Rapport tad-Dipartiment tal-Awditjar tal-Knisja, 2021
Lill-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien
Għeżież Aħwa: Kif immexxi permezz ta’ rivelazzjoni, kif hemm miktub f’sezzjoni 120 tad-Duttrina u Patti, il-Kunsill dwar id-Dispożizzjoni tad-Dieċmi—magħmul mill-Ewwel Presidenza, mill-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, u l-Veskovat li Jippresedi— jawtorizza l-infiq tal-fondi tal-Knisja. L-entitajiet tal-Knisja jħallsu l-fondi skont baġits, polisis u proċeduri approvati.
L-Awditjar tal-Knisja, li jikkonsisti minn professjonisti bi kredenzjali u hu indipendenti minn kull dipartiment ieħor u kull entità oħra tal-Knisja, għandu r-responsabbiltà li jwettaq l-awditjar għall-għan li jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli rigward kontribuzzjonijiet li ġew riċevuti, infiq li jkun sar, u sabiex jissalvagwardja l-assi tal-Knisja.
Ibbażat fuq l-awditjar li sar, l-Awditjar tal-Knisja huwa tal-opinjoni li, b’rispett materjali kollu, il-kontribuzzjonijiet li ġew riċevuti, l-infiq li sar, u l-assi tal-Knisja għas-sena 2021 ġew kollha rreġistrati u amministrati skont baġits, prattiċi relatati ma’ ekkawnts, u polisis approvati tal-Knisja. Il-Knisja ssegwi l-prattiċi mgħallma lill-membri tagħha biex jgħixu skont kemm jifilħu, jevitaw id-dejn u jfaddlu għal meta jkunu fi bżonn.
Sottomess rispettivament,
Dipartiment tal-Awditjar tal-Knisja
Jared B. Larson
Direttur Maniġerjali