Konferenza Ġenerali
Tafu Għalfejn Jien Bħala Kristjan Nemmen fi Kristu?
konferenza ġenerali April 2023


Tafu Għalfejn Jien Bħala Kristjan Nemmen fi Kristu?

Ġesù Kristu kellu jsofri, imut, u jqum mill-ġdid biex jifdi lill-umanità kollha mill-mewt fiżika u biex jagħti l-ħajja eterna ma’ Alla.

Lejla waħda wara x-xogħol, ħafna snin ilu, tlajt fuq ix-xarabank solita tiegħi li kont naqbad biex minn New York City immur id-dar fi New Jersey. Il-mara li inzertajt kont bilqiegħda ħdejha nnutat x’kont qed nikteb fuq il-kompjuter u staqsietni, “Inti temmen fi … Kristu?” Jiena weġibtha, “Iva, hekk hu!” Aħna u nitkellmu, sirt naf li kienet għadha kemm telqet mill-pajjiż sabiħ tagħha fl-Asja biex tiġi taħdem fit-teknoloġija tal-informatika, settur kompetittiv ħafna fi New York.

Ovvjament, staqsejtha, “Taf għalfejn jien bħala Kristjan nemmen f’Ġesù Kristu?” Hija wkoll weġbitni b’mod normali u stidnitni ngħidilha. Iżda meta bdejt nitkellem, kelli wieħed minn dawk il-mumenti fejn ħafna ħsibijiet jimlewlek moħħok. Din kienet l-ewwel darba li kelli nispjega il-“għala” tal-Kristjanità lil xi ħadd li ma kienx bl-ebda mod familjari magħha u li kienet persuna intelliġenti ħafna. Ma stajtx sempliċiment ngħid, “Jien nimxi wara Ġesù Kristu għaliex Hu minn rajh sofra u miet għal dnubieti.” Forsi kienet tistaqsi, “Kien jenħtieġ li jmut Ġesù? Ma setax Alla sempliċiment jaħfrilna u jnaddafna mid-dnubiet tagħna kieku aħna staqsejnieh?”

Kif kontu twieġbu fi ftit minuti? Kif kontu tispjegaw dan lil xi ħabib? Tfal u żgħażagħ: tistgħu jekk jogħġbkom tistaqsu lill-ġenituri jew lil xi mexxej iktar tard, “Għala kien jenħtieġ li jmut Ġesù?” U, ħuti, għandi stqarrija x’nagħmel: minkejja dak kollu li ħsibt li, bħala president tal-wited dak iż-żmien, kont naf dwar id-duttrina, l-istorja, il-polisi u affarjiet oħra relatati mal-Knisja, it-tweġiba lil din il-mistoqsija ċentrali dwar il-fidi tagħna ma ġietx daqshekk faċli. Dak inhar, jien iddeċidejt li niffoka iżjed fuq dak li huwa l-iktar importanti għall-ħajja eterna.

Insomma, jien infurmajt lill-ħabiba ġdida tiegħi1 li aħna għandna spirtu minbarra ġisem u li Alla huwa l-Missier tal-ispirti tagħna.2 Għidtilha li qabel it-twelid tagħna f’din id-dinja mortali aħna għexna ma’ Missierna fis-Smewwiet.3 Għaliex huwa jħobb lilha u lil uliedu kollha, Huwa għamel pjan għalina biex nirċievu ġisem fi xbieha tal-ġisem igglorifikat tiegħu,4 inkunu parti minn familja,5 u nirritornaw fil-preżenza kollha mħabba tiegħu biex ingawdu ħajja eterna mal-familja tagħna,6 bħalma Hu jagħmel ma’ tiegħu.7 Iżda, jien għidtilha, aħna kellna niffaċċjaw żewġ ostakli ewlenin f’din id-dinja li kellha tintilef:8 (1) il-mewt fiżika—is-separazzjoni ta’ ġisimna mill-ispirtu tagħna. Naturalment, hija kienet taf li aħna lkoll kellna mmutu. U (2) il-mewt spiritwali—is-separazzjoni tagħna minn Alla minħabba li d-dnubiet, l-iżbalji, u d-difetti tagħna jbegħduna mill-preżenza qaddisa tiegħu.9 Din setgħet tifhimha wkoll.

Jien infurmajtha li dan kien effett tal-liġi tal-ġustizzja. Din il-liġi eterna titlob li kastig etern jitħallas għal kull wieħed mid-dnubiet u d-diżubbidjenza tagħna lejn il-liġijiet jew il-verità ta’ Alla, jew inkella ma nkunu qatt nistgħu nirritornaw fil-preżenza qaddisa tiegħu.10 Dan ikun inġust, u Alla “ma jistax jiċħad il-ġustizzja.”11 Hi dan fehmitu għalkemm aċċettat bla tfixkil li Alla huwa wkoll ħanin, kollu mħabba, u ħerqan biex iġib fis-seħħ il-ħajja eterna tagħna.12 Jien infurmajt lill-ħabiba tiegħi li aħna kellu jkollna wkoll avversarju makakk u qawwi—is-sors ta’ ħażen u gideb—jopponina.13 Għaldaqstant, xi ħadd b’qawwa divina infinita biex jegħleb kull oppożizzjoni u ostakli bħal dan kellu jsalvana.14

Imbagħad jien qsamt magħha l-aħbar it-tajba—l-aħbar ta’ “ferħ kbir …għall-poplu kollu”15—li “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.”16 Jien qsamt it-testimonjanza mal-ħabiba tiegħi, u nagħti xhieda lilkom, li Ġesù Kristu huwa dak is-Salvatur, li Hu kellu jsofri, imut, u jqum mill-ġdid—l-Espjazzjoni infinita tiegħu—biex jifdi lill-umanità kollha mill-mewt fiżika17 u biex jagħti l-ħajja eterna ma’ Alla u l-familji tagħna18 lil dawk kollha li jimxu warajh. Il-Ktieb ta’ Mormon jiddikjara, “U b’dal‑mod Alla jkisser l‑irbit tal‑mewt, għax ikun kiseb ir‑rebħa fuq il‑mewt; u lill‑Iben jagħtih il‑qawwa li jidħol għal ulied il‑bnedmin … ; mimli kollu ħniena u kompassjoni …; hu li kisser l‑irbit tal‑mewt, li ħa fuqu nnifsu ħżunithom u ħtijiethom, u lilhom huwa feda, u ssodisfa l‑bżonn tal‑ġustizzja.”19

Il-passi li Alla żvela li rridu nagħmlu sabiex nimxu wara Ġesù u nirċievu l-ħajja eterna jissejħu d-duttrina ta’ Kristu. Dawn jinkludu “il-fidi f’Ġesù Kristu u l-Espjazzjoni tiegħu, il-maħfra, il-magħmudija [fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien], li nirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu, u li nibqgħu nirreżistu sat-tmiem.”20 Jien qsamt dawn il-passi mal-ħabiba tiegħi, imma li ġejjin huma xi metodi li bihom xi profeti u appostli għallmu riċentament kif id-duttrina ta’ Kristu tista tbierek lill-ulied kollha ta’ Alla.

Il-President Russell M. Nelson spjega: “Id-duttrina safja ta’ Kristu hija waħda qawwija. Tibdel il-ħajja ta’ dawk kollha li jifhmuha u jippruvaw jimplimentawha f’ħajjithom.”21

Il-Presbiteru Dieter F. Uchtdorf għallem, “[Il-gwida] Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ tiddikkjara b’mod ċar id-duttrina ta’ Kristu [u] tistieden lilkom [iż-żgħażagħ] biex tagħmlu għażliet ibbażati [fuqha].”22

Il-Presbiteru Dale G. Renlund għallem, “Nistiednu lill-missjunarji li jagħmlu dak li huma jitolbu lil dawk li jgħallmu li jagħmlu: … japplikaw id-duttrina ta’ Kristu f’ħajjithom [u] jieħdu t-triq tal-patt u jibqgħu fiha.”23

Id-duttrina ta’ Kristu tagħti setgħa li dawk li qed jissieltu jew iħossuhom ma jappartenux lill-Knisja għaliex tgħinhom, kif seħaq il-Presbiteru D. Todd Christofferson, “biex jaffermaw: Ġesù Kristu miet għalija … [u] jħobbni.”24

Ġenituri, jekk xi ħadd minn uliedkom qed jissielet ma’ prinċipju tal-evanġelju jew tagħlim profetiku, jekk jogħġobkom irreżistu kull tip ta’ żebliħ25 jew attiviżmu fil-konfront tal-Knisja u l-mexxejja tagħha. Dawn il-metodi sottili u sekulari huma ta’ dannu kbir għal-lealtà fit-tul ta’ binkom jew bintkom.26 Ħa tkunu ammirati ħafna li intom tipproteġu jew tagħtu pariri lil uliedkom prezzjużi jew turu sinjali ta’ solidarjetà magħhom. Iżda marti, Jayne, u jien nafu minn esperjenza personali li li tgħallmu lill-maħbubin uliedkom għala aħna lkoll neħtieġu lil Ġesù Kristu u kif għandna napplikaw id-duttrina kollha hena huwa dak li se jqawwihom u jfejjaqhom. Ejjew indawruhom lejn Ġesù, li hu l-veru avukat tagħhom quddiem il-Missier. L-Appostlu Ġwanni għallem, “Imma min jibqa’ fit-tagħlim ta’ Kristu … għandu l-Missier u l-Iben fih.” Imbagħad huwa jwissina biex niftħu għajnejna “jekk jiġikom xi ħadd u ma jġibilkomx dan it-tagħlim.”27

Jayne u jien riċentament żorna d-deżert fejn Mosè refa’ serpent tar-ram quddiem l-ulied turufnati ta’ Iżrael. Il-Mulej wiegħed li jfejjaq lil kull min kien ingidem mis-sriep velenużi jekk huma sempliċiment iħarsu lejh.28 Waqt li jiżvelalna d-duttrina ta’ Kristu, il-profeta tal-Mulej qed jagħmel l-istess, “li hu jista’ jfejjaq il-ġnus.”29 Ikun x’ikun it-tingiż jew il-velenu jew it-taqbid li nesperjenzaw f’dan id-deżert mortali, ejjew ma nkunux bħal dawk, kemm fl-imgħoddi u kemm fil-preżent, li setgħu jitfejqu imma li, b’ħasra kbira, “li ma ridux iħarsu lejha … għax ma kenux jemmnu li kienet se tfejjaqhom.”30 Il-Ktieb ta’ Mormon jafferma: “Araw, … din hija t-triq, u mis-sema ’l isfel m’hemmx triq oħra jew isem ieħor mogħti li permezz tiegħu l-bniedem jista’ jsalva fis-saltna ta’ Alla. U issa, araw, din hi d-duttrina ta’ Kristu.”31

F’dik il-lejla fi New Jersey, il-fatt li xxerjajt għaliex neħtieġu lil Ġesù Kristu u d-duttrina tiegħu tani oħt ġdida u lilha ta ħuha ġdid. Ħassejna x-xhieda mimlija paċi u konfermanti tal-Ispirtu s-Santu. Naturalment, jien stedintha tagħti l-kuntatt tagħha lill-missjunarji ħalli tkompli t-taħdita magħhom. Mill-ewwel aċċettat li tagħmel dan.

Għalhekk, kemm hi kbira l‑importanza li dawn il‑ħwejjeġ jixxandru mal‑abitanti tad‑dinja,” jiddikjara l-Ktieb ta’ Mormon—li tħobb, taqsam u tistieden32 hekk kif aħna niġbru lil Iżrael fil-komunitajiet u l-familji kollha tagħna—“ħalli huma jkunu jafu li m’hawn l‑ebda bniedem li jista’ jgħammar fil‑preżenza ta’ Alla, ħlief permezz tal‑merti, u l‑ħniena, u l‑grazzja tal‑Messija Mqaddes.”33 F’isem Ġesù Kristu, ammen.

Noti

  1. Għażilt li ma nippubblikax isem il-ħabiba tiegħi u lanqas ma nuża isem fittizju.

  2. Ara Rumani 8:15–17; Lhud 12:9; Doctrine and Covenants 88:15.

  3. Ara Ġeremija 1:4–5; Doctrine and Covenants 138:55–56; Abraham 3:22–23, 26; Guide to the Scriptures, “Premortal Life,” scriptures.ChurchofJesusChrist.org; “Lesson 2: The Plan of Salvation,” Preach My Gospel: A Guide to Missionary Service (2019), 48.

  4. Ara “Lesson 2: The Plan of Salvation,” Preach My Gospel, 48.

  5. Il-pjan perfett tal-Missier—imsejjaħ il-pjan il-kbir tal-ferħ, il-pjan tas-salvazzjoni, il-pjan tal-maħfra, fost referenzi oħra—huwa organizzat b’tali mod li kull min jiġi fil-mortalità bi ħtieġa jagħmel dan f’familja, u kulħadd huwa parti minn familja. M’għandniex xi ngħidu, mhux iċ-ċirkostanzi kollha tal-familja jkunu ideali jew jaqblu mal-viżjoni kollha mħabba ta’ Missierna għal uliedu kollha, u xi wħud huma traġiċi. Madanakollu, hekk kif ngħixu d-duttrina ta’ Kristu, Ġesù Kristu jgħinna nirċievu l-barkiet kollha li l-Missier għandu għal uliedu permezz tal-pjan ħanin u komprensiv tiegħu. Ara wkoll nota tal-aħħar 6.

  6. Waħda mill-ikbar wegħdiet li Alla għamel ma’ wliedu hija wkoll l-ikbar fost ir-rigali tiegħu għalina: l-eżaltazzjoni, jew il-ħajja eterna, li tfisser li ngħixu eternament “fil-preżenza ta’ Alla u li nibqgħu bħala familji” (Gospel Topics, “Eternal Life,” topics.ChurchofJesusChrist.org; ara wkoll Doctrine and Covenants 14:7). “Familji” jinkludu raġel miżżewweġ, mara miżżewġa, u wlied, u anki nies jiġu minna, kemm ħajjin u kemm mejtin, li jaċċettaw u jgħixu d-duttrina ta’ Kristu. Membri tal-familja diġà mejtin li jinsabu fid-dinja tal-ispirti u li ma setgħux iħaddnu d-duttrina ta’ Kristu f’din il-ħajja jistgħu jagħmlu dan fid-dinja tal-ispirtu f’forma ta’ ordinanzi bħall-magħmudija, li jirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu, u oħrajn li jgħinuna “nibqgħu sħaħ sal-aħħar” huma mwettqin b’imħabba f’isimhom minn membri ħajjin jiġu minnhom f’tempji tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Barra minn hekk, il-wegħda tal-ħajja eterna mhijiex biss għal dawk li huma miżżewġin f’din il-ħajja. Il-President M. Russell Ballard għallem, “L-iskrittura u l-profeti tal-aħħar żmien jikkonfermaw li dawk kollha li huma fidili fiż-żamma tal-patti tal-evanġelju se jkollhom l-opportunità tal-eżaltazzjoni” (“Tama fi Kristu,” Liahona, Mejju 2021; enfasi miżjuda). Il-President Ballard kompla billi kkwota lill-President Russell M. Nelson u l-President Dallin H. Oaks, “Il-ħin u l-mod preċiż meta u kif il-barkiet tal-eżaltazzjoni jingħataw ma ġewx żvelati għal kollox, iżda huma madanakollu assigurati” (“Tama fi Kristu,” 55; ; enfasi miżjuda). Il-President Nelson għallem: “Bil-mod u fil-ħin li jiddeċiedi l-Mulej, l-ebda barka mhi se tinżamm mill-Qaddisin fidili tiegħu. Il-Mulej se jiġġudika u jippremja lil kull individwu skont ix-xewqa ta’ qalbu kif ukoll skont għemilu.” (“Celestial Marriage,” Liahona, Nov. 2008). U l-President Oaks spjega, “Ħafna mit-tiċħid tal-mortalità l-iktar importanti se jiġu korretti fil-Millenju, li huwa ż-żmien biex jitwettaq dak kollu li mhux mitmum fil-pjan il-kbir tal-ferħ għall-ulied denji kollha ta’ Missierna” (“The Great Plan of Happiness,” Ensign, Nov. 1993, 75). Ara wkoll nota tal-aħħar 5.

  7. Ara Guide to the Scriptures, “Plan of Redemption”; scriptures.ChurchofJesusChrist.org; ara wkoll Gospel Topics, “Plan of Salvation,” topics.ChurchofJesusChrist.org; “Lesson 2: The Plan of Salvation,” Preach My Gospel, 48–50, 53.

  8. Ara “Lesson 2: The Plan of Salvation,” Preach My Gospel, 49.

  9. Ara “Lesson 2: The Plan of Salvation,” Preach My Gospel, 47–50.

  10. Ara “Lesson 2: The Plan of Salvation,” Preach My Gospel, 47–50.

  11. Mosija 18:21. Referenzi għall-ġustizzja eterna jew il-ġustizzja ta’ Alla huma bosta fl-iskrittura, imma ara partikolarment Alma 41:2–8 u Alma 42.

  12. Ara Alma 42:14–24; Moses 1:39.

  13. Ara “Lesson 2: The Plan of Salvation,” Preach My Gospel, 47–50.

  14. Ara Alma 34: 9–13; ara wkoll Mosija 13:28, 34–35; 15:1–9; Alma 42:15.

  15. Luqa 2:10.

  16. Ġwanni 3:16.

  17. Ara Helaman 14:15–17; Mormon 9:12–14.

  18. Ara noti tal-aħħar 5 u 6.

  19. Mosija 15:8–9.

  20. What Is My Purpose as a Missionary?,” Preach My Gospel, 1; ara wkoll “Lesson 3: The Gospel of Jesus Christ,” Preach My Gospel, 63.

  21. Russell M. Nelson, “Verità Safja, Duttrina Safja, u Rivelazzjoni Safja,” Liahona, Nov. 2021, 6; enfasi miżjuda.

  22. Dieter F. Uchtdorf, “Ġesù Kristu huwa s-Sodizza taż-Żgħażagħ,” Liahona, Nov. 2022, 11; ara wkoll For the Strength of Youth: A Guide for Making Choices (2022), 4.

  23. Dale G. Renlund, “Lifelong Conversion of Missionaries” (indirizz mogħti waqt is-seminar dwar it-tmexxija tal-missjoni, 25 ta’ Ġunju, 2021), 1, Church History Library, Belt ta’ Salt Lake.

  24. D. Todd Christofferson, “Id-Duttrina tal-Appartenenza,” Liahona, Nov. 2022, 56; ara wkoll D. Todd Christofferson, “The Joy of the Saints,” Liahona, Nov. 2019, 15–18.

  25. Ara Ġakbu 4:11; Doctrine and Covenants 20:54; Guide to the Scriptures, “Evil Speaking,” scriptures.ChurchofJesusChrist.org.

  26. Ara Ahmad S. Corbitt, “Activism vs. Discipleship: Protecting the Valiant” (indirizz mogħti fis-seminar tal-kappillani, Ott. 2022), cdn.vox-cdn.com/uploads/chorus_asset/file/24159863/Brother_Corbitt_Chaplain_seminar.pdf; video: media2.ldscdn.org/assets/general-authority-features/2022-chaplain-training-seminar/2022-10-1000-activism-vs-discipleship-1080p-eng.mp4.

  27. 2 Ġwanni 1:9–10.

  28. Ara Numri 21:5–9.

  29. 2 Nefi 25:20.

  30. Alma 33:20.

  31. 2 Nefi 31:21.

  32. Ara “2021 Broadcast: Principles of Love, Share, and Invite,” broadcasts.ChurchofJesusChrist.org; ara wkoll Gary E. Stevenson, “Ħobb, Aqsam, Stieden,” Liahona, Mejju 2022, 84–87.

  33. 2 Nefi 2:8.