Konferenza Ġenerali
Infittxu t-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Spiritwali
konferenza ġenerali Ottubru 2024


12:27

Infittxu t-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Spiritwali

Il-mistoqsijiet sinċiera tagħna dwar l-evanġelju jistgħu jipprovdu opportunitajiet lill-Missier fis-Smewwiet u lil Ġesù Kristu biex jgħinuna nikbru.

Naf li aktarx nissorprendikom, imma jien għandi biżżejjed għomor biex niftakar meta l-iskola konna nitgħallmu li hemm disa’ pjaneti fis-sistema solari tagħna. Waħda minn dawk il-pjaneti, Pluto, kienet ingħatat isimha minn Venetia Barney, ta’ 11-il sena, minn Oxford l-Ingilterra, wara l-iskopertà fl-1930. U sal-1992, konna naħsbu li Pluto kienet l-iktar oġġett distanti fis-sistema solari tagħna. Dak iż-żmien, kienet faċli ssib mudelli tal-karta pesta tal-ġirien tagħna l-pjaneti, magħmulin mit-tfal, fil-klassijiet u fieri tax-xjenza, b’kull waħda tillustra l-pożizzjoni ta’ Pluto fuq il-bordura fejn konna naħsbu li qiegħda. Ħafna xjenzati kienu jemmnu li lilhinn minn dak it-tarf, is-sistema solari ta’ dik il-parti kienet tikkonsisti fi spazju vojt.

Madanakollu, mistoqsija baqgħet tberren fi ħdan il-komunità xjentifika rigward l-oriġini ta’ tip partikolari ta’ kometa li l-astronomi kienu jittraċċaw regolarment. U l-mistoqsija ppersistiet għal għexieren ta’ snin qabel l-iskopertà ta’ reġjun ieħor, wieħed iktar distanti, tas-sistema solari tagħna. Bl-għarfien limitat li kellhom, ix-xjenzati wżaw dak il-perjodu ta’ snin biex jipproduċu avvanzi teknoloġiċi sinifikattivi li ppermettew iktar studju u esplorazzjoni. Dak li eventwalment skoprew ta tifsila ġdida liz-zona pjanetarja tagħna u wassal biex Pluto titqis ma’ dan ir-reġjun ġdid ta’ spazju u biex is-sistema solari tagħna tkun tikkonsisti fi tmien pjaneti.

Xjenzat pjanetarju ewlieni, l-investigatur prinċipali għall-missjoni spazjali New Horizons, li kien responsabbli li jesplora lil Pluto mill-qrib, tkellem kif ġej dwar din l-esperjenza: “Konna naħsbu li nifhmu l-ġeografija tas-sistema solari tagħna. Ma konniex. Konna naħsbu li nifhmu l-popolazzjoni tal-pjaneti fis-sistema solari tagħna. U kellna żball.”

Dak li vera jolqotni dwar dan il-perjodu fl-istorja ta’ esplorazzjoni spazjali huwa xi paralleli u distinzjonijiet importanti bejn it-tfittxija metaforika li nespandu l-orizzonti spazjali u l-vjaġġ li aħna, bħala wlied Alla, nagħmlu biex infittxu tweġibiet gall-mistoqsijiet spiritwali tagħna. Speċifikament, kif nistgħu nirrispondu għal-limiti tal-għarfien tagħna spiritwali u nħejju lilna nfusna għall-istadju li jmiss ta’ tkabbir personali—u fejn nistgħu nduru għall-għajnuna.

Linja wara Linja

Li nistaqsu l-mistoqsijiet u li nfittxu għas-sinifikat hija parti naturali u normali tal-esperjenza mortali tagħna. Xi drabi, li ma jkollniex mill-ewwel tweġibiet sħaħ tista’ twassalna sa tarf l-għarfien tagħna, u dawk il-limitazzjonijiet jistgħu jinħassu frustranti jew suffokanti wisq. Ħaġa tal-għaġeb, il-pjan tal-ferħ tal-Missier fis-Smewwiet għalina lkoll huwa mfassal biex jgħinna nagħmlu progress minkejja l-limitazzjonijiet tagħna u li nwettqu dak li ma nistgħux inwettqu waħedna, anki mingħajr għarfien sħiħ tal-ħwejjeġ kollha. Il-pjan ta’ Alla huwa ħanin mal-limitazzjonijiet tal-umanità; jipprovdilna lis-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu, biex ikun ir-Ragħaj it-tajjeb; u jispirana biex nużaw il-volontà tagħna biex nagħżlu Lilu.

Il-Presbiteru Dieter F. Uchtdorf għallem li “li nistaqsu mistoqsijiet mhix sinjal ta’ dgħufija,” iżda aktarx “hija prekursur tat-tkabbir.” Huwa u jitkellem direttament lill-isforz personali tagħna bħala nies li qed infittxu l-verità, il-profeta tagħna, il-President Russell M. Nelson, għallem li għandu jkollna “xewqa profonda” u “nistaqsu b’qalb sinċiera [u] b’intenzjoni vera, filwaqt li jkollna fidi f’[Ġesù] Kristu.” Iżjed minn hekk, huwa għallem li “intenzjoni vera” tfisser li dak li jkun jintendi b’mod veru biex jimxi fuq id-direzzjoni divina li tingħata.”

L-isforz personali tagħna li nikbru fl-għerf tista’ twassalna biex neżaminaw il-mistoqsijiet, kemm dawk kumplessi u kemm dawk le, mil-lenti tal-kawża u l-effett, filwaqt li nfittxu li naraw u nagħrfu mudelli u mbagħad infassslu narrativi biex nagħtu sura lill-fehma tagħna u hekk nimlew lakuni perċepiti fl-għarfien. Meta nikkonsidraw l-insegwiment tagħna għall-għarfien spiritwali, madanakollu, dawn il-proċessi kollhom ħsieb jistgħu jkunu ta’ għajnuna xi minn daqqiet, imma waħedhom jafu jkunu inkompleti hekk kif nfittxu biex niddixxernu ħwejjeġ li huma tal-Missier fis-Smewwiet u s-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu, l-evanġelju tagħhom, il-Knisja tagħhom, u l-pjan tagħhom għal kull wieħed u waħda minna.

Il-mod ta’ kif Alla l-Missier u Ibnu jgħaddulna l-għerf tagħhom jipprijoretizza l-istedina tal-poter tal-Ispirtu s-Santu biex ikun l-għalliem personali tagħna hekk kif aħna niċċentraw lil Ġesù Kristu f’ħajjitna u fit-tfittix kollu fidi tagħna għat-tweġibiet tagħhom u għat-tifsir tagħhom. Jistednuna li niskopru l-verità permezz ta’ żmien devot mgħoddi fl-istudju tal-iskrittura mqaddsa u fit-tfittxija tal-verità rivelata tal-aħħar żmien għal jumna u żmienna, mgħoddija minn profeti u appostli tal-ġuranata tal-lum. Huma jitolbuna biex nqattgħu ħin regolari fejn inqimu fid-dar tal-Mulej u li niżlu għarkupptejna nitolbu “biex naċċessaw l-informazzjoni tas-smewiet.” Il-wegħda ta’ Ġesù lil dawk preżenti biex jisimgħu d-Diskors tal-Muntanja tiegħu huwa ta’ siwi għalina llum il-ġurnata daqs kemm kien matul il-ministeru tiegħu: “Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom.” Is-Salvatur jassigura li “Missierkom li hu fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min jitlobhomlu.”

Il-metodu ta’ tagħlim tal-Mulej huwa “linja wara linja, preċett wara preċett” Jaf ikun li aħna meħtieġa li “nittamaw fil-Mulej” fl-ispazju bejn il-linja kurrenti tal-għarfien tagħna u dik li jmiss li għadha trid tingħata. Dan l-ispazju sagru jista’ jkun post fejn iseħħ l-akbar aġġustament spiritwali tagħna—is-sit fejn nistgħu “nġarrbu bis‑sabar” it-tfittxija kollha ħrara tagħna u nġeddu saħħitna biex inkomplu nżommu l-wegħdiet sagri li għamilna ma’ Alla permezz tal-patt.

Ir-relazzjoni tal-patt mal-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu timmarka iċ-ċittadinaza prevalenti tagħna fis-saltna ta’ Alla. U r-residenza tagħna fiha tieħtieġ li nallinjaw ħajjitna ma’ prinċipji divini u nagħmlu sforz biex nikbru spiritwalment.

Ubbidjenza

Prinċipju ewlieni li hu mgħallem fil-Ktieb ta’ Mormon kollu huwa li meta wlied Alla jagħżlu li juru l-ubbidjenza u jħarsu l-patti, huma jirċievu gwida u direzzjoni spiritwali għal dejjem. Il-Mulej qalilna li, permezz tal-ubbidjenza u d-diliġenza tagħna, aħna nistgħu niksbu l-għarfien u l-intelliġenza. Il-liġijiet u l-kamdamenti ta’ Alla mhumiex imfasslin biex ikunu ostaklu f’ħajjitna iżda bħala bieb potenti għal rivelazzjoni personali u edukazzjoni spiritwali. Il-President Nelson għallem l-verità kruċjali li “r-rivelazzjoni mingħand Alla hija dejjem kompatibbli mal-liġi eterna tiegħu” u li, barra minn hekk, “qatt ma tikkontradixxi d-duttrina tiegħu.” L-ubbidjenza b’rieda għall-kmandamenti ta’ Alla, minkejja li m’għandekx għarfien sħiħ tar-raġunijiet tiegħu, tpoġġik fil-kumpanija tal-progfeti tiegħu. Mosè 5 jgħallimna dwar interazzjoni partikolari bejn Adam u anġlu tal-Mulej.

Wara l-Mulej ta lil Adam u Eva “kmandamenti, li għandhom iqimu lill-Mulej Alla tagħhom, u li għandhom joffru l-ewwel imweldin tal-imrieħel tagħhom, bħala offerta lill-Mulej,” l-iskrittura tgħid li “Adam kien ubbidjenti għall-kmandamenti tal-Mulej.” Inkomplu naqraw li “wara ħafna ġranet anġlu tal-Mulej deher lil Adam, u qallu: Għalfejn toffri sagriċċji lill-Mulej? U Adam wieġbu: Ma nafx għala, ħlief li l-Mulej ikkmandani.

L-ubbidjenza ta’ Adam ippreċediet il-fehma tiegħu u ħejjietu biex jirċievi għarfien sagru li hu kien qed jipparteċipa f’simbolu saqgru tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu. L-ubbidjenza umli tagħna, bl-istess mod, se tħejjilna t-triq għad-dixxerniment spiritwali tagħna tal-modi tal-Mulej u tal-għan divin tiegħu għal kull wieħed u waħda minna. Li nagħmlu l-almu tagħna biex nelevaw l-ubbidjenza tagħna tressaqna eqreb lejn is-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu, għaliex l-ubbidjenza lil-liġijiet u l-kmadamenti tiegħu effettivament ifissru li nagħmlu ħilitna biex nersqu lejh.

Barra minn hekk, il-fedeltà tagħna għall-għarfien u l-għerf li diġà writna talli dejjem konna fidili mal-prinċipji tal-evanġelju u l-patti sagri hija tħejjija kruċjali għar-rieda tagħna li nirċievu komunikazzjonijiet mill-Ispirtu s-Santu u nkunu amministraturi tagħhom.

Il-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu huma l-għajn tal-verità kollha u jqassmu l-għerf tagħhom b’mod liberali. Ukoll, li nifhmu li ma nippossedu l-ebda għarfien personali indipendentament minn Alla jista’ jgħinna nkunu nafu għand min għandna nduru u fejn għandna npoġġu l-fiduċja primarja tagħna.

Fiduċja Profonda

Fit-Testment il-Qadim, il-ġrajja ta’ Nagħman, il-mexxej militari li kien imfejjaq mill-ġdiem mill-profeta Eliżew, hija waħda favorita tiegħi. L-istorja turi kif il-fidi ferma ta’ “tfajla żagħżugħa” biddlet il-korsa tal-ħajja ta’ raġel u, għal dawk kollha li jemmnu, żvelat kemm tilħaq il-firxa tal-ħniena ta’ Alla fuq dawk li jpoġġu l-fiduċja fih u fil-profeta tiegħu. Minkejja li ma nafux isimha, din it-tfajla għenet ukoll biex tmexxi l-għarfien tagħna ’l quddiem. U t-twemmin ta’ Nagħman fuq ix-xhieda tagħha ispiratu biex jieħu l-petizzjoni tiegħu biex ifiq lill-qaddej magħżul ta’ Alla.

Ir-rispons ta’ Nagħman għall-istruzzjoni tal-profeta Eliżew biex jinħasal fix-xmara Ġordan għall-ewwel kienet waħda xettika u supperva. Imma l-istedina li saritlu biex ikun ubbidjenti għall-parir tal-profeta wittiet it-triq għall-fejqan tiegħu u għall-għarfien drammatiku tiegħu li Alla huwa reali.

Hemm ċans li nsibu li wħud mill-petizzjonijiet emozzjonali tagħna għandhom tweġibiet raġunevolment dixxernibbli u aktarx ma joħolqux skumdità sinifikattiva għalina. Jew, l-istess bħal Nagħman, nafu nisbu li ħtiġijiet oħra huma iktar ta’ sfida u jistgħu joħolqu sentimenti fina li huma diffiċli u kumplessi. Jew, b’mod simili għad-deskrizzjoni tal-konklużjonijiet bikrin tal-astronawti dwar is-sistema solari tagħna, fit-tfixxija tagħna għall- verità spiritwali, nafu naslu għal interpretazzjonijiet inqas eżatti jew niddependu esklussivament fuq l-għarfien limitat tagħna stess, li konsegwenza ta’ hekk, konsegwenza ta’ niket u mhux intenzjonata, taf tbiegħdna mit-trqi tal-patt. U, iktar minn hekk, xi mistoqsijiet jafu jkunu persistenti sakemm Alla, li “għandu kull qawwa” u “kull għerf, u kull għarfien,” u “jifhem kollox” fil-ħniena tiegħu, jipprovdi d-dawl permezz tat-twemmin tagħna fuq ismu.

Twissija sinifikattiva mill-ġrajja ta’ Nagħman hija li, jekk nirreżistu l-ubbidjenza lil-liġijiet u l-kmandamenti ta’ Alla, dan jaf itawwal jew idewwem it-tkabbir tagħna. Aħna mberkin li għandna lil Ġesù Kristu bħala l-Imgħallem Fejjieqi tagħna. L-ubbidjenza lil-liġijiet u l-kmandamenti ta’ Alla taf tiftaħ it-triq biex is-Salvatur tagħna jipprovdi l-għarfien u l-fejqan li Hu jaf li aħna neħtieġu, skont il-pjan ta’ trattament preskritt tiegħu għalina.

Il-Presbiteru Richard G. Scott għallem li “din il-ħajja hija esperjenza f’fiduċja profonda—fiduċja f’Ġesù Kristu, fiduċja fit-tagħlim tiegħu, fiduċja fil-kapaċità tagħna meta mmexxijin mill-Ispirtu s-Santu biex nobdu dak it-tagħlim għall-ferħ issa u għal eżistenza li għandha għan, li hija supremament ferħana, u li hija eterna. Li jkollna fiduċja li nobdu bir-rieda kollha bla ma nafu t-tmiem mill-bidu (ara Prov. 3:5–7). Biex tipproduċi l-frott, il-fiduċja tiegħek fil-Mulej jeħtieġ li tkun iktar qawwija u dejjiema mill-kunfidenza tiegħek fis-sentimenti u l-esperjenzi personali tiegħek stess.”

Il-Presbiteru Scott ikompli: “Li neżerċitaw il-fidi tfisser li jkollna fiduċja li l-Mulej jaf dak li qed jagħmel miegħek u li Hu jista’ jwettqu għat-tajjeb etern tiegħek anki jekk inti ma tistax tifhem kif Hu jista’ possibbilment jagħmel dan.”

Testimonjanza tal-Għeluq

Għeżież ħbieb, jiena nixhed li l-mistoqsijiet sinċiera tagħna dwar l-evanġelju jistgħu jipprovdu opportunitajiet lill-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu biex jgħinuna nikbru. L-isforz personali tiegħi li nfittex tweġibiet mingħand il-Mulej għall-mistoqsijiet spiritwali tiegħi—fil-passat u fil-preżent—ippermettieli li nuża l-ispazju bejn il-linji tal-għarfien tiegħi u ta’ Alla biex nipprattika l-ubbidjenza lilu u lealtà lejn l-għarfien spiritwali li nippossedi bħalissa.

Jiena nixhed li li tqiegħed il-fiduċja fil-Missier fis-Smewwiet u l-profeti tiegħu, li huwa bagħat, se jgħinek biex spiritwalment televa u timbotta lilek innifsek lejn l-orizzont estiż ta’ Alla. Il-perspettiva tiegħek se tinbidel għaliex inti se tinbidel. Alla jaf li iktar ma togħla, iktar ħa tara fil-bogħod. Is-Salvatur tagħna jistedinkom biex titilgħu dik it-telgħa. F’isem Ġesù Kristu, ammen.