Konferenza Ġenerali
Iżda Aħna Ma Tajniex Kashom
konferenza ġenerali April 2022


Iżda Aħna Ma Tajniex Kashom

(1 Nefi 8:33)

B’mod simili, il-patti u l-ordinanzi tagħna jiddiriġuna u dejjem jgħinuna niftakru fil-konnessjoni tagħna mal-Mulej Ġesù Kristu hekk kif navvanzaw tul il-mogħdija tal-patt.

Marti, Susan, it-tliet uliedna u n-nisa tagħhom, in-neputijiet kollha tagħna, u l-Presbiteru Quentin L. Cook, dak li, għal kważi 15-il sena, dejjem poġġa ħdejja fil-Kworum tat-Tnax, dawn kollha lkoll se jaqblu bejniethom bla problemi ta’ xejn li jien ma tantx naf inkanta. Iżda minkejja dan in-nuqqas ta’ talent vokali, xorta nħobb inkanta l-għanjiet tar-restawrazzjoni. It-taħlita ta’ lirika ispirata u melodiji maestużii tgħinni nitgħallem prinċipji essenzjali tal-evanġelju u tqanqalli ruħi.

Innu partikolari li bierek ħajti b’modi impressjonanti huwa “Ejjew ’Il Quddiem.” Dan l-aħħar kont qed ngħarbel u nitgħallem dwar frażi speċifika fir-ritornell ta’ dak l-innu. “Ma nagħtux kas dak li l-ħżiena qegħdin jgħidu, imma nobdu biss lill-Mulej.”1

Ma nagħtux kas.

Waqt li nkanta “Ejjew ’Il Quddiem,” spiss naħseb dwar in-nies fid-dehra ta’ Leħi, jimbuttaw ’il quddiem fuq il-mogħdija li kienet twassal sas-siġra tal-ħajja, li ma kenux sempliċiment qed “iżommu” 2 iżda kienu “kontinwament iżommu sod mal-virga tal-ħadid, sakemm ġew hemm u nxteħtu mal-art u kielu mill-frott tas-siġra.”3 Leħi jiddeskrivi folol ta’ nies fil-bini kbir u spazjuż li kienu qed jippontaw “is-suba’ tad-disprezz [lejh] u dawk … li kienu qed jieklu mill-frott.”4 Ir-rispons tiegħu għat-tkasbir u ż-żebliħ huwa splendidu u memorabbli: “Iżda ma tajniex kashom.”5

Nitlob li l-Ispirtu s-Santu ibierek u jdawwal lilna lkoll hekk kif nikkunsidraw flimkien kif nistgħu nitqawwew biex “ma nagħtux kas” tal-influwenzi tal-ħażen u l-ilħna tat-twaqqigħ għaċ-ċajt tad-dinja kontemporanja li ngħixu fiha.

Tagħtix Kas

Il-klema “kas” timplika li tagħti attenzjoni lil xi ħadd jew lil xi ħaġa. Għalhekk, il-lirika tal-innu “Ejjew ’Il Quddiem” twiddibna biex nieħdu deċiżjoni fl-affermattiv li ma nagħtux kas lil “dak li l-ħżiena qegħdin jgħidu.” U Leħi u n-nies li kellu miegħu li kienu qed jieklu mill-frott tas-siġra jipprovdulna eżempju qawwi ta’ li ma nagħtux kas għat-twaqqigħ għaċ-ċajt u d-disprezz li tant spiss jaslu mill-bini kbir u spazjuż.

Id-duttrina ta’ Kristu miktuba “bl-ispirtu ta’ Alla l-ħaj … fuq it-twavel tal-laħam ta’ [qlubna]”6 iżżid il-kapaċità tagħna biex “ma nagħtux kas” il-ħafna distrazzjonijiet, inkejja, u aljenazzjonijiet tad-dinja mitlufa tagħna. Per eżempju, fidi li tiffoka fuq il-Mulej Ġesù Kristu u fih, tiffortifikana b’qawwa spiritwali. Il-fidi fil-Feddej hija prinċipju ta’ azzjoni u ta’ qawwa. Hekk kif naġixxu skont il-veritajiet tal-evanġelju tiegħu, aħna nitbierku bil-kapaċità spiritwali li nimbuttaw ’il quddiem minn qalb l-isfidi tal-mortalità waqt li niffokaw fuq il-ferħ li s-Salvatur joffrilna. Sewwasew, “jekk nagħmlu dak li huwa sewwa m’għandniex għalfejn nibżgħu, għax il-Mulej, l-ajjutant tagħna, se jkun dejjem qrib.”7

Konnessjoni Personali permezz tal-Patti

Li nidħlu f’patti sagri u li nirċievu b’mod denn l-ordinanzi tas-saċerdozju jgħaqqadna u jorbotna mal-Mulej Ġesù Kristu u mal-Missier fis-Smewwiet.8 Dan sempliċiment ifisser li nafdaw fis-Salvatur bħala l-avukat 9 u medjatur 10 tagħna u nserrħu fuq il-meriti, il-ħniena, u l-grazzja tiegħu 11 matul il-vjaġġ tal-ħajja. Hekk kif inkunu fermi f’li nersqu lejn Kristu u nintrabtu miegħu, aħna nirċievu l-barkiet tat-tisfija, tal-fejqan, u tat-tisħiħ tal-Espjazzjoni infinta u eterna tiegħu. 12

Li ngħixu u nħobbu l-irbit tal-patti joħloq konnessjoni mal-Mulej li hi profondament personali u spiritwalment qawwija. Hekk kif nonoraw il-kondizzjonijiet tal-patti u ordinanzi sagri, gradwalment u ftit ftit aħna nitressqu eqreb lejh 13 u nesperjenzaw l-impatt tad-divinità u r-realtà ħajja tiegħu f’ħajjitna. Ġesù mbagħad isir ħafna iktar minn karattru ċentrali fl-istejjer tal-iskrittura; l-eżempju u t-tagħlim tiegħu jinfluwenzaw kull xewqa, ħsieb, u għemil tagħna.

Frankament jien m’għandix il-ħila biex niddeskrivi tajjeb biżżejjed n-natura preċiża u l-qawwa tal-konnessjoni tal-patt tagħna mal-Iben ta’ Alla l-ħaj mqajjem mill-mewt. Iżda jien nixhed li l-konnessjonijiet miegħu u mal-Missier fis-Smewwiet huma reali u l-awqa sorsi ta’ assigurazzjoni, paċi, ferħ, u qawwa spiritwali li jippermettulna biex “ma nibżgħux, għalkemm bina jgħaddu ż-żmien.”14 Bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu li jagħmlu l-patti u li jżommu l-patti, nistgħu nkunu mberkin biex nagħmlu “kuraġġ, għax magħna l-Mulej dejjem” 15 u biex ma nagħtu l-ebda kas tal-influwenzi tal-ħażen u t-tkasbir.

Hekk kif niltaqa’ mal-membri tal-Knisja madwar id-dinja, sikwit nagħmlilhom din il-mistoqsija: x’jgħinkom biex “ma tagħtux kas” tal-influwenzi, it-twaqqigħ għaċ-ċajt, u d-disprezz tad-dinja? It-tweġibiet tagħhom huma mill-iktar istruttivi.

Membri qalbiena spiss jenfasizzaw l-importanza li jistiednu l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu f’ħajjithom permezz ta’ studju sinifikattiv tal-iskrittura, talb ferventi, u preparazzjoni xierqa biex jipparteċipaw fl-ordinanza tas-sagrament. Jisemmgħu spiss ukoll is-sapport spiritwali tal-membri fidili tal-familja u ta’ ħbieb ta’ fiduċja, il-lezzjonijiet vitali li tgħallmu permezz tal-ministeru u s-servizz fil-Knisja rrestawrata tal-Mulej, u l-kapaċità li jagħrfu l-vojt assolut ta’ kull ħaġa li tippartjeni u tiġi mill-bini kbir u spazjuż.

Jien innutajt fit-tweġibiet ta’ dawn il-membri mudell partikolari li huwa speċjalment sinifikattiv. L-ewwel nett, dawn id-dixxipli għandhom testimonjanzi fermi tal-pjan ta’ ferħ ta’ Mssier fis-Smewwiet u tal-irwol ta’ Ġesù Kristu bħala l-Feddej u s-Salvatur tagħna. U t-tieni nett, l-għarfien u l-konvinzjoni spiritwali tagħhom huma xi ħaġa individwali, personali, u speċifika; mhumiex xi ħaġa ġenerali u astratta. Jien nisma’ lil dawn l-erwieħ devoti jitkellmu dwar patti li joffru l-qawwa biex jegħlbu l-oppożizzjoni u dwar il-konnessjoni tagħhom mal-Mulej ħaj li qed jissapportjahom fi żminijiet tajbin u ħżiena. Għal dawn l-individwi, Ġesù Kristu huwa tassew Salvatur personali.

Immaġni
Boxxla

Il-patti u l-ordinanzi tal-Evanġelju joperaw f’ħajjitna pjuttost bħallikieku boxxla. Boxxla hija apparat użat biex juri d-direzzjonijiet kardinali tat-tramuntana, nofsinhar, ilvant, u punent għal skopijiet ta’ navigazzjoni u orjentament ġeografiku. B’mod simili, il-patti u l-ordinanzi tagħna jiddiriġuna u dejjem jgħinuna niftakru fil-konnessjoni tagħna mal-Mulej Ġesù Kristu hekk kif navvanzaw tul il-mogħdija tal-patt.

Immaġni
Il-Christus

Id-direzzjoni kardinali għalina lkoll fil-mortalità hi li nersqu lejn Kristu u nkunu pperfezjonati fih.16 Il-patti u l-ordinanzi mqaddsa jgħinuna nżommu l-konċentrazzjoni tagħna fuq is-Salvatur u nistinkaw, bil-grazzja tiegħu, 17 biex nsiru iktar bħalu. Fuq kollox, “[qawwa] li ma tidhirx se tgħin lili u lilek fil-kawża glorjuża tal-verità”18

Inżommu Sod mal-Virga tal-Ħadid

Il-konnessjoni tal-patti tagħna ma’ Alla u Ġesù Kristu huwa l-mezz li bih aħna nistgħu nirċievu l-kapaċità u l-qawwa biex “ma nagħtux kas”. U din ir-rabta tissaħħaħ hekk kif aħna kontinwament inżommu sodi mal-virga tal-ħadid. Iżda, bħalma ħut Nefi staqsew, “Xi tfisser il-virga tal- ħadid li missierna ra …?

“U [Nefi] weġibhom li kienet il-kelma ta’ Alla; u li dawk kollha li jagħtu widen għall-kelma ta’ Alla, u jżommu sew magħha, ma jintilfu qatt; lanqas it-tiġrib u l-vleġeġ kollha nar tal-avversarju ma jkunu jistgħu jegħlbuhom sal-punt li jagħmew, li jwassalhom sal-qerda.”19

Nitlobkom tinnutaw li l-abbiltà li wieħed jirreżisti t-tentazzjonijiet u l-vleġeġ kollha nar tal-avversarju hija mwiegħda lil dawk l-individwi li “jżommu sod” aktar milli sempliċiment “jaqbdu mat-tarf” tal-kelma ta’ Alla.

Interessanti l-fatt li l-Appostlu Ġwanni ddeskriva lil Ġesù Kristu bħala l-Verb.20

“Fil-bidu kien il-Verb, u il-Verb kien ma’ Alla, u il-Verb kien Alla.

“Kollox bih sar; u xejn ma sar mingħajru li kien sar. …

“U il-Verb sar bniedem u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu, il-glorja li għandu mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni, mimli bil-grazzja u l-verità.”21

Għaldaqstant, wieħed mill-ismijiet ta’ Ġesù Kristu huwa “Il-Verb.”22

Barra minn hekk, it-tmien Artiklu tal-Fidi jgħid, “Aħna nemmnu li l-Bibbja hija l-kelma ta’ Alla sakemm hija tradotta b’mod korrett; nemmnu wkoll li l-Ktieb ta’ Mormon huwa il-kelma ta’ Alla.”23

Għalhekk, it-tagħlim tas-Salvatur, kif miktub fl-Iskrittura Mqaddsa, huwa wkoll “il-kelma.”

Ippermettuli nissuġġerixxi li wieħed iżomm sod mal-kelma ta’ Alla jikkonsisti (1) f’li tiftakar, tonora, u ssaħħaħ il-konnessjoni personali li għandek mas-Salvatur u Missieru permezz tal-atti u l-ordinanzi tal-evanġelju rrestawrat, u (2) permezz tat-talb u b’ħerqa konsistentement tuża l-iskrittura mqaddsa u t-tagħlim tal-profeti u l-appostli ħajjin, bħala sors ċert tal-verità żvelata. Hekk kif aħna nintrabtu u “nżommu sod” mal-Mulej u niġu ttrasformati billi ngħixu d-duttrina tiegħu, 24 inwiegħed li individwalment u kollettivament aħna niġu mberkin biex “nieqfu f’imkejjem imqaddsa, u ħadd ma jċaqlaqna.”25 Jekk aħna nibqgħu fi Kristu, mela hu se jibqa’ fina u jimxi magħna.26 Tabilħaqq, “fil-jiem tal-provi hu se jferraħ lill-Qaddisin tiegħu, u l-kawża tal-verità se tirbaħ.”27

Testimonjanza

Ibqgħu Mexjin Żommu sod. Tagħtux kas.

Jiena nixhed li l-fedeltà lejn il-patti u l-ordinanzi tal-evanġelju rrestawrat tas-Salvatur tippermettilna li nimbuttaw ’il quddiem fil-ħidma tal-Mulej, li nżommu sod miegħu bħala l-Kelma ta’ Alla, u li ma nagħtux kas tal-ġibdiet tal-avversarju. Fil-ġlieda għas-sewwa, jalla aħna lkoll ngħollu x-xabla, sewwasew “ix-xabla setagħna tal-verità,” 28 fl-isem sagru tal-Mulej Ġesù Kistu, ammen.

Ipprintja