Konferenza Ġenerali
Vidjo: “Intom in-Nisa li Hu Ħabbar Dwarhom”
konferenza ġenerali April 2022


Vidjo: “Intom in-Nisa li Hu Ħabbar Dwarhom”

Fl-1979 il-President Spencer W. Kimball kien l-isptar u talab lil martu, Camilla, biex taqra d-diskors tiegħu f’laqgħa ġenerali tan-nisa.

Sister Camilla Kimball: “Ħafna mit-tkabbir ewlieni li se jkollha l-Knisja fl-aħħar żmien se jseħħ għaliex ħafna min-nisa twajba tad-dinja (li fihom hemm ta’ spiss sens ġewwieni tant kbir ta’ spiritwalità) se jersqu lejn il-Knisja f’numri kbar. Dan jiġi fis-seħħ dejjem jekk in-nisa tal-Knisja jirriflettu f’ħajjithom is-sewwa u l-intelliġenza u dejjem jekk in-nisa tal-Knisja jkunu jidhru bħala distinti u differenti—b’mod pożittiv—min-nisa tad-dinja.”1

Il-President Russell M. Nelson: “Għeżież ħuti, li intom is-sieħba mill-aktar importanti tagħna f’dawn l-aħħar żminijiet, iż-żmien li beda jirreferi għalih il-President Kimball huwa issa. Intom in-nisa li hu ħabbar dwarhom! Il-virtù, id-dawl, l-imħabba, l-għarfien, il-kuraġġ, il-karattru, il-fidi, u l-ħajjiet tas-sewwa tagħkom se jattiraw lin-nisa twajbin tad-dinja, flimkien mal-familji tagħhom, lejn il-Knisja f’numri bla preċedenza!

“Aħna … neħtieġu l-qawwa tagħkom, il-konverżjoni tagħkom, il-konvinzjoni tagħkom, l-abbiltà tagħkom li tmexxu, l-għerf tagħkom u l-ilħna tagħkom. Is-saltna ta’ Alla ma tistax tkun kompleta mingħajr in-nisa li jagħmlu patti sagri u mbagħad iżommuhom, nisa li jistgħu jitkellmu bil-qawwa u l-awtorità ta’ Alla! …

“… Hi x’inhi s-sejħa tagħkom, huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi tagħkom, aħna neħtieġu s-suġġerimenti tagħkom, l-ideat tagħkom, u l-ispirazzjoni tagħkom. Irridukom biex tgħidu dak li tridu tgħidu fil-kunsilli tal-qasam u tal-wited. Neħtieġu li kull oħt miżżewġa titkellem bħala ‘sieħba li tista’ tagħti kontribut u bħala sieħba sħiħa’ hekk kif intom tingħaqdu ma’ żwieġkom fit-tmexxija tal-familja tagħkom. Miżżewġin jew le, intom l-aħwa nisa tippossedu kapaċitajiet distintivi u intuwizzjoni speċjali li intom irċevejtu bħala doni mingħand Alla. Aħna l-aħwa rġiel ma nistgħux nieħdu post l-influwenza unika tagħkom.

“Aħna nafu li l-qofol tal-ħolqien kollu kien il-ħolqien tal-mara! Neħtieġu l-qawwa tagħkom! …

“… Jien nirringrazzjakom, għeżież ħuti, u nberikkom sabiex tilħqu l-massimu ta’ dak li tistgħu tilħqu, sabiex iġġibu fis-seħħ l-għan tal-ħolqien tagħkom, hekk kif nimxu id f’id f’din il-ħidma sagra. Flimkien aħna ngħinu biex inħejju id-dinja għat-Tieni Miġja tal-Mulej.”2

Noti

  1. Teachings of Presidents of the Church: Spencer W. Kimball (2006), 222–23.

  2. Russell M. Nelson, “A Plea to My Sisters,” Ensign or Liahona, Nov. 2015, 96, 97.