Konferenza Ġenerali
Issa Huwa ż-Żmien
konferenza ġenerali April 2022


Issa Huwa ż-Żmien

Issa huwa ż-żmien li nistgħu nitgħallmu. Issa huwa ż-żmien li nistgħu nindmu. Issa huwa ż-żmien li nistgħu nbierku lil oħrajn.

Għeżież ħuti, din il-konferenza kienet waħda storika f’bosta modi. Ġejna mberkin bit-talb, messaġġi, u mużika. Ġejna ispirati mill-qaddejja tal-Mulej.

Irċevejna direzzjoni importanti għall-futur. It-talba tiegħi hija li l-Ispirtu kellimkom b’mod dirett dwar affarjiet li l-Mulej irid li intom tagħmlu.

Il-futur huwa dejjem inċert. It-temp jinbidel. Iċ-ċikli ekonomiċi ma toħdilhomx kopja. Id-diżastri, l-aċċidenti, u l-mard jistgħu jbiddlu l-ħajja mil-lejl għan-nhar. Ftit li xejn għandna kontroll fuq dawn l-azzjonijiet. Iżda hemm xi affarjiet li aħna nistgħu nikkontrollaw, inkluż kif ngħaddu l-ħin tagħna kull jum.

Togħġobni l-poeżija ta’ Henry Van Dyke, li tinsab fuq arloġġ tax-xemx f’Wells College f’New York. Tgħid hekk:

Id-dell li jitfa’ subgħi

Jifred il-futur mill-passat:

Qablu, is-siegħa mhix imwielda torqod

Fid-dlam, bla ma int tista’ tilħaqha:

Wara il-linja, li qatt ma tirritorna, tiegħu:

Is-siegħa li għebet, tiegħek qatt iżjed:

Siegħa waħda biss hija f’idejk,—

Hija ISSA li fuqha jieqaf id-dell.1

Iva, tajjeb li nitgħallmu mill-passat, u iva, tajjeb li nippreparaw għall-futur. Iżda hu biss issa li nistgħu nagħmlu. Issa huwa l-ħin li nistgħu nitgħallmu Issa huwa l-ħin li nistgħu nindmu. Issa huwa l-ħin li nistgħu nbierku lil oħrajn u “[n]erfgħu l-idejn merħija.”2 L-istess kif Mormon ta parir lil ibnu Moroni, “Ħalli naħdmu bir-reqqa; … għaliex għandna ħidma xi nwettqu [waqt li ninsabu] f’dan it-tabernaklu tal-tafal, sabiex inkunu nistgħu negħlbu lill-għadu ta’ dak kollu li hu sewwa, u nserrħu rwieħna fis-saltna ta’ Alla.”3

L-avversarju qatt ma jorqod. Dejjem se jkun hemm oppożizzjoni kontra l-verità. Nirrepeti dak li ħeġġiġtkom dwaru dalgħodu biex tagħmlu dawk l-affarjiet li se jżidulkom l-ispinta spiritwali pożittiva tagħkom, dik l-imbuttatura li l-Presbiteru Dieter F. Uchtdorf kien qed jitkellem dwarha, li żżommkom tibqgħu mexjin ’il quddiem qalb kwalunkwe sfida u l-opportunitàli tistgħu tiffaċċjaw.

L-ispinta spiritwali pożittiva tiżdied hekk kif nqimu fit-tempju u nikbru fl-għarfien tagħna tal-kobor u l-profondità bla qies tal-barkiet li nirċievu hemmhekk. Nitlobkom bil-ħrara biex tirribattul-bixriet tad-dinja billi tikkonċentraw fuq il-barkiet eterni tat-tempju. Il-ħin tagħkom hemmhekk iġib barkiet għall-eternità.

Hekk kif il-Knisja tikber, aħna nistinkaw biex inżommu mal-istess pass billi nibnu iktar tempji. Bħalissa qed jinbnew erbgħa u erbgħin tempju. Oħrajn qed jiġu kkonservati. Jien nitlob għan-nies kapaċi li qed jaħdmu fuq dawk il-proġetti madwar id-dinja.

Bi spirtu ta’ gratitudni devota, bi pjaċir inħabbar il-pjanijiet tagħna li nibnu tempju ġdid fuq kull waħda mil-lokalitajiet li ġejjin: Wellington, New Zealand; Brazzaville, Repubblika tal-Congo; Barċelona, Spanja; Birmingham, ir-Renju Unit; Cusco, Peru; Maceió, Brażil; Santos, Brażil; San Luis Potosí, Messiku; Mexico City Benemérito, Messiku; Tampa, Florida; Knoxville, Tennessee; Cleveland, Ohio; Wichita, Kansas; Austin, Texas; Missoula, Montana; Montpelier, Idaho; u Modesto, California.

Dawn is-sbatax-il tempju se jbierku għadd bla tarf ta’ ħajjiet fuq iż-żewġ naħat tal-velu. Inħobbkom, għeżież ħuti. Iktar importanti minn hekk, il-Mulej iħobbkom. Hu s-Salvatur tagħkom u l-Feddej tagħkom. Hu jmexxi u jiggwida l-Knisja tiegħu. Jalla aħna nkunu poplu denn tal-Mulej, li qal, “Intom tkunu l-poplu tiegħi, u jien inkun Alla tagħkom.”4

Għal dan jiena nitlob fl-isem sagru ta’ Ġesù Kristu, amen.