Sosteniment ta’ Awtoritajiet Ġenerali, Sebgħinijiet Reġjonali, u Uffiċjali Ġenerali
Ħuti, issa se jkun ta’ privileġġ għalija li nippreżenta l-Awtoritjiet Ġenerali, is-Sebgħinijiet Reġjonali, u l-Uffiċjali Ġenerali tal-Knisja għall-vot ta’ sosteniment tagħkom.
Nitlobkom biex jekk jogħġobkom tesprimu l-appoġġ tagħkom bil-mod tas-soltu, tinsabu fejn tinsabu. Jekk fostkom ikun hemm min jopponi xi waħda mill-proposti, nitolbukom biex tikkuntattjaw lill-president tal-pal tagħkom.
Huwa propost li aħna nsostnu lil Russell Marion Nelson bħala profeta, veġġent, u rivelatur u l-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien; Dallin Harris Oaks bħala l-Ewwel Kunsillier fl-Ewwel Presidenza; u Henry Bennion Eyring bħala t-Tieni Kunsillier fl-Ewwel Presidenza.
Min hu favur jista’ juri dan.
Jekk hawn xi ħadd kontra, jista’ juri dan.
Huwa propost li aħna nsostnu lil Dallin H. Oaks bħala l-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu u lil Jeffrey R. Holland bħala l-Aġent President Tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.
Min hu favur, jekk jogħġobkom juri dan.
Jekk xi ħadd kontra jista’ juri dan.
Huwa propost li aħna nsostnu bħala membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu lil: Jeffrey R. Holland, Dieter F. Uchtdorf, David A. Bednar, Quentin L. Cook, D. Todd Christofferson, Neil L. Andersen, Ronald A. Rasband, Gary E. Stevenson, Dale G. Renlund, Gerrit W. Gong, Ulisses Soares u Patrick Kearon.
Dawk kollha li intom favur, jekk jogħġobkom uru dan.
Jekk hawn min hu kontra, jista’ jindika dan.
Huwa propost li aħna nsostnu lill-kunsilliera fl-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu bħala profeti, veġġenti, u rivelaturi.
Dawk kollha li intom favur, jekk jogħġobkom uru dan.
Jekk hawn xi ħadd kontra, juri dan bl-istess mod.
Ninnotaw lis-sitt Sebgħinijiet Reġjonali ġodda ġew sostnuti waqt il-laqgħat għat-tmexxija tal-konferenza ġenerali, nhar il-Ħamis, 3 ta’ Ottubru, u mbagħad ġew imħabbra fil-website tal-Knisja. Nistednukom biex issostnu lil dawn l-aħwa fl-assenjazzjonijiet ġodda tagħhom.
Dawk kollha li intom favur, jekk jogħġobkom uru dan.
Xi ħadd kontra, bl-istess sinjal.
Hu propost li nsostnu lill-Awtoritjiet Ġenerali l-oħrajn, is-Sebgħinijiet Reġjonali, u l-Uffiċjali Ġenerali kif huma bħalissa kostitwiti.
Dawk kollha favur, tistgħu tindikaw dan billi tgħollu jdejkom.
Dawk kontra, jekk hemm xi ħadd.
Nirringrazzjawkom, ħuti, għall-fidi kontinwa tagħkom u t-talb kontinwu tagħkom f’isem it-tmexxija tal-Knisja.
Tibdil fis-Sebgħinijiet Reġjonali
Is-Sebgħinijiet Reġjonali li ġejjin kienu sostnuti waqt is-sessjoni għat-tmexxija li saret bħala parti mill-konferenza ġenerali:
Miguel A. Avila, Jean Pierre A. L. Haboko, Ramiro Ibarra Sanchez, George Katembo Njogu Munene, A. Enrique Texeira, Francisco Villanueva Rojas.