Konferenza Ġenerali
Il-Favorit t’Alla
konferenza ġenerali Ottubru 2024


10:31

Il-Favorit t’Alla

Li nkunu mimlijin bl-imħabba ta’ Alla jipproteġina fil-maltempati tal-ħajja iżda jagħmel ukoll isbaħ lill-mumenti sbieħ.

Qabel nibda, jaqbel li ngħidilkom li tnejn minn uliedi ħasshom ħażin waqt li kienu qed jitkellmu mill-pulptu, u qatt ma ħassejtni ħaġa waħda magħhom daqs dan il-mument. Mhux qed naħseb biss fil-bokkaport.

Fil-familja tagħna għandna sitt ulied li xi minn daqqiet jinku lil xulxin li huma l-wild favorit. Ilkoll għandhom raġuni biex ikunu ppreferuti. L-imħabba tagħna għal uliedna kollha hija pura u sodisfaċenti u sħiħa. Mhux possibbli nħobbu wieħed minnhom iktar mill-oħrajn—bit-twelid ta’ kull tarbija waslet l-isbaħ espansjoni ta’ mħabbitna. Jien nirrelata b’mod speċjali mal-imħabba ta’ Missieri fis-Smewwiet għalija permezz tal-imħabba li jien inħoss għal uliedi.

Waqt li jgħaddu l-argumenti tagħhom ta’ għala jaħsbu li huma l-iktar favoriti, min jismagħhom jaħseb li l-familja tagħna qatt ma kellha kamra tas-sodda diżordnata. Is-sens ta’ difetti fir-relazzjoni bejn ġenitur u iben jiċċekken fil-konċentrazzjoni fuq l-imħabba.

F’ħin minnhom, forsi minħabba l-fatt li ninduna li żgur ħa nispiċċaw b’irvell fil-familja, jien ngħid xi ħaġa bħal, “Tajjeb, issa għejjejtuni, imma xorta mhux se nħabbar ir-rebbieħ; tafu tajjeb min minkom huwa l-favorit tiegħi.” L-għan tiegħi huwa li kull wieħed mis-sitta li huma jħossu vittorjuż u hekk inkunu evitajna gwerra sħiħa—għallinqas sakemm nerġgħu nagħmluha!

Fl-Evanġelju tiegħu, Ġwanni jiddeskrivi lilu nnifsu bħala “id-dixxiplu li Ġesù kien iħobb,” bħallikieku dak l-arranġament kien b’xi mod uniku. Inħobb naħseb li dan kien għaliex Ġwanni kien iħossu maħbub b’mod sħiħ minn Ġesù. Nefi wassal sens simili meta kiteb, “jiena neżulta f’Ġesù tiegħi.” Naturalment, is-Salvatur mhuwiex ta’ Nefi iktar milli Hu ta’ Ġwanni, imma madanakollu n-natura personali tar-relazzjoni ta’ Nefi ma’ Ġesù “tiegħu” wasslu biex jagħti dik id-deskrizzjoni tenerea.

Mhijiex ħaġa tal-għaġeb li jiġu żminijiet meta nistgħu nħossuna nnutati u maħbuba b’tant mod sħiħ u personali? Nefi jista’ jsejjaħlu Ġesù “tiegħu”, u anki aħna nistgħu. L-imħabba tas-Salvatur tagħna hija “dik ix-xorta ta’ mħabba li hija l-ogħla, l-aktar nobbli, u l-aktar qawwija,” u Hu jipprovdiha sakemm aħna “nixbgħu.” L-imħabba divina qatt ma tinxef, u kull wieħed minna huwa favorit għażiż. L-imħabba tagħna hija fejn, l-istess bħaċ-ċrieki ta’ Venn diagram, aħna lkoll nitrikkbu. F’dawk il-partijiet li fihom aħna nidhru differenti, l-imħabba Tiegħu hija fejn insibu dak dak li jgħaqqadna.

Tissorprendina li l-ikbar kmandamenti huma li nħobbu lil Alla u li nħobbu lil dawk ta’ madwarna? Meta nara nies li juru mħabba Kristjana għal xulxin, donnu għalija l-imħabba tikkontjeni iktar minn l-imħabba tagħhom biss; hija mħabba li għandha wkoll id-divinità fiha. Meta nħobbu lil xulxin b’dan il-mod, b’mod kemm nistgħu sħiħ u komplet, is-smewwiet jinvolvu ruħhom ukoll.

Mela jekk xi ħadd li huwa għażiż għalina jidher distanti mis-sens ta’ mħabba divina, nistgħu nimxu wara dan il-mudell—billi aħna stess nagħmlu affarjiet li jressquna eqreb lejn Alla u mbagħad nagħmlu affarjiet li jressquna eqreb lejhom—sejħa bla kliem biex jersqu għand Kristu.

Nixtieq niltaqa’ magħkom u nistaqsikom x’inhuma ċ-ċirkostanzi li jġegħlukom tħossu l-imħabba ta’ Alla. Liema versi tal-iskrittura, liema għemejjel ta’ servizz? Fejn tkunu? X’tip ta’ mużika? Fil-kumpanija ta’ min? Il-konferenza ġenerali hija post għani biex titgħallem kif tista’ ssir ħaġa waħda mal-imħabba tas-smewwiet.

Forsi tħossukom ħafna ’l bogħod mill-imħabba ta’ Alla? Forsi għandkom kor ta’ vuċijiet ta’ skuraġġiment u dlam li jtaqqal ħsibijietkom, messaġġi li jgħidulkom li intom wisq midrubin, konfużi, dgħajfin u injorati, wisq differenti u diżorjentati biex ikun ħaqqkom l-imħabba tas-smewwiet b’mod reali. Jekk tisimgħu dawk l-ideat, mela jekk jogħġobkom isimgħu dan: dawk il-vuċijiet sempliċiment għandhom żball. Nistgħu bil-kunfidenza kollha ninjoraw l-idea li l-istat ta’ meta nħossuna mfarrkin jiskwalifikana mill-imħabba tas-smewwiet—kull darba li nkantaw l-innu li jfakkarna li s-Salvatur tagħna, maħbub u perfett, għażel li jkun “miġruħ, mkisser, [u] mċarrat għalina,” kull darna li nieħdu mill-ħobż maqsum. Bla dubju li Ġesù jneħħi kull għajb mill-istat miksur. Permezz tal-istat miksur Tiegħu, Huwa sar perfett, u jista’ jagħmilna perfetti minkejja l-istat miksur tagħna. Huwa kien miksur, waħdu, imċarrat u miġruħ—u forsi aħna nħossuna l-istess—iżda separati mill-imħabba ta’ Alla, m’aħnniex. “Nies miksurin; imħabba perfetta,” kif tgħid il-kanzunetta.

Intom tistgħu tkunu tafu xi ħaġa sigrieta dwarkom infuskom li ġġegħelkom tħossukom li ma jistħoqqilkomx l-imħabba. Anki jekk għandkom raġun li taħsbu li tafu dwarkom infuskom, għandkom żball li taħsbu li poġġejtu lilkom infuskom f’pożizzjoni fejn l-imħabba ta’ Alla ma tilħaqkomx. Xi drabi aħna kattivi u impazjenti magħna nfusna f’modi li m’aħniex kapaċi nimmaġinaw li nistgħu nkunu ma’ ħaddieħor. Hemm ħafna li aħna nistgħu nagħmlu f’din id-dinja, iżda fil-lista ma nsibux il-mibegħda għalina nfusna u li nikkundannaw lilna nfusna bla ebda riserva. Għalkemm aħna nafu nħossu li aħna sfigurati, id-dirgħajn Tiegħu ma jiqsarux. Le. Huma dejjem twal biżżejjed biex “jaslu sa fejn nilħquhom,” u jħaddnu lil kull wieħed u waħda minna.

Meta ma nħossux il-ħrara tal-imħabba divina, ma jfissirx li tkun telqet. Il-kliem stess ta’ Alla huma “Jistgħu jitħarrku l-muntanji, jitheżżu l-għoljiet, imma mħabbti minn miegħek.” Mela, biex inkunu ċari, l-idea li Alla waqaf iħobb għandha tkun tant ’l isfel fil-lista ta’ spjegazzjonijiet possibbli fil-ħajja li qatt ma naslu s’hemm sakemm il-muntanji u l-għoljiet ma jkunux sparixxew!

Jogħġobni ħafna dan is-simboliżmu tal-muntanji bħala evidenza taċ-ċertezza tal-imħabba ta’ Alla. Dak is-simboliżmu qawwi jintiseġ mal-ġrajjiet ta’ dawk li jmorru fuq il-muntanji biex jirċievu rivelazzjoni u d-deskrizzjoni ta’ Isaija tal-“l-għolja tad-dar tal-Mulej” li “togħla ’l fuq mill-qċaċet tal-muntanji.” Id-dar tal-Mulej hija d-dar tal-patti l-iktar prezzjużi tagħna u post fejn aħna lkoll nistgħu nsibu l-kenn u ninħakmu profondament mill-evidenza li Missierna jħobbna. Ħadt gost ukoll inħoss il-faraġ li jasal f’ruħi meta nitgeżwer iktar sew fil-patt tal-magħmudija tiegħi u nsib lil xi ħadd imnikket wara li għadda minn telfa jew mdejjaq dwar xi diżappunt u jien nipprova ngħinhom biex jifhmu s-sentimenti tagħhom u jipproċessaw. Huma dawn modi kif aħna nistgħu nsiru ħaġa waħda mal-imħabba prezzjuża tal-patt, ħesed?

Mela jekk l-imħabba tagħna ma titlaqniex, għaliex ma nħossuhiex dejjem? Biex ma tippretendux wisq mingħandi: ma nafx. Imma li tkun maħbub żgur li mhux l-istess bħal li tħossok maħbub, u jien għandi ftit ħsibijiet li jistgħu jgħinukom filwaqt li tfittxu t-tweġibiet tagħkom għal dik il-mistoqsija.

Forsi qed titqabdu man-niket, dipressjoni, tradiment, solitudini, diżappunt, jew xi intrużjoni qawwija oħra fl-abbiltà tagħkom li tħossu l-imħabba ta’ Alla għalikom. Jekk hu hekk, dawn il-ħwejjeġ jistgħu jċajpru jew iwaqqfu l-abbiltà tagħna li nħossu dak li kieku altrimenti nistgħu nħossu. Għal staġun wieħed mill-inqas, forsi mhux se tkunu tistgħu tħossu l-imġabba Tiegħu u ħa jkollkom tistrieħu biss fuq l-għarfien. Imma, ngħid jien, forsi tistgħu tesperementaw—bis-sabar—b’modi differenti kif tesprimu u tirċievu l-imħabba divina? Tistgħu tieħdu pass lura minn dik il-ħaġa li għandkom quddiemkom, hi x’inhi, u forsi pass ieħor u ieħor sakemm taraw pajsaġġ usa’, u anki usa’ iżjed u iżjed jekk hemm bżonn, sakemm litteralment qed “taħsbu ċelestjali” għaliex qegħdin tħarsu lejn l-istilel u tiftakru dinjiet bla għadd u permezz tagħhom lill-Ħallieq tagħhom?

L-għanja tal-għasafar, li nħoss ix-xemx jew iż-żiffa jew ix-xita fuq il-ġilda tiegħi, u d-drabi meta n-natura ġġiegħel lis-sensi tiegħi jħossu l-maestà ta’ Alla—kull ħaġa minn dawn għamlet il-parti tagħhha biex inkun ipprovdut b’konnessjoni mas-smewwiet. Forsi l-faraġ ta’ ħbieb leali jista’ wkoll jgħin? Forsi l-mużika? Jew li sservi? Żammejtu rekord jew djarju tad-drabi meta l-konnessjoni tagħkom ma’ Alla kienet ċara għalikom? Forsi tistgħu tistiednu lil dawk li għandkom fiduċja fihom biex jaqsmu magħkom is-sorsi tagħhom ta’ konnessjoni divina filwaqt li tfittxu għas-solliev u l-komprensjoni.

Nistaqsi, jekk Ġesù kellu jagħżel post fejn intom jew Hu kellkom tiltaqgħu, xi post privat fejn jista’ jkollkom fokus perfett fuqu, jista’ forsi juża l-post uniku tat-tbatija personali tagħkom, il-post tal-ħtieġa l-iktar profonda tagħkom, fejn ħadd iżjed ma jista’ jmur? X’imkien fejn tħossukom tant f’solitudini fejn verament jeħtiġilkom tkunu waħedkom iżda mhux għal kollox kollox, xi post fejn aktarx Hu biss xi darba kien iżda li fil-fatt ħejja biex jiltaqa’ magħkom hemm meta taslu. Jekk qed tistennewh biex jasal, jista’ jkun li diġà qiegħed hemm fejn jista’ jintleħaq?

Jekk infatti tħossukom mimlijin bl-imħabba f’dan l-istaġun ta’ ħajjitkom, nitlobkom biex tippruvaw taħfnuha sew bl-istess mod li passatur iżomm l-ilma. Xarrbuha ma’ kull fejn tmorru. Wieħed mill-mirakli tal-ekonomija divina huwa li meta nippruvaw naqsmu l-imħabba ta’ Ġesù ma’ ħaddieħor, insibu li aħna stess qed nimtlew f’varjazzjoni tal-prinċipju li “min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.”

Li nkunu mimlijin bl-imħabba ta’ Alla jipproteġina fil-maltempati tal-ħajja iżda jagħmel ukoll isbaħ lill-mumemnti sbieħ—il-jiem tagħna ta’ ferħ, meta x-xemx tiddi fis-sema, ħa jiddu iktar meta hemm id-dawl tax-xemx f’ruħna.

Ejjew inniżlu “l-għeruq tagħna” f’Ġesù tagħna u mħabbtu. Ejjew infittxu u ngħożżu l-esperjenzi li nħossu mħabbtu u l-qawwa tiegħu f’ħajjitna. L-hena tal-evanġelju qiegħda hemm għal kulħadd: mhux biss dak kuntenti, mhux biss dawk imnikktin. L-hena hija għan, mhux rigal taċ-ċirkostanzi tagħna. Għandna kull raġuni biex “nithennew u nimtlew b’imħabba lejn Alla u lejn il‑bnedmin kollha.” Ejja ħalli nimtlew. F’isem Ġesù Kristu, ammen.

Noti

  1. Ġwanni 21:20; ara wkoll Ġwanni 13:23; 19:26; 20:2; 21:7.

  2. 2 Nefi 33:6; enfażi miżjuda.

  3. Dizzjunarju tal-Bibbja, “Karità.”

  4. Fl-Art Imqaddsa: Mattew 14:15–20. U fl-Amerki: 3 Nefi 27:16.

  5. Ara Mattew 22:35–40.

  6. Ara 1 Ġwanni 4:12.

  7. Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ: Gwida biex Nagħmlu l-Għażliet jitlob biex aħna “ngħinu lil [oħrajn] iħossu l-imħabba tal-Missier fis-Smewwiet permezz [tagħna]” ([2022], 12).

  8. “Jesus of Nazareth, Savior and King,” Innijiet, nu. 181; ara wkoll Isaija 53:5; Mattew 26:26.

  9. Il-President Russell M. Nelson spjega: “Eżatt qabel il-kruċifissjoni [tas-Salvatur], Huwa qal li ‘fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi’ [Luqa 13:32); enfasi miżjuda]. Aħsbu ftit fuq dan! Il-Mulej bla dnub u bla għelt—diġà perfett skont l-istandards mortali tagħna—ipproklama li l-istat tiegħu ta’ perfezzjoni għad irid iseħħ fil-futur. Il-perfezzjoni eterna tiegħu tasal wara l-qawmien mill-mewt u l-kisba ta’ ‘kull setgħa fis-sema u fl-art’ (Mattew 28:18; ara wkoll Doctrine and Covenants 93:2–23)” (“Perfection Pending,” Ensign, Nov. 1995, 87). Il-profeta Moroni jistedinna lkoll, “Iva, ersqu lejn Kristu, u pperfezzjonaw ruħkom fih, … u jekk tiċħdu lilkom infuskom minn kull ħażen, u tħobbu lil Alla bil-qawwa tagħkom kollha, b’moħħkom kollu u b’saħħitkom kollha, imbagħad il-grazzja tiegħu tkun biżżejjed għalikom, ħalli permezz tal-grazzja tiegħu tkunu tistgħu tiġu pperfezzjonati fi Kristu” (Moroni 10:32).

  10. “Savior of My Soul,” 2024 Youth Album, ChurchofJesusChrist.org.

  11. Ara Isaija 59:1.

  12. “Fejn Nista’ Nsib il-Sliem?” Innijiet, no. 129.

  13. Isaija 54:10.

  14. Per eżempju, Nefi (ara 1 Nefi 17:7), Mosè (ara Eżodu 19:3), il-ħdax-il appostlu (ara Mattew 28:16), u s-Salvatur (ara Mattew 14:23); ara wkoll Salm 24:3.

  15. Isaija 2:2; ara wkoll vers 3. Dan is-simboliżmu jġegħilni biex nikkonsidra iktar l-għanijiet tal-Mulej li jipprovdi mijiet ta’ tempji għal uliedu madwar id-dinja.

  16. L-esperjenza tiegħi sseddaq il-verità tal-wegħda tal-President Nelson li l-iktar post sigur li tista’ tgħix fih huwa ġewwa l-patti tat-tempju tagħna (ara “It-Tempju u s-Sisien Spiritwali Tagħkom,” Liahona, Nov. 2021, 96).

  17. Il-President Nelson assigurana:

    “Il-ħin li tqattgħu fit-tempju jgħinkom taħsbu b’mod ċelestjali u tagħrfu min intom verament, x’tistgħu ssiru, u t-tip ta’ ħajja li jista’ jkollkom għal dejjem. Il-qima regolari fit-tempju ttejjeb il-mod kif tħarsu lejhom infuskom u kif issibu postkom fil-pjan meraviljuż ta’ Alla. Jiena nwegħidkom dan. …

    “… Xejn ma jikkalma l-ispirtu tagħkom aktar f’mumenti diffiċli. Xejn ma jiftaħ is-smewwiet aktar. Xejn!” (“Ifirħu fir-Rigal tal-Imfietaħ tas-Saċerdozju,” Liahona, Mejju 2024).

  18. See Mosija 18:8–10, 13. “Il-patt tal-magħmudija huwa xhieda pubblika lill-Missier fis-Smewwiet tal-tliet impenji speċifiċi: li nservu lil Alla, li nħarsu l-kmandamenti Tiegħu, u li nkunu lesti li nieħdu fuqna l-isem ta’ Ġesù Kristu. Il-faċċati l-oħra li spiss huma assoċjati mal-patt tal-magħmudija— li ‘inġorru t‑tagħbija ta’ xulxin,’ li ‘nibku ma’ dawk li jibku,’ u li ‘nfarrġu lil dawk li jeħtieġu l‑faraġ’ [Mosija 18:8–9]—huma l-frott ta’ li nagħmlu l-patt iktar milli parti tal-propju patt. Dawn il-faċċati huma importanti għaliex huma dak li ruħ li kkonvertiet se tagħmel b’mod naturali” (Dale G. Renlund, “Stronger and Closer Connection to God through Multiple Covenants” [Brigham Young University–devozzjonali, Mar. 5, 2024], speeches.byu.edu).

  19. Russell M. Nelson, “Il-Patt ta’ Dejjem,” Liahona, Ott. 2022, 4–11.

  20. Ara Russell M. Nelson, “Aħseb Ċelestjali!,” Liahona, Nov. 2023, 117, 118.

  21. Mattew 16:25.

  22. Efesin 3:17.

  23. Ara 2 Nefi 2:25; Russell M. Nelson, “Il-Ferħ u s-Sopravivenza Spiritwali,” Liahona, Nov. 2016, 81–84.

  24. Mosija 2:4.

  25. Ara Moroni 7:48.