Konferenza Ġenerali
Għixu Denji tal-Privileġġi Tagħkom
konferenza ġenerali Ottubru 2024


11:46

Għixu Denji tal-Privileġġi Tagħkom

Tgħallmu kif l-ordinanzi tas-saċerdozju u l-wegħdiet tal-patt jippermettu li l-Qawwa ta’ Alla tkun tista’ taħdem f’ħajjitkom.

M’ilux, żewġi Greg irċieva l-aħbar li hu se jkollu jagħmel operazzjoni intensità intensiva u se jingħata l-kimoterapija għal numru ta’ xhur. Bħal ħafna minnkom li għaddejtu minn sitwazzjoni simili, aħna qbadna nitolbu minnufih għall-għajnuna divina u għall-qawwa ta’ Alla. Il-Ħadd ta’ wara li Greg ġie operat, ġabulu s-sagrament fil-kamra tal-isptar.

F’din l-okkażjoni, jiena kont l-unika persuna li kont qed nieħu s-sagrament. Biċċa ħobż waħda. Tazza ilma waħda. Fil-knisja, moħħi ħafna drabi jkun iffokat fuq is-sistema ta’ kif jitwassal is-sagrament—it-tħejjija, il-barka, u t-tqassim. Iżda f’dak il-wara nofsinhar, jiena bdejt nixtarr dwar id-don tal-qawwa ta’ Alla disponibbli għalija permezz tal-ordinanza sagra nnifisha u l-patt imwiegħed li kont qed nagħmel hekk kif ħadt dik il-biċċa ħobż u dik it-tazza ilma. Dan kien żmien meta jiena kont teħtieġ il-qawwa divina. F’nofs daqstant uġigħ il-qalb, għejja, u inċertezza, jiena bdejt nixtarr dwar dan id-don li seta’ jagħtini ċ-ċans li nagħmel użu mill-qawwa tiegħu li tant kont neħtieġ. Li nieħdu sehem fis-sagrament iwassalni biex inħoss aktar is-sħubija tiegħi mal-Ispirtu tal-Mulej, jagħtini ċ-ċans li nagħmel użu mid-don tal-qawwa ta’ Alla, inkluż il-qadi tal-anġli u jkolli miegħi il-qawwa abilitanti tas-Salvatur li negħleb l-isfidi.

Ma naħsibx li rrealizzajt qabel b’daqstant ċarezza li mhuwiex biss min jiffunzjona fl-ordinanza li hu importanti—dak jwegħdu l-ordinanza u l-patti tagħna jixraqlu wkoll l-attenzjoni sħiħa tiegħi. L-ordinanzi tas-saċerdozju u l-wegħdiet tal-patt jagħtu ċans lil Alla biex iqaddisna u mbagħad iwettaq l-għeġubijiet f’ħajjitna. Iżda kif iseħħ dan?

L-ewwel, sabiex ordinanza turi l-qawwa ta’ Alla f’ħajjitna, jeħtieġ li titwettaq b’awtorità minn Iben Alla. Is-sistema kif titwettaq hija importanti. Lil Ġesù Kristu, il-Missier fdah bl-imfietaħ u l-awtorità li jissorvelja l-amministrazzjoni tal-ordinanzi tas-saċerdozju tiegħu. Taħt id-direzzjoni tiegħu, fl-ordni tas-saċerdozju tiegħu, ulied Alla ġew ordnati biex jieqfu fil-post ta’ Iben Alla.

It-tieni, aħna mhux biss nagħmlu wegħdiet tal-patt—jeħtieġ inħarsuhom. F’bosta ordinanzi tal-evanġelju, aħna nagħmlu patti sagri ma’ Alla; Huwa jwegħidna li jberikna hekk kif inħarsu dawk il-patti. Nirrealizzaw aħna li hija kombinazzjoni kemm ta’ ordinanzi tas-saċerdozju kif ukoll tal-ħarsien tagħna tal-wegħdiet tal-patt li twassalna biex nagħmlu użu mill-qawwa ta’ Alla?

Dak il-wara nofsinhar bdejt nistaqsi lili nnifsi jekk jiena, bint tal-patt ta’ Alla, kontx qed nifhem verament kif naċċessa d-don tal-qawwa ta’ Alla permezz tal-ordinanzi tas-saċerdozju u jekk jien verament kontx qed nagħraf kif il-qawwa ta’ Alla taħdem fija.

Fl-2019, in-nisa tal-Knisja ngħataw stedina profetika, li għallmitna kif stajna nagħmlu użu mill-qawwa tas-Salvatur f’ħajjitna. Il-President Russell M. Nelson stedinna biex nistudjaw Duttrina u Patti 25, rivelazzjoni mogħtija lil Emma Smith ġewwa Harmony, Pennsylvania. Li aċċettajt dik l-istedina wassalni biex nibdel ħajti.

Ix-xahar l-ieħor kelli l-opportunità mhux mistennija li nżur Harmony. Hemmhekk, taħt is-siġar tal-aġġru, is=saċerdozju ġie rrestawrat lil Joseph Smith u Oliver Cowdery. Qrib dawk is-siġar hemm il-bieb tad-dar ta’ Joseph u Emma. Faċċata tal-fuklar f’dik id-dar hemm tieqa. Jiena mort quddiem dik it-tieqa u bdejt nixtarr x’setgħu kienu l-ħsibijiet ta’ Emma hekk kif hija bdiet tħares ’il barra lejn is-siġar.

F’Lulju tal-1830, Emma kellha 26 sena; kienet għadha tassew żgħira. Kienet ilha miżżewġa tliet snin u nofs. Hija kienet tilfet tifel li kien għadu tarbija—l-ewwel waħda li kellha. Il-qabar ċkejken tiegħu jinsab fi trejqa ħdejn id-dar tagħha. Waqt li kont wieqfa quddiem dik it-tieqa, ma kienx diffiċli għalija li nimmaġina x’seta’ għadda minn ġo moħħha. M’hemmx dubju li bdiet tinkwieta dwar il-finanzi tagħhom, dwar il-persekuzzjoni dejjem tikber li kienet theddida għas-sigurtà tagħhom, dwar il-ġejjieni tagħhom. Madankollu il-ħidma ta’ Alla kienet tinsab madwarha kull fejn tħares. Tgħid bdiet tixtarr ukoll dwar l-irwol tagħha fil-pjan, dwar l-għan tagħha fis-saltna tiegħu, u l-potenzjal tagħha f’għajnejn Alla?

Naħseb li hekk hu.

Sewwasew faċċata tat-tieqa, id-don tal-awtorità u l-imfietaħ tas-saċerdozju ta’ Alla kienu ġew irrestawrati fid-dinja. Dan kien żmien meta Emma tassew kienet teħtieġ il-qawwa divina. F’nofs daqstant uġigħ il-qalb, għejja, u inċertezza, nimmaġina li Emma bdiet tixtarr dwar dan id-don tas-saċerdozju ta’ Alla li seta’ jagħtiha l-qawwa tiegħu li hia tant kienet teħtieġ.

Iżda Emma ma bdietx biss tħares mit-tieqa u tixtarr.

Filwaqt li l-Profeta Joseph kien qed jiġi mgħallem dwar l-imfietaħ, il-karigi, l-ordinanzi, u kif seta’ jgħin fis-servizz tas-saċerdozju, il-Mulej innifsu, permezz tal-profeta tiegħu, ta rivelazzjoni lil Emma. Mhux lil Emma bħala president tas Soċjetà tas-Solliev ġewwa Nauvoo—din ir-rivelazzjoni ngħatat lil Emma li kellha 26 sena ġewwa Harmony. Permezz tar-rivelazzjoni, Emma tgħallmet dwar il-qdusija ġewwinija u r-rabta tal-patt li kienu se jkabbru l-abbiltà ta’ dawk l-ordinanzi tas-saċerdozju li jaħdmu f’ħajjitha.

L-ewwel, il-Mulej fakkar lil Emma dwar l-irwol tagħha fil-pjan tiegħu, bħal hi min kienet u ta’ min kienet—bintu fis-saltna tiegħu. Hija ġiet mistiedna biex “timxi fit-triq tal-virtù,” triq li tinkludi ordinanzi li setgħu jagħtuha l-qawwa ta’ Alla jekk Emma tibqa’ tħares il-patti tagħha.

It-tieni, f’mumenti li fihom esperjenzat dulur kbir, il-Mulej uriha x’inhu l-irwol tagħha. Emma mhux sempliċiment kienet fuq quddiem tara r-Restawrazzjoni sseħħ; hija kienet parteċipant essenzjali fil-ħidma li kienet qed isseħħ. Hija kienet se tiġi distinta “biex tispjega l-iskrittura, u twissi lill-knisja.” Kellha tgħaddi ħinha “tikteb u titgħallem.” Emma ġie mogħtija rwol sagru li tgħin tħejji lil Qaddisin fil-qima tagħhom; l-għanjiet tagħhom lill-Mulej kienu se jintlaqgħu bħala talb u “mwieġba b’barka fuq rashom.”

Fl-aħħar, il-Mulej iddeskriva proċess ta’ qdusija ġewwinija li kien se jħejji lil Emma għall-eżaltazzjoni. “Jekk inti ma tagħmilx dan” spjegalha l-Mulej, “fejn ninsab jien ma nistax tiġi.”

Jekk naqraw sezzjoni 25 bir-reqqa, naraw li fiha hemm progressjoni importanti. Emma minn bint fis-saltna kienet se tgħaddi biex issir “mara magħżula” u mbagħad sultana. L-ordinanzi tas-Saċerdozju ta’ Aron u ta’ Melkisedek flimkien mal-ħarsien tal-wegħdi tal-patt tagħha kienu sejrin ikabbru s-sħubija tagħha mal-Ispirtu u mal-anġli, u jagħtuha l-qawwa li ninnaviga ħajjitha permezz ta’ gwida divina. Permezz tal-qawwa divina, Alla kien sejjer ifejjaq qalbha, ikabbar il-kapaċità tagħha, u jittrasformaha f’verżjoni tagħha nnifisha li kien jaf li kellha l-potenzjal li ssir. U permezz tal-ordinanzi tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek, “tkun tista’ tidher il-qawwa tad-divinità” f’ħajjitha u l-Mulej jifraq il-velu biex hija tkun tista’ tirċievi l-għarfien mingħandu. Dan hu kif il-qawwa ta’ Alla tidher li qed taħdem ġewwa fina.

Il-President Russell M. Nelson għallem:

Dak kollu li seħħ f’Harmony se jħalli implikazzjonijiet mill-aktar profondi fil-ħajja tagħkom . Ir-restawrazzjoni tas-saċerdozju, flimkien mal-parir li l-Mulej ta lil Emma, jistgħu jiggwidaw u jbierku lil kull waħda minnkom. …

“… Li taċċessaw il-qawwa ta’ Alla f’ħajjitkom intom teħtieġu l-istess affarijiet li l-Mulej talab lil Emma u lil kull waħda minnkom biex tagħmel.”

Kienu qed iseħħu ħwejjeġ importanti fuq iż-żewġ naħat ta’ dik it-tieqa ġewwa Harmony, fosthom ir-rivelazzjoni mogħtija lill-mara magħżula li sejjaħ il-Mulej—rivelazzjoni li kienet se ssaħħaħ, tħeġġeġ, u tgħati struzzjonijiet lil Emma Smith, bint Alla.

Meta n-neputija tagħna Isabelle ngħatat isem u barka, missierha berikha b’għarfien tas-saċerdozju; li hija kienet se tkompli tikber u titgħallem dwar il-barka li kien se jipprovdilha f’ħajjitha; u li l-fidi tagħha fis-saċerdozju se tkompli tikber hekk kif hi tkompli tikber fl-għarfien.

Mhux ħaġa komuni li tifla ċkejkna tkun imbierka li tifhem is-saċerdozju u titgħallem kif dawk l-ordinanzi tas-saċerdozju u l-wegħdiet tal-patt sejrin jgħinuha biex taċċessa l-qawwa ta’ Alla. Iżda jien ftakart f’Emma u għidt lili nnifsi, Għalfejn le? Din il-bint ċkejkna għandha l-potenzjal li ssir mara magħżula fis-saltna tiegħu u eventwalment sultana. Permezz tal-ordinanzi tas-saċerdozju tiegħu u l-ħarsien tal-wegħdiet tal-patt tagħha, il-qawwa ta’ Alla sejra taħdem fiha u permezz tagħha biex tgħina tegħleb dak kollu li tiffaċċja fil-ħajja u ssir il-mara li Alla jaf li tista’ ssir. Din hi xi ħaġa li nixtieq lil kull tifla fis-saltna li tifhem.

“Għixu denji tal-privileġġi tagħkom.”

Tgħallmu kif l-ordinanzi u l-patti tas-saċerdozju jippermettu li l-qawwa ta’ Alla taħdem f’ħajjitkom b’aktar effettività, fejn taħdem fikom u permezz tagħkom, u tqawwikom u tarmakom biex tilħqu l-għan u l-potenzjal sħiħ tagħkom.

Bir-reqqa studjaw u xtarru l-ordinanza tas-Saċerdozju ta’ Aron u ta’ Melkisedek, il-wegħdiet tal-patt li nagħmlu ma’ kull waħda, u l-qawwa ta’ Alla li naċċessaw permezz ta’ dawk l-ordinanzi.

Ftakru, mhuwiex biss min jiffunzjona fl-ordinanzi li hu importanti; dak li l-ordinanza u l-wegħda tal-patt tagħkom jagħtukom aċċess għalih ukoll jixraqlu l-attenzjoni sħiħa tagħkom.

Li nieklu l-ħobż u nixorbu l-ilma hija tifkira ta’ kull ġimgħa tal-qawwa tiegħu taħdem fikom biex tgħinkom tegħlbu l-isfidi. Li tilbsu l-garment tas-saċerdozju mqaddes hija tifkira ta’ kuljum tad-don tal-qawwa tiegħu li jaħdem fikom biex jgħinkom issiru.

Aħna lkoll għandna aċċess għad-don tal-qawwa ta’ Alla.

Kull darba li nieħdu sehem fis-sagrament.

Kull darba li nirfsu l-għatba ta’ xi tempju.

Dan huwa l-qofol tal-Jum il-Mulej tiegħi. Hu għalhekk li jiena ngħożż ir-rakkomandazzjoni tat-tempju tiegħi.

“F’dawn l-ordinanzi, tidher il-qawwa tad-divinità.”

Dwar dan id-don jiena nixhed f’isem Ġesù Kristu, ammen.

Noti

  1. Ara Doctrine and Covenants 107:20.

  2. Il-Presbiteru D. Todd Christofferson għallem: Fl-ordinanzi kollha, speċjalment dawk tat-tempju, aħna niġu iddotati b’qawwa mill-għoli. Din ‘il-qawwa tad-divinità’ tidher fil-persuna u permezz tal-influwenza tal-Ispirtu s-Santu. … Nixhed li Alla se jżomm il-wegħdi li Hu għamel magħkom hekk kif tonoraw il-patti li għamiltu miegħu. … Permezz tal-Ispirtu Qaddis tiegħu, Huwa jimliekom b’qawwa divina” (”The Power of Covenants,” Liahona, Mejju 2009, 22, 23).

  3. Ara Dallin H. Oaks, “The Aaronic Priesthood and the Sacrament,” Liahona, Jan. 1999, 45.

  4. “Kull min jipparteċipa fl-ordinanzi tas-saċerdozju, sew jekk raġel, sew jekk mara, u li jagħmel l-patti ma’ Alla u jħarishom għandu aċċess dirett għall-qawwa ta’ Alla” (Russell M. Nelson, “Il-Patt ta’ Dejjem,” Liahona, Ott. 2022, 10).

  5. Ara Ġożwè 3:5, nota f’qiegħ il-paġna a. Il-Presbiteru Dale G. Renlund spjega: “Permezz ta’ dawn il-patti, aħna għandna aċċess akbar għall-qawwa tal-Mulej. Biex inkun għidt kollox, il-patti tal-magħmudija u tat-tempju mhumiex, fihom infushom, is-sors tal-qawwa. Is-sors tal-qawwa huwa l-Mulej Ġesù Kristu u Missierna fis-Smewwiet. Li nagħmlu u nħarsu l-patti joħolqu kondjuwit għall-qawwa Tagħhom f’ħajjitna.” (“Iċ-Ċiklu Virtuż Setgħana tad-Duttrina ta’ Kristu,” Liahona, Mejju 2024, 82.)

  6. Ara Doctrine and Covenants 107:1–3; Joseph Smith Translation, Hebrews 7:3 (f’appendiċi tal-Bibbja); Alma 13:2, 16. Il-President Dallin H. Oaks għallem: “Mill-iskrittura nafu wkoll li dawk li juffiċjalizzaw fis-saċerdozju jaġixxu f’isem il-Mulej (ara Doctrine and Covenants 1:38; 36:2). Issa se nissuġġerixxi kif l-għalliema u l-qassisin u d-djakni għandhom iwettqu r-responsabbiltajiet sagri tagħhom biex jaġixxu f’isem il-Mulej meta jħejju, jamministraw, u jgħaddu s-sagrament” (“The Aaronic Priesthood and the Sacrament,” Liahona, Jan. 1999, 45).

  7. Ara Manwal Ġenerali: Inservu fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, 3.5.1–2, Gospel Library.

  8. Ara Doctrine and Covenants 107:18–20; Filippin 1:6.

  9. See Russell M. Nelson, “Teżori Spiritwali,” Liahona, Nov. 2019, 77.

  10. Ara “Joseph and Emma Smith’s Home” (history.ChurchofJesusChrist.org) għal aktar dettall dwar ir-riproduzzjoni tad-dar tal-familja Smith ġewwa s-siti storiku tal-Knisja f’Harmony, Pennsylvania.

  11. L-awtorità u l-imfietaħ tas-saċerdozju jippermettu li l-qawwa ta’ Alla tidħol fil-ħajja ta’ dawk li jirċievu l-ordinanzi tas-saċerdozju u jagħmlu u jħarsu l-patti marbuta magħhom” (ara General Handbook, 3.5, Gospel Library).

  12. Ara Joseph Smith—History 1:71, nota.

  13. Ara Doctrine and Covenants 25.

  14. Ara Doctrine and Covenants 25:1.

  15. Doctrine and Covenants 25:2.

  16. Ara Doctrine and Covenants 25:13. “Il-kelma patt hija ta’ oriġni Latina, con venire, u letteralment tfisser ‘niġu flimkien.’ Fil-kuntest tas-saċerdozju, ‘patt’ huwa meta l-qbil bejn Alla u l-bniedem isir flimkien. Jippresupponi li Alla u l-bniedem jiġu flimkien biex jagħmlu kuntratt, biex jaqblu fuq il-wegħdiet, l-istipulazzjonijiet, il-privileġġi, u r-responsabbiltajiet. …

    “Patt li jseħħ b’dan il-mod huwa wieħed immutabbli li ma jinbidilx. Huwa ankra għar-ruħ; joħloq sisien b’saħħithom u sodi għall-aspettattivi tal-ġejjieni,” (Dale G. Renlund u Ruth Lybbert Renlund, The Melchizedek Priesthood: Understanding the Doctrine, Living the Principles [2018], 60).

  17. Doctrine and Covenants 25:7.

  18. Doctrine and Covenants 25:8.

  19. Doctrine and Covenants 25:12.

  20. Ara Doctrine and Covenants 25:15.

  21. Doctrine and Covenants 25:15. Il-President Dallin H. Oaks għallem: “L-ordinanza tal-magħmudija u l-patti marbuta magħha huma meħtieġa biex nidħlu fis-saltna ċelestjali. L-ordinanzi u l-patti marbuta magħhom tat-tempju huma meħtieġa għall-eżaltazzjoni fis-saltna ċelestjali, li hija l-ħajja ta’ dejjem, ‘l-akbar fost ir-rigali kollha ta’ Alla’ [Doctrine and Covenants 14:7]” (“Covenants and Responsibilities,” Liahona, Mejju 2024, 96).

  22. Ara Doctrine and Covenants 25:1.

  23. Doctrine and Covenants 25:3.

  24. Ara Doctrine and Covenants 25:15.

  25. Dallin H. Oaks, “The Aaronic Priesthood and the Sacrament,” Liahona, Jan. 1999, 44–45. Il-President Oaks għallem:

    “B’mod mill-aktar relatat, dawn l-ordinanzi tas-Saċerdozju ta’ Aron huma importanti ħafna wkoll għall-qadi tal-anġli. …

    “… Ċerti messaġġi anġeliċi jistgħu jitwasslu permezz ta’ leħen jew sempliċiment xi ħsibijiet jew sentimenti f’komunikazzjoni mal-moħħ” (“The Aaronic Priesthood and the Sacrament,” Liahona, Jan. 1999, 44, 45).

    Barra minn hekk, il-Profeta Joseph Smith ta din il-wegħda waqt li kien qed ikellem lill-aħwa tas-Soċjetà tas-Solliev: “Jekk tgħixu denji tal-privileġġi tagħkom, l-anġli ma jżommux lura milli jkunu l-imsieħba tagħkom” (Teachings of Presidents of the Church: Joseph Smith [2011], 454).

  26. Ara Doctrine and Covenants 84:19–20.

  27. Ara Doctrine and Covenants 107:18–19.

  28. Russell M. Nelson, “Teżori Spiritwali,” 77. “Willard Richards irrapporta: ‘President Joseph Smith qara r-rivelazzjoni mogħtija lil Emma Smith … u ddikjara li … mhux hi biss, iżda oħrajn jistgħu jiksbu dawk l-istess barkiet” (Teachings: Joseph Smith, 453–54). Ara wkoll Nauvoo Relief Society Minute Book, March 17, 1842, f’ The First Fifty Years of Relief Society: Key Documents in Latter-day Saint Women’s History (2016), 1.2.1, churchhistorianspress.org.

  29. Ara Doctrine and Covenants 24, intestatura tas-sezzjoni. Din tiddikjara li “il-tliet rivelazzjonijiet li ġejjin ingħataw f’dan iż-żmien biex iqawwu, iħeġġu, u jgħallmu.”

  30. Teachings: Joseph Smith, 454.

  31. See Russell M. Nelson, “Teżori Spiritwali,” 77. “Nitlobkom biex bl-għajnuna tat-talb tistudjaw il-veritajiet kollha li tistgħu ssibu dwar il-qawwa tas-saċerdozju. Taf tridu tibdew b’Duttrina u Patti sezzjoni 84 u 107. Dawk is-sezzjonijiet jeħdukom fi skrittura oħra. L-iskrittura u t-tagħlim tal-profeti, bassâra, u rivelaturi ta’ żmienna huma mimlijin b’din il-verità. Hekk kif l-għarfien tagħkom jikber u hekk kif teżerċitaw il-fidi fil-Mulej u fil-qawwa tas-saċerdozju Tiegħu, l-abbiltà tagħkom li tagħmlu użu minn dan it-teżor spiritwali li l-Mulej għamel disponibbli tikber” (Russell M. Nelson, “Teżori Spiritwali,” 79).

  32. Ara Doctrine and Covenants 109:22.

  33. Doctrine and Covenants 84:20.