinsabu fejn tinsabu madwar id-dinja: is-Sebgħinijiet Reġjonali, il-patrijarki ordnati, il-qassisin il-kbar, u l-presbiteri kollha.

Huwa propost li Russell Marion Nelson jiġi sostnut bħala profeta, bassâr, u rivelatur u bħala l-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem, flimkien mal-kunsilliera tiegħu u l-membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu kif ġew ippreżentati u vvotati.

Dawk kollha li intom favur, jekk jogħġobkom uru dan.

Dawk kontra tistgħu turu dan.

Jekk jogħġobkom poġġu bilqiegħda.

Nitlob lill-membri kollha tas-Soċjetà tal-Għajnuna—jiġifieri, in-nisa kollha minn 18-il sena ‘l fuq—biex jekk jogħġobkom tqumu bilwieqfa.

Huwa propost li Russell Marion Nelson jiġi sostnut bħala profeta, bassâr, u rivelatur u bħala l-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem, flimkien mal-kunsilliera tiegħu u l-membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu kif qabel ġew ippreżentati u vvotati.

Dawk kollha favur, jekk jogħġobkom indikaw dan billi tgħollu jdejkom.

Jekk hawn min hu kontra, jista’ jindika dan.

Tistgħu tpoġġu bilqiegħda.

Nitlob lil dawk kollha li jħaddnu biss is-Saċerdozju Aroniku—jiġifieri, il-qassisin, l-għalliema u d-djakni ordnati kollha —biex jekk jogħġobkom tqumu bilwieqfa.

Huwa propost li Russell Marion Nelson jiġi sostnut bħala profeta, bassâr, u rivelatur u bħala l-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem, flimkien mal-kunsilliera tiegħu u l-membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu kif qabel ġew ippreżentati u vvotati.

Dawk kollha favur, jekk jogħġobkom indikaw dan billi tgħollu jdejkom.

Jekk hawn min hu kontra, jista’ jindika dan.

Tistgħu tpoġġu bilqiegħda.

Nitlob lit-tfajliet kollha ta’ bejn it-12 u t-18-il sena biex jekk jogħġobkom tqumu bilwieqfa.

Huwa propost li Russell Marion Nelson jiġi sostnut bħala profeta, bassâr, u rivelatur u bħala l-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem, flimkien mal-kunsilliera tiegħu u l-membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu kif qabel ġew ippreżentati u vvotati.

Dawk kollha favur, jekk jogħġobkom indikaw dan billi tgħollu jdejkom.

Jekk hawn min hu kontra, jista’ jindika dan.

Tistgħu tpoġġu bilqiegħda.

Issa nitolbu lill-membri kollha, tinsabu fejn tinsabu, fosthom dawk li diġà qamu bilwieqfa qabel, biex jekk jogħġobkom tqumu bilwieqfa.

Huwa propost li Russell Marion Nelson jiġi sostnut bħala profeta, bassâr, u rivelatur u bħala l-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem, flimkien mal-kunsilliera tiegħu u l-membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu kif ġew ippreżentati u vvotati.

Dawk kollha favur, jekk jogħġobkom indikaw dan billi tgħollu jdejkom.

Jekk hawn min hu kontra, jista’ jindika dan.

Tistgħu tpoġġu kollha bilqiegħda.

Grazzi, ħuti, għall-imħabba u s-sapport tagħkom.