Konferenza Ġenerali
Rapport tad-Dipartiment tal-Awditjar tal-Knisja, 2022
konferenza ġenerali April 2023


Rapport tad-Dipartiment tal-Awditjar tal-Knisja, 2022

Lill-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem

Għeżież Aħwa: Kif immexxi permezz ta’ rivelazzjoni, kif hemm miktub f’sezzjoni 120 tad-Duttrina u Patti, il-Kunsill dwar id-Dispożizzjoni tad-Dieċmi—magħmul mill-Ewwel Presidenza, mill-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, u l-Veskovat li Jippresedi— jawtorizza l-infiq tal-fondi tal-Knisja. L-entitajiet tal-Knisja jħallsu l-fondi skont baġits, polisis u proċeduri approvati.

L-Awditjar tal-Knisja, li jikkonsisti minn professjonisti bi kredenzjali u hu indipendenti minn kull dipartiment ieħor u kull entità oħra tal-Knisja, għandu r-responsabbiltà li jwettaq l-awditjar għall-għan li jipprovdi assigurazzjoni raġjonevoli rigward kontribuzzjonijiet li ġew riċevuti, infiq li jkun sar, u sabiex jissalvagwardja l-assi tal-Knisja.

Ibbażat fuq l-awditjar li sar, l-Awditjar tal-Knisja huwa tal-opinjoni li, b’rispett materjali kollu, il-kontribuzzjonijiet li ġew riċevuti, l-infiq li sar, u l-assi tal-Knisja għas-sena 2022 ġew kollha rreġistrati u amministrati skont baġits, prattiċi relatati ma’ ekkawnts, u polisis approvati tal-Knisja. Il-Knisja ssegwi l-prattiċi mgħallma lill-membri tagħha li jgħixu skont il-baġit tagħhom, jevitaw id-dejn, u jfaddlu għal meta jkunu fi bżonn.

Sottomess b’rispett,

Dipartiment tal-Awditjar tal-Knisja

Jared B. Larson

Direttur Maniġerjali