Konferenza Ġenerali
Kull Ġens, Tribù, u Lsien
konferenza ġenerali Ottubru 2020


Kull Ġens, Tribù, u Lsien

Aħna nistgħu nsiru bil-mod tagħna parti mit-twettiq tal- profeziji u l-wegħdiet tal-Mulej— parti mill-evanġelu li qed ibierek lid-dinja.

Għeżież ħuti, reċentement jien iffunzjonajt f’issiġillar tat-tempju, imwettaq skont il-linjigwida tal-COVID-19. Flimkien mal-għarusa u l-għarus, li t-tnejn servew missjoni b’mod fidil, kien hemm il-ġenituri tagħhom u ħuthom kollha. Dan ma kienx faċli. L-għarusa hija d-disa’ waħda minn għaxart itfal. Id-disa’ ħutha qagħdu bilqiegħda skont l-età, mil-kbir saż-żgħir, ovvjament b’distanza soċjali bejniethom .

Il-membri tal-familja dejjem ippruvaw ikunu ġara tajba kull fejn kienu jgħixu. Madankollu, kien hemm komunità li ma laqgħethomx sew—għax, omm l-għarusa qalet, li l-familja tagħhom kienu membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.

Il-membri tal-familja għamlu minn kollox biex jagħmlu ħbieb l-iskola, biex jikkontribwixxu u jkunu aċċettati, iżda kollu għalxejn. Il-familja talbet u talbet li l-qlub jirtabu.

Lejla waħda, huma ħassew li t-talb tagħhom ġie milqugħ, għalkemm b’mod xejn mistenni. Id-dar tagħhom ħadet in-nar u nqerdet għal kollox. Iżda ġrat xi ħaġa oħra. In-nar rattab qlub il-ġirien tagħhom.

Il-ġirien u l-iskola lokali tagħhom ġabru ħwejjeġ, żraben, u neċessitajiet oħra meħtieġa mill-familja, li kienet tilfet kollox. It-tjubija wasslet biex jifhmu lil xulxin. Ma kienx il-mod kif il-familja ttamat jew stenniet li jinstama’ talbhom. Madankollu, huma jesprimu l-gratitudni tagħhom għal dak li tgħallmu permezz ta’ esperjenzi diffiċli u tweġibiet mhux mistennija għat-talb sinċier tagħhom.

Tassew, għal dawk li għandhom qalb fidila u għajnejn biex jaraw, il-ħniena tenera tal-Mulej turi ruħha qalb l-isfidi tal-ħajja. Sfidi ffaċċjati b’fedeltà u sagrifiċċju verament iġibu l- barkiet tas-smewwiet. F’din il-mortalità, għal xi żmien nafu nitilfu jew nistennew li niksbu xi affarijiet, iżda fl-aħħar insibu x’inhu l-aktar importanti.1 Dik hi l-wegħda tiegħu.2

Il-proklamazzjoni biċentenarja tagħna tal-2020 tibda bil-wegħda profondament inklużiva li “Alla jħobb lil uliedu f’kull ġens tad-dinja.”3 Għal kull wieħed minna f’kull ġens, tribù, ilsien, u poplu,4 Alla jwegħidna, jagħmel patti magħna, u jistedinna biex nieħdu sehem mill-ferħ u t-tjubija abbundanti Tiegħu.

L-imħabba ta’ Alla għan-nies kollha hija affermata tul l-iskrittura kollha.5 Dik l-imħabba tiġbor fiha l-patt Abrahamiku, il-ġabra ta’ wliedu mferrxin,6 u l-pjan tiegħu ta’ ferħ f’ħajjitna.

Fid-dar tal-fidi m’għandux ikun hemm stranġieri jew barranin,7 sinjuri u foqra,8 jew barranin “oħra”. Bħala “ċittadini flimkien mal-qaddisin,”9 aħna mistednin nibdlu lid-dinja għall-aħjar, minn ġewwa ’l barra, persuna persuna, familja familja, inħawi wara nħawi.

Dan jista’ jseħħ meta ngħixu u naqsmu l-evanġelu ma’ ħaddieħor. Fi żminijiet bikrin ta’ din id-dispensazzjoni, il-Profeta Joseph irċieva profezija meraviljuża li l-Missier tas-Smewwiet jixtieq li kulħadd kullimkien jiskopri l-imħabba ta’ Alla u jesperjenza l-qawwa tiegħu biex jikber u jinbidel.

Id-dar tal-familja Smith

Dik il-profezija ġiet mogħtija hawnhekk, fid-dar taz-zkuk tal-familja Smith f’Palmyra, New York.10

Elder u Sister Gong fid-dar tal-familja Smith

Tlestiet fl-1998, id-dar ta’ Smith hija rikostruwita fuq il-pedament oriġinali tagħha. Il-kamra tas-sodda fit-tieni sular tokkupa l-istess 18 x 30 x 10 piedi spazju fiżiku fejn Moroni, bħala messaġġier glorjuż minn Alla, ġie jżur liż-żagħżugħ Joseph fil-lejla tal-21 ta’ Settembru, 1823.11

Tiftakru dak li rrakkonta l-Profeta Joseph:

“[Moroni] qal … Alla kellu xogħol għalija xi nwettaq; u li ismi se jkun imlissen kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin fost kull ġens, tribù, u lsien. …

“Moroni qal li kien hemm ktieb iddepożitat, … li l-milja tal-Evanġelu etern kien fih.”12

Hawnhekk nagħmlu pawża. Aħna nqimu lil Alla il-Missier Etern u Ibnu, Ġesu Kristu, mhux lill-Profeta Joseph u lanqas lil xi ħadd mortali raġel jew mara.

Madankollu, ikkunsidraw kif il-profeziji li Alla jagħti lil qaddejja tiegħu jiġu fis-seħħ.13 Xi wħud iseħħew qabel, oħrajn aktar tard, iżda kollha jiġu fis-seħħ.14 Hekk kif nagħtu widen tal-ispirtu ta’ profezija tal-Mulej, aħna nistgħu nsiru, bil-mod tagħna, parti mit-twettiq tal- profeziji u wegħdiet tiegħu—parti mill-evanġelu li jbierek lid-dinja.

Fl-1823, Joseph kien żagħżugħ mhux magħruf ta’ 17-il sena li kien jgħix f’raħal ukoll mhux magħruf, f’pajjiż li kien għadu kif ħa l-indipendenza tiegħu. Kieku ma kinex qed jgħid il-verità, kieku kif kif setgħet tgħaddilu minn moħħu li jgħid li kien se jkun strument fil-ħidma ta’ Alla u li se jkun qed jjittraduċi permezz tad-don u l-qawwa ta’ Alla skrittura sagra li ssir magħrufa ma’ kullimkien?

Madankollu, minħabba li huwa veru, jien u intom nistgħu naraw b’għajnejna dik il-profezija tiġi fis-seħħ anke hekk kif aħna mistednin ngħinu biex dan iseħħ.

Ħuti, madwar id-dinja, kull wieħed minna li qed jipparteċipa f’din il- konferenza ġenerali ta’ Ottubru 2020 huwa parti mill-ġnus, tribujiet, u ilsna li saret referenza għalihom.

Illum, membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jgħixu f’196 ġens u territorju, bi 3,446 utied tal-Knisja f’90 minnhom.15 Aħna nirrappreżentaw medda sħiħa ġeografika fejn in-numru ta’ membri jvarja ħafna.

Fl-1823, min kien jimmaġina li fis-sena 2020 kien se jkun hemm tliet pajjiżi kull wieħed b’aktar minn miljun membru ta’ din il-Knisja—l-Istati Uniti, il-Messiku, u l-Brażil?

Jew 23 pajjiż, kull wieħed b’aktar minn 100,000 membru tal-Knisja—tlieta fl-Amerika ta’ Fuq, erbatax fl-Amerika Ċentrali u t’Isfel, wieħed fl-Ewropa, erbgħa fl-Asja, u wieħed fl-Afrika? 16

Il-President Russell M. Nelson isejjaħ il-Ktieb ta’ Mormon “miraklu mirakoluż.”17 Ix-xhieda tiegħu jixhdu, “li għandu jkun magħruf lil kull ġens, tribù, ilsien, u poplu.”18 Illum, il-konferenza ġenerali hija disponibbli f’100 lingwa. Il-President Nelson xehed dwar Ġesu Kristu u l-evanġelu rrestawrat tiegħu f’133 ġens, u n-numru qed ikompli jikber.

Minn meta ġew stampati l-ewwel 5,000 tal-ewwel edizzjoni tal-1830 tal-Ktieb ta’ Mormon ’l hawn, madwar 192 miljun kopja tal-Ktieb ta’ Mormon jew ta’ partijiet minnu ġew ippubblikati f’112 lingwa. It-traduzzjonijiet tal-Ktieb ta’ Mormon huma disponibbli wkoll b’mod diġitali. Traduzzjonijiet kurrenti tal-Ktieb ta’ Mormon jinkludu l-biċċa l-kbira mit-23 ligwi tad-dinja mitkellma minn 50 miljun persuna jew aktar, li kollettivament hija l-ilsien nattiv ta’ xi 4.1 biljun ruħ.19

Permezz ta’ ħwejjeġ żgħar u sempliċi - li fihom aħna lkoll mistiedna nipparteċipaw—jiġu fis-seħħ ħwejjeġ kbar.

Per eżempju, waqt konferenza tal-wited f’Monroe, Utah, b’popolazzjoni ta’ 2,200, jien staqsejt kemm kien hemm li servew missjoni. Kważi kulħadd għolla idu. Fis-snin riċenti, minn dak il-wited partikolari, 564 missjunarju servew f’kull wieħed mill-50 stat Amerikan u fi 53 pajjiż—f’kull kontinent ħlief l-Antartika.

Hekk kif qed insemmu l-Antartika, anke f’Ushuaia fl-aktar parti mbiegħda tan-Nofsinhar tal-Arġentina, rajt profezija tiġi fis-seħħ hekk kif il-missjunarji tagħna qasmu l-evanġelu rrestawrat ta’ Ġesù Kristu f’post imsejjaħ “it-tarf tad-dinja.”20

Murali ffurmat mill-volumi tal-kotba Saints.

Il-murali ffurmati mill-qoxra tal-erba’ volumi ta’Saints21 juru arazzi globali tal-frott tal-għajxien tal-evanġelu li qed jesperjenzaw il-Qaddisin fidili ma’ kullimkien. L-istorja tal-Knisja tagħna hi ankrata fit-testimonjanza ħajja u l-vjaġġ tal-evanġelu ta’ kull membru, inkluż Mary Whitmer, l-oħt fidila li lilha Moroni wrieha l-pjanċi tal-Ktieb ta’ Mormon.22

Rivisti ġodda tal-Knisja

F’Jannar 2021 ħierġin it-tliet rivisti ġodda globali tagħna tal-Knisja—Friend, For the Strength of Youth, u l- Liahona—nistiednu lil kulħadd biex jappartjeni u jaqsam esperjenzi u testimonjanzi fil-komunità ta’ fidi dinjija tagħna.23

Ħuti, hekk kif nikbru fil-fidi tagħna fil-Missier tas-Smewwiet u Ġesù Kristu, nirċievu l-barkiet misjuba fl-għixien tal-veritajiet tal-Evanġelu restawrat u patti sagri, u nistudjaw, naħsbu, u naqsmu dwar dak ir-Restawrli għaddej kontinwament, inkunu qed nipparteċipaw fit-twettiq tal- profezija.

Aħna qed nibdlu lilna nfusna u lid-dinja f’mudell evanġeliku li jbierek lill-ħajjiet ma’ kullimkien.

Waħda oħt Afrikana tgħid, “Is-servizz tas-saċerdozju tar-raġel tiegħi jagħmluh aktar paċenzjuż u twajjeb. U jien qed insir mara u omm aħjar.”

Konsulent tan-negozju internazzjonali fl-Amerika Ċentrali li llum irrispettat sew, jgħid li qabel ma skopra l-evanġelu rrestawrat ta’ Alla, kien jgħix bla ebda skop jiġġerra fit-triq. Issa hu u l-familja tiegħu sabu identità, skop, u qawwa.

Tifel żgħir fl-Amerika t’Isfel irabbi t-tiġieġ u jbigħ il-bajd tagħhom biex jgħin jixtri t-twieqi għad-dar li qed tibni l-familja tiegħu. Hu jħallas l-ewwel id-dieċmi tiegħu. Hu litteralment se jara bwieb is-sema jinfetħu.

Ġewwa Four Corners, komunità fil-Lbiċ tal-Istati Uniti, familja nattiva Amerikani tkabbar arbuxell li jagħmel ward fost l-isbaħ li tiffjorixxi fid-deżert, li tissimbolizza l-fidi tal-evanġelu u awto-dipendenza.

Membru tal-Knisja li ħa sehem f’gwerra ċivili mill-aktar kiefra fix-xlokk tal-Asja b’disperazzjoni ddeċieda li l-ħajja ma kellha l-ebda tifsira. Hu sab it-tama f’ħolma li fiha ħabib li kellu fil-klassi kien qed iżomm f’idu kontenitur tas-sagrament u xehed dwar l-ordinanzi tas-salvazzjoni u l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu.

Missierna tas-Smewwiet jistedinna kullimkien biex inħossu l-imħabba tiegħu, biex nitgħallmu u nikbru permezz tal-edukazzjoni, tax-xogħol onorabbli, tas-servizz awto-dipendenti, u ta’ mudelli ta’ tjubija u hena li nsibu fil-Knisja rrestawrata tiegħu.

Hekk kif nibdew nafdaw f’Alla, xi drabi billi nitolbuh fl-aktar mumenti mudlama, solitarji, u inċerti tagħna, nitgħallmu li Hu jafna aħjar u jħobbna aktar milli nafu jew inħobbu lilna nfusna.

Għalhekk neħtieġu l-għajnuna ta’ Alla biex noħloqu l-ġustizzja, l-ugwaljanza, it-tjubija, u l-paċi dejjiema fi djarna u fil-komunitajiet tagħna. L-aktar narrattiva, post u appartenenza leali, profondi u awtentiċi niksbuhom meta nħossu l-imħabba feddejja ta’ Alla, infittxu l-grazzja u l-mirakli permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ibnu, u nistabbilixxu relazzjonijiet dejjiema permezz ta’ patti sagri.

It-tjubija reliġjuża u l-għerf reliġjuż huma meħtieġa fid-dinja konfuża, storbjuża, u mniġġsa tal-lum. Kif inkella nistgħu nġeddu, nispiraw, u nedifikaw l-ispirtu uman?24

Tħawwil ta’ siġar f’Haiti
Tħawwil ta’ siġar f’Haiti
Tħawwil ta’ siġar f’Haiti

It-tħawwil tas-siġar f’Ħaiti huwa wieħed biss fost mijiet ta’ eżempji ta’ nies li jingħaqdu flimkien biex jagħmlu l-ġid. Il-komunità lokali, inklużi 1,800 membru tal-Knisja tagħna, li taw is-siġar bħala donazzjoni, inġabru flimkien biex iħawlu kważi 25,000 siġra.25 Dan il-proġett ta’ riforestazzjoni fuq medda ta’ snin diġà wassal biex tħawlu ’l fuq minn 121,000 siġra. Hu antiċipat li jitħawlu għexieren ta’ eluf oħra.

Dan l-isforz magħqud jipprovdi d-dell, jikkonserva l-ħamrija, u jnaqqas l-għargħar fil-futur. Isebbaħ il-lokal, jibni l-komunità, jissodisfa l-gosti, u jsostni r-ruħ. Jekk tistaqsi lin-nies ta’ Ħaiti min se jiekol mill-frott ta’ dawn is-siġar, jgħidulek, “Kull min hu bil-ġuħ.”

Madwar 80 fil-mija tal-popolazzjoni tad-dinja hi affiljata ma’ xi reliġjon.26 Komunitajiet reliġjużi jirrispondu faċilment għall-bżonnijiet immedjati wara diżastri naturali, kif ukoll għal bżonnijiet kroniċi għall-ikel, kenn, edukazzjoni, litteriżmu, u taħriġ fl-impjiegi. Madwar id-dinja, il-membri, il-ħbieb, u l-Knisja tagħna jgħinu lill-komunitajiet jissapportjaw lir-refuġjati u jipprovdu ilma, sanità, mobbiltà għal dawk b’diżabilità, u kura tal-għajnejn— persuna persuna, raħal wara raħal, siġra siġra.27 Kullimkien, aħna nfittxu li nkunu ġenituri u ċittadini twajbin, li nikkontribwixxu fil-lokalitajiet u s-soċjetajiet tagħna, inkluż permezz tal-Karitajiet tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.28

Alla jagħtina l-volontà morali—u l-kontabilità morali. Il-Mulej jiddikjara, “Jien, il-Mulej Alla, neħilsek, għalhekk int ħieles tassew.”29 Meta jiddikjara “ħelsien lill-imjassrin,”30 il- Mulej iwiegħed li l-Espjazzjoni tiegħu u t-triq tal- evanġelu jistgħu jkissru l-ktajjen temporali u spiritwali.31 Bil-ħniena, dan il-ħelsien feddej hu estiż għal dawk li ħallew din il-mortalità.

Xi snin ilu, qassis fl-Amerika Ċentrali qalli li kien qed jistudja “il-magħmudija għall-persuni mejtin” tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.” “Tidher ħaġa ġusta,” qalli l-qassis, “li Alla joffri lil kull persuna opportunità li titgħammed, irrispettivament meta jew fejn għexet, ħlief għat-tfal iż-żgħar, li ‘huma ħajjin fi Kristu.’32 L-Appostlu Pawlu,” innota l-qassis, “jitkellem dwar il-mejtin li qed jistennew il-magħmudija u l-qawmien mill-imwiet.”33 Ordinanzi tat-tempju bi prokura jwiegħdu lil kull ġens, tribù, u lsien li ħadd m’għandu bżonn “jibqa’ skjav tal-mewt, tal-infern, jew tal-qabar.”34

Hekk kif niskopru lil Alla, xi kultant ċerti tweġibiet mhux mistennija għal talbna jeħilsuna mit-triq, iressquna fil-komunità, ikeċċu d-dlam minn ruħna, u jiggwidawna biex insibu kenn spiritwali u appartenenza fit-tjubija tal- patti u l-imħabba dejjiema tiegħu.

Ħafna drabi ħwejjeġ kbar jibdew bi ħwejjeġ żgħar, iżda l-mirakli ta’ Alla narawhom kuljum. Kemm aħna grati għad-don divin tal-Ispirtu s-Santu, l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, u duttrina, l-ordinanzi, u l-patti żvelati Tiegħu li nsibu fil-Knisja rrestawrata tiegħu imsemmija għalih.

Jalla naċċettaw bil-ferħ l-istedina t’Alla biex nirċievu u ngħinu biex jitwettqu l-barkiet mwiegħda u profetizzati Tiegħu fin-nazzjonijiet, il-familji u l-ilsna kollha, jien nitlob, fl-isem sagru u qaddis ta’ Ġesù Kristu, amen.

Noti

  1. “It-telf kollu tiegħek se jiġi kkumpensat lilek fil-qawmien mill-imwiet, dejjem jekk tibqa’ fidil” (Teachings of Presidents of the Church: Joseph Smith [2007], 51).

  2. Ara Mosiah 2:41.

  3. Ir-Restawrazzjoni tal-Milja tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu: Proklamazzjoni Biċentinarja lid-Dinja,,” ChurchofJesusChrist.org; ara wkoll, per eżempju Alma 26:37.

  4. Ara Apokalissi 14:6; 1 Nephi 19:17; 22:28; 2 Nephi 30:8; Mosiah 3:20; 15:28; Alma 37:4–6; 3 Nephi 28:29; Doctrine and Covenants 42:58; 133:37.

  5. Ara Ġwanni 3:16–17; 15:12; Rumani 8:35, 38–39.

  6. Ara 1 Nephi 22:3, 9; Doctrine and Covenants 45:24–25, 69, 71; 64:42.

  7. Ara Efesin 2:19.

  8. Ara Doctrine and Covenants 104:14–17.

  9. Efesin 2:19.

  10. Mhux wisq ’il bogħod mill-bieb ta’ wara tad-dar ta’ Smith hemm masġar ta’ siġar, li saru l-Masġar Sagru tagħna “l-għodwa ta’ ġurnata sabiħa u ċara, kmieni fir-rebbiegħa tal-elf tmien mija u għoxrin” (Joseph Smith—History 1:14).

  11. Li tkun fil-post speċifiku u fiżiku ta’ avveniment storiku magħruf jista’ jgħaqqad il-ħin u l-post b’mod qawwi. Xorta, t-testimonjanza tagħna tal-avvenimenti sagri madwar id-dehra ta’ Moroni liż-żgħażugħ Profeta Joseph hija spiritwali.

  12. Joseph Smith—History 1:33–34.

  13. Ara Amos 3:7; Doctrine and Covenants 1:38.

  14. Ara Alma 37:6; Doctrine and Covenants 64:33.

  15. L-istatistika tal-Knisja mit-3 ta’ Settembru 2020; “Nazzjonijiet u territorji” jinkludu entitajiet bħal Guam, Puerto Rico, u s-Samoa Amerikana.

  16. It-23 pajjiż huma l-Istati Uniti, il-Messiku, il-Brażil, il-Filippini, il-Peru, iċ-Ċili, l-Arġentina, il-Gwatemala, l-Ekwador, il-Bolivja, il-Kolombja, il-Kanada, ir-Renju Unit, il-Honduras, in-Niġerja, il-Venezuela, l-Awstralja, id-Dominican Republic, il-Ġappun, l-El Salvador, New Zealand, l-Urugwaj, u n-Nikaragwa. L-Awstralja u New Zealand huma inklużi fl-erba’ pajjiżi fl-Asja b’100,000 membru. Paragwaj għandu ’l fuq minn 96,000 membru tal-Knisja u jaf ikun il-pajjiż li jmiss li jsir parti mill-grupp ta’ 100,000 membru.

  17. Russell M. Nelson, “The Book of Mormon: A Miraculous Miracle” (indirizz mogħti waqt seminar għall-presidenti tal-missjoni ġodda, 23 ta’ Ġunju, 2016).

  18. The Testimony of Three Witnesses,” u “The Testimony of Eight Witnesses,” Ktieb ta’ Mormon.

  19. Traduzzjonijiet oħra qed ikomplu bil-wegħda li kull raġel u mara se “jisimgħu il-milja tal-evanġelju fl-ilsien [tagħhom] stess, u … lingwa” (Doctrine and Covenants 90:11).

  20. Ara Doctrine and Covenants 122:1.

  21. It-titoli tal-erba’ volumi ta’ Saintsjiġu mit-testimonjanza ispirata u d-dikjarazzjoni tal-Profeta Joseph fl-ittra ta’ Wentworth—The Standard of Truth; No Unhallowed Hand; Boldly, Nobly, and Independent; u Sounded in Every Ear.

  22. Ara Saints: The Story of the Church of Jesus Christ in the Latter Days, vol. 1, The Standard of Truth, 1815–1846 (2018), 70–71.

  23. Ara l-Ittra tal-Ewwel Presidenza, 14 ta’ Aww, 2020.

  24. Ara Gerrit W. Gong, “Seven Ways Religious Inputs and Values Contribute to Practical, Principle-Based Policy Approaches” (indirizz mogħti fil-G20 Interfaith Forum, June 8, 2019), newsroom.ChurchofJesusChrist.org.

  25. Ara Jason Swensen, “LDS Church Celebrates 30 Years in Haiti by Planting Thousands of Trees,” Deseret News, May 1, 2013, deseretnews.com.

  26. Ara Pew Research Center, “The Global Religious Landscape,” Dec. 18, 2012, pewforum.org. Dan “l-istudju demografiku komprensiv ta’ aktar minn 230 pajjiż u territorju … jistma li hemm 5.8 biljun adulti u tfal affiljati ma’ reliġjon madwar id-dinja, li jirrappreżentaw 84% tal-popolazzjoni tad-dinja ta’ 6.9 biljun fl-2010.”

  27. Il-virtujiet u l-valuri reliġjużi jankraw u jarrikkixxu lis-soċjetà ċivili; jispiraw komunità, impenn ċivili, koeżjoni soċjali, servizz, u volontarjat; u jrawmu il-ġustizzja, ir-rikonċiljazzjoni, u l-maħfra, minbarra li jgħinuna nkunu nafu meta u kif nżommu u nerħu, biex nkunu nafu meta u x’għandna niftakru u ninsew.

  28. Minbarra l-kontribuzzjonijiet tagħhom lil Karitajiet tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien (ara latterdaysaintcharities.org), li sservi bħala d-driegħ umanitarju tal-Knisja, membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jingħaqdu mal-ġirien u l-komunitajiet tagħhom biex jagħtu l-ħin u l-mezzi permezz ta’ servizz f’proġetti ta’ JustServe jew Helping Hands (ara justserve.org u ChurchofJesusChrist.org/topics/humanitarian-service/helping-hands) u permezz ta’ donazzjonijiet ta’ offerti ta’ sawm (ara “Fasting and Fast Offerings,” Gospel Topics, topics.ChurchofJesusChrist.org). Kull wieħed minn dawn l-isforzi jeħtieġ il-ġenerożità sinifikanti tal-membri u l-ħbieb tal-Knisja biex ibierku eluf madwar id-dinja.

  29. Doctrine and Covenants 98:8.

  30. Isaija 61:1; ara wkoll Ġwanni 8:36; Galatin 5:1; Doctrine and Covenants 88:86.

  31. Din it-tama tal-libertà tinkludi dawk li qed ifittxu li jegħlbu drawwiet jew vizzji debilitanti, imġieba li tagħmel ħsara lill-persuna stess li twettaqha, ħtija interġenerazzjonali, jew kull niket.

  32. Moroni 8:12; ara wkoll Doctrine and Covenants 137:10.

  33. Ara 1 Korintin 15:29.

  34. “While of These Emblems We Partake,” Hymns, num. 173, vers 3.